
| + L-Iben
t'Alla sar Bniedem
April 2000 - Harga Nru 404
Darba, kif kien f'rahal zghir, osserva li n-nies kellhom drawwa li ghalih kienet tidher stramba. Rahom igorru l-ilma minn go ghajn imma qabel jitfghu l-barmil mimli ilma fuq rashom kienu jpoggu zewg injamiet forma ta' salib f'wicc il-barmil. Il-kurzità ghelbitu u staqsa r-raguni ghal din id-drawwa. "Ghax l-injama forma ta' salib tinvella l-ilma u ma thallihx jinxtered. Minghajrha nispiccaw b'barmil nofsu vojt." U l-qaddis irrifletta: "Kox hux. Jien ukoll ghandi bzonn din l-injama forma ta' salib biex ma nhallix demmi jbaqbaq. Igaghalni nikkalma quddiem dak li jghidli xi kelma iebsa, quddiem dak li jxerred xi ahbar giddieba, quddiem dak li ma jurix l-inqas sens ta' gratitudni, quddiem dak li ghemilu jinnervjani. Injama b'forma ta' salib tfakkarni f'DAK li lili hafirli u ghalhekk jien ukoll bhalu ghandi nahfer lil dawk li b'xi mod jweggghuni ..." U l-qaddis Isqof li kien ibezza' ghall-qilla tieghu spicca biex sar maghruf ghall-hlewwa tieghu. U ghad li ghaddew mijiet ta' snin minn din il-grajja, id-dehra ta' l-imsallab ghadha sal-lum twassal messaggi utli. Ghalina lkoll. DAWN XEGHLU XEMGHA FLOK SEHTU D-DLAMIn-nies kienet dratu u l-ghasafar ukoll. Kuljum, ftit qabel inzul ix-xemx, ragel xwejjah kien jintasab fil-plajja ta' Florida. F'idejh barmil hut ckejken. U r-ragel bilqieghda jitfa' ponn ponn ta' hut fuq ir-ramel niedi. U l-ghasafar bil-mijiet jisseqqru fuqu u bil-mod il-mod jibdew iserrhu fejnu. Mijiet ta' gawwi li issa kienu draw lix-xwejjah u ma kellhom l-ebda biza' minnu. U x-xwejjah jifrah u jitbissem. U donnu jiftakar f'dak il-jum imbieghed meta hu u ftit minn shabu kienu jitbandlu fuq cattra, wara li l-ajruplan zghir taghhom waqa' l-bahar. Dak inhar kien ghadu guvni b'sahhtu. Igorr messagg importanti lill-general Douglas MacUrthur. Wehidhom fuq cattra f'nofs il-pacifiku. Mitlufa.
Ghaddew xi jiem. Iz-zghazagh kienu ghajjiena. F'xi whud it-tama bdiet tiddghajjef. U f'daqqa wahda dehret gawwija. Ghajjiena bhalhom. Tfittex fejn isserrah. Rickenbacker qalilhom biex jibqghu bla jitharrku. Isiru qishom statwi. U l-gawwija baqghet tisseqqer sakemm fl-ahhar qaghdet fuq ras Rickenbacker. Fiha raw hajja jew mewt. Jekk jaqbduha jtaffu ftit il-guh u juzaw l-intern bhala lixka. Eddie beda jtella' idu bil-mod. Centimetru, centimetru. Kien jaf li kollox jiddependi fuq il-gawwija. U hatafha. Salvathom. Il-gwerra spiccat. Rickenbacker kiber u xjieh imma ma nesiex il-gawwija li kienet salvathom. U bi gratitudni kien kuljum jintasab fuq il-plajja ta' Florida ...jitmaghhom. Fakkritni f'dak is-suldat Amerikan li kien inqabad prigunier tal-gwerra u kaptan Germaniz qataghhielu ghall-mewt. Iffissaw il-hin u l-post. Kellhom kollox imhejji. Izda dlonk wasal il-general li bidel is-sentenza ghax qal li din tmur kontra l-ligi internazzjonali li huma wkoll kienu ffirmaw. U l-ikkundannat ittiehed bhala prigunier, u ma' tmiem il-gwerra mar lura f'pajjizu. Il-gwerra kienet temmet hesrem il-hajja tal-general li kien salvah. Izda s-suldat ma nesiex x'ghamel ghalih. Sar jaf fejn gie midfun u kull sena, fl-anniversarju tal-helsien tieghu, kien jibghat bukkett