2008
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Gunju
Lulju
Awissu
Settembru
Ottubru
Novembru
Dicembru
 

ARKIVJU
2000
2001
2002-2007

 

Il-Benefatturi taghna l-isponsors

SAN ĠORĠ PRECA

 itlob għalina

 

   

IL-KOTBA TA' L-ISTEJJER - ulied il-fuljett IL-ĦBIEB ISEJĦU


IL-ĦBIEB ISEJĦU BL-ISTEJJER (1992)



IL-ĦBIEB ISEJĦU BL-ISTEJJER     vol 2 (1993)


IL-ĦBIEB ISEJĦU BL-ISTEJJER     vol 3 (2000)

IL-ĦBIEB ISEJĦU BL-ISTEJJER     vol 4 (2005)

Il-fuljett mensili IL-ĦBIEB ISEJĦU huwa ppubblikat mill-qasam tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien tan-Nadur, Għawdex. L-ewwel ħarġa ġiet ippubblikata f’Ottubru 1966 għax ridna nwasslu stedina personali liż-żgħażagħ tar-raħal marbuta mal-laqgħa għalihom ta’ l-ewwel Sibt tax-xahar. Minbarra stedina ridna wkoll li jservi ta’ qari tajjeb b’messaġġ reliġjuż. U hekk għadna nagħmlu kull xahar… mhux biss lil dawk tan-Nadur iżda wkoll lil dawk li ħallew xtutna u qed jaħdmu fl-Istati Uniti, l-Awstralja, il-Kanada u pajjiżi oħra. Barra liż­-żgħażagħ nibagħtuh ukoll lil ħbieb li minkejja li kibru xi ftit fl-età xorta jixtiequ jżommu rabta mal-fuljett li jfakkarhom f’żgħożithom. Qed nieħdu gost li din il-verżjoni online qed tilħaq ħafna nies li bħalna jħossu l-ħtieġa li jieqfu mill-ġirja tal-ħajja u jaqraw ftit qari tajjeb.

L-ewwel elfejn storja li dehru fil-fuljett stampajniehom f’erba’ volumi ta’ IL-ĦBIEB ISEJĦU BL-ISTEJJER – pubblikazzjonijiet ta’ Librerija Preca – l-istamperija tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. Dawn jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin tal-kotba. Diġà bdejna x-xogħol fuq il-ħames volum.

Napprezzaw ħafna jekk tgħaddu l-indirizz ta’ dan il-fuljett online lil ħbiebkom. Tkunu qed tgħinu fit-tixrid tal-kelma t-tajba.

___________________

M.U.S.E.U.M. (subien) Triq Dun Ġorġ Preca – Nadur – Għawdex

MALTA

Tel. 2155 5297