fjuri ghal fuq qabar il-benefattur kbir tieghu. Sabiha l-gratitudni. Tixghel dejjem xemgha ta' tama. Dr Coronato Grech ikompli l-artiklu dwarIS-SHAB It-tieni tip ta' shab hu dak: (b) tan-nofs, f’gholi ta’ bejn 1800 u 6100 metri u fost l-ezempji nsibu: - altocumulus, shab bajdani li jifforma bicciet f’ringieli paralleli u li jista’ jimla’ s-sema kollu b’possibilità ta’ xita. Lokalment gieli jsejhulu ‘shab tal-fekruna’ u - altostratus, shab bajdani mferrex f’saffi orizzontali b’xita mhix probabli. (c) gholi, li kapaci jitla’ sa madwar 11,000 metru. Dan is-shab peress li huwa fil-gholi fejn hemm kesha kbira huwa ffurmat kollu minn kristalli tas-silg. Fost dan is-shab insibu: - cirrus (mil-Latin ghal ‘nokklu’) li qisu tajjâr jew rix abjad imferrex ’l hawn u ’l hinn u
-
cirrocumulus
li jixbah lis-cirrus imma iktar f’forma mibruma u li bhalu jindika
temp sabih. Fenomenu iehor assocjat ma’ xi shab, l-iktar dak cumulonimbus, huwa dak tal-beraq u r-raghad. Ghal dan is-shab il-bdiewa jghidu ‘raff bl-irjus raghad u beraq igib’ jew ‘raff tas-shab raghad u beraq istenna.’ Il-fenomenu tal-beraq, raghad u sajjetti (ara Il-Hbieb Isejhu Sett.-Nov.1999) peress li ma huwiex daqshekk komuni (almenu fostna) u peress li huwa iktar drammatiku, jimpressjonana hafna iktar mis-shab li minnu jigi. U ghalkemm il-beraq ilu jigi studjat mill-esperiment famuz ta’ l-Amerikan Benjamin Franklin (1706 – 1790) kif precizament jorigina ghandu mhux mifhum ezatt. Li bazikament jigri huwa li permezz ta’ kurrenti konvezzjonali gos-shab (li gejjin minn differenza fit-temperatura bejn parti u ohra ta’ shaba) it-taqtir hafif tiela’ ’l fuq u dak tqil niezel ’l isfel, jahbtu u jhokku ma’ xulxin bir-rizultat li dawk tqal jakkwistaw charge elettriku negattiv u dawk hfief telghin ‘il fuq jakkwistaw charge elettriku pozittiv. Ukoll charge negattiv tan-naha ta’ isfel tas-shaba jista’ jipproduci charge oppost (pozittiv) fl-art tahtha, l-iktar madwar bini jew affarijiet gholja. Issa meta dan ic-charge jingabar f’ammonti kbar bizzejjed (miljuni ta’ coulombs - coulomb huwa l-kejl ta’ charge) li jeghlbu r-rezistenza ta’ l-arja, ikun hemm movimenti tal-particelli opposti lejn xulxin li jidhru bhal dawk is-sinjali sopramomentarji u kollhom frieghi ta’ berqa u li jista’ jimxu minn parti tas-shaba ghall-ohra, minn shaba ghal shaba u minn shaba ghall-art (u vici versa). Il-berqa issahhan l-arja, li tespandi, tivvibra u tinbaram vjolentament u li min hu qribha jismaghha bhala raghda li ttarrax. Altru li s-shab meta jrid jigbdilna l-attenzjoni! Illum dan il-fenomenu tal-beraq u sistemi ta’ shab rajniehom anke fuq pjaneti ohra tas-sistema solari. Per ezempju b’teleskopji mid-dinja l-astronomi planetarji jistghu josservaw maltempati kbar fl-atmosfera rqiqa (madwar 100 darba inqas minn tad-dinja) tal-pjaneta Mars, li fiha shab kbir ta’ ramel hamrani jitla’ fl-atmosfera u joskura l-art ta’ tahtu, kif gara meta waslet il-vettura Amerikana Viking I li kellha tistenna sakemm dan is-shab tar-ramel joqghod qabel ma tinzel (fil-fatt nizlet u ghamlet esperiment fil-hamrija). Anke fuq il-pjaneta Venus li l-atmosfera taghha, bhal dik ta’ Mars tikkonsisti fil-bicca l-kbira (madwar 95%) mill-gass carbon dioxide, imma li hija ferm iktar sfiqa (madwar 90 darba iktar minn tad-dinja), gie osservat il-beraq. Li huwa interessanti rigward Venus, u forsi ta’ twissija serja ghalina, huwa li t-temperatura ta’ l-atmosfera u s-shab bajdani li fiha, hija gholja hafna (f’wicc il-pjaneta t-temperatura hija ta’ madwar 450°C, li hija fatali ghall-hajja kif nafuha). Dan gej minhabba fl-hekk imsejha green-house effect li rridu noqoghdu attenti hafna li ma ngibuhx ahna b’idejna fuq din il-pjaneta sabiha, bajda-blù li ghandna. Intant, il-pjaneti l-kbar, Jupiter, Saturn, Uranus u Neptune, ukoll fihom shab sfiq hafna, tant li dawn gieli jissejhu ‘il-gganti tal-gass’ (ghalkemm dan is-shab huwa differenti minn taghna ghax maghmul il-bicca l-kbira minn, fost l-ohrajn, idrogenu, elju, metanu u ammonija). U anke fuq Jupiter gie osservat il-beraq, fuq skala ferm kbira, bhal meta f’Lulju tal-1994 habtet maghha l-kometa Shoemaker Levy. FORSI JINTERESSAWKTrid taqraha kollha! Tnejn kienu qed jitkellmu ma' xulxin fuq sehibhom li kien mimli dejn: Pawlu: Dak jien ergajt poggejtu fuq saqajh! Salvu: Iva! Qed niskanta. Ma tantx kontu ggibu lil xulxin. Kif allura ergat gibtu fuq saqajh! Pawlu: Ghax peress li ma setax ihallas hadtlu l-karozza!
L-artist Sir Joshua Reynolds pitter lis-soprano Elizabeth Billington bhala Santa Cecilja - il-qaddisa patruna tal-muzika. Meta l-kompozitur Haydn ra l-pittura fl-istudio qal: "Joghgobni hafna dan l-inkwadru. Biss kieku jien ma kontx naghmel lil Billington titpaxxa bil-kant u d-daqq ta' l-angli izda l-angli jisimghuha tkanta." Elizabeth Billington ma kellhiex bzonn certifikat isbah minn hekk.
Kwistjoni ta' fidi Fuq il-muntanji Alpi, hemm post imperrec li minnu wiehed jista' jara meravilja tal-holqien. Hemm, wiehed jista' jistrieh u jikteb ukoll is-sentimenti li jhoss fuq ktieb li ilu hemm bosta snin. F'dan il-ktieb hemm mijiet ta' eluf ta' sentenzi u hafna minnhom jesprimu l-fidi taghhom f'Alla quddiem dik is-sbuhija. Izda meta tela' l-poeta Ingliz Shelley hass li ghandu jghid li hu ma jhoss xejn specjali quddiem dik id-dehra ghax hu ma kienx jemmen ...u hekk kiteb fuq il-ktieb. Min inzerta gie warajh, qara x'kiteb Shelley u kkummenta hekk: "Ir-ragel li kiteb qabli hu JEW ghama, JEW iblah, JEW giddieb." Konferma! Qassis novell wara li kien qara l-ewwel omelija staqsa lill-kappillan kif mar: "Ahjar kieku ma taqrahiex! Jekk tiddeciedi li taqraha aqraha bis-sens u qis li dak li tkun ktibt ikun fih ftit stoffa."
Il-gwida kien qed idawwar xi bdiewa li gew minn Ohio madwar is-sala enormi tar-Radio City. U wiehed mill-bdiewa, mitlub jikkummenta dwar il-kobor immens tas-sala, qalilhom: "Ara daqsxejn kemm trid tiben biex timla sala bhal din!" Risposta jekk tifhimha Meta kien jitkellem kien juri kemm ma kellux taghlim. Imma xorta kien qed jiftahar li ma jemmen b'xejn. Xi hadd interrompih: "Allura int ma temmen b'xejn?" "Jien nemmen biss dak li nifhem." "Mela nahseb li veru ma temmen b'xejn!" Il-bniedem ma tifhmux. Meta jkun f'lukanda jippretendi li jkollu t-trattament li jkollu d-dar u meta jkun id-dar jippretendi trattament li jircievi f'lukanda.
Zbalji li rnexxew: Il-pyggy bank jew piggy bank Tghid ghaliex minn tant annimali ghazlu l-majjâl bhala bank halli t-tfal jithajru jfaddlu xi centezmu? Sekli ilu, il-metall kien gholi hafna u ghalhekk kien jintuza hafna t-tafal imsejjah pygg. Fost l-oggetti li kien isir b'dan il-materjal insibu containers b'ticrita tawwalija fejn it-tfal setghu jitfghu l-muniti li jfaddlu. Dawn il-containers kellhom mitt ghamla u sura. U kienu jissejhu pygg banks. Maz-zmien din id-drawwa dahlet l-Ingilterra u l-isem pygg bank ha s-sura ta' pig u minn hemm bdiet id-drawwa li issa saret ukoll internazzjonali. Drawwa ohra frott ta' zball. INKWADRI TA’ ISPIRAZZJONI GHALL-HAJJA TA’ KULJUM
Sparky ma kienx tajjeb
ghall-iskola. Aktar jehel milli jghaddi mill-ezamijiet. Anqas ghall-isports ma kien jintghazel. Hadd ma kien isellimlu mill-ghatba ta' l-iskola 'l barra. Kien iqis lilu nnifsu fjask. Meta tfarfar u sar zaghzugh qatt ma avvicina tfajla ghax dejjem beza' li ma taghtihx wicc. Izda ghall-haga wahda kien ihossu tajjeb - ghat-tpingija. Izda hadd qatt ma apprezza t-talent tieghu. Iddecieda, ghalhekk, li jsir artist professjonali. Wara li lesta l-high school kiteb lil Walt Disney Studios. Talbuh xi kampjuni tax-xoghol tieghu. Baghtilhom l-ahjar xoghol ...hadlu gimghat shah. Fl-ahhar ircieva risposta ...LE. Ghalhekk qataghha li jikteb l-istorja ta' hajtu permezz tal-cartoons. It-tfajjel li qatt ma gietu wahda sew. Karattru li kellu jsir famuz mad-dinja kollha. Ghaliex Sparky kien Charles Schulz. Kien hu li holoq 'il Peanuts u t-tfajjel li t-tajra tieghu ma ttirx u qatt ma rnexxielu jixxuttja ballun - Charlie Brown. U meta s-sena l-ohra habbar li se jieqaf minhabba sahhtu, Charles ircieva messaggi ta' apprezzament mid-dinja kollha. TAGHHOM U TA’ MIN HU BHALHOM HI S-SALTNA TA’ DEJJEM
U hassejtni ferhan ...kienu kwieti ...u b'harsithom deherli li qed jghiduli li dak li qed nghid qed jidhol dritt dritt go mohhhom ckejken. Hekk tiehu gost taghmel lezzjoni ...b'udjenza li trid tisma'! Izda gietni kurzità. Ridt inkun naf x'ser jghidu lil ommhom meta jmorru lura d-dar. U staqsejthom min kienu l-appostli. U Derek b'ghajnejh sbieh miftuha berah, donnhom iridu jghidu r-risposta qabel halqu, gholla subghajh. Kont stajt naqraha miktubha fuq mohhu. Izda dak li deherli li qrajt minn barra ma kinitx gewwa ghaliex kif ghamiltlu s-sinjal biex jirrispondini wegibni: "Prif, x'hin konna fil-ground, Simon appostlu rifisni u kif konna dehlin fil-klassi Karl appostlu habbat fuq il-bieb!" Hassejt l-iskutella ta' rasi tixxaqqaq. Iva kont ilni ghoxrin minuta nghid u nerga' nghid min kienu l-appostli u Derek, minghalija l-mohh tal-klassi, ma gharafx id-differenza bejn appostlu u apposta! Imma xi trid taghmel? Int tkun tghallem fuq livell u l-udjenza tkun fuq livell iehor. Izda gharaft li ghal Kristu mhux kemm ghandek ittri wara ismek izda kemm taf thobb. Mhux ghal tfal bhal dawn qal: "Taghhom u ta' min hu bhalhom hi s-saltna tas-smewwiet."? ILLUM IDAHHKUNA
FTIT IL-MIZZEWGIN
|