
| + L-Iben t'Alla sar Bniedem
APRIL 2001 - Nru 416 Dorian kien sultan mahbub immens mic-cittadini ta' pajjizu ....il-Grecja. In-nies ta' Ateni ...il-belt kapitali ...kienu jafu kemm ihobbhom u kemm kien lest ibati ghalihom. Kellhom ghalih nicca specjali f'qalbhom. U ghalhekk twerwru f'qalbhom meta saru jafu x'qal il-habbâr fil-gwerra li kellhom mal-Persjani: "Jew Dorian jew Ateni. Xi hadd minnhom ser isib tmiemu."
Mis-swar tal-belt, lejl wiehed deher hiereg ragel imleflef sew f'ilbies ghammiedi. U beda riesaq lejn is-suldati ta' l-ghadu. Bla biza'. Dawn immiraw il-vlegeg izda r-ragel qalbieni baqa' miexi sakemm ghexieren ta' vlegeg nifduh u hallewh mejjet ...ftit passi boghod mis-swar ta' Ateni. U malli s-suldati ta' l-ghadu marru kixfu wiccu twerwru. Ghax kienu qatlu lis-sultan Dorian. U issa ma kellhomx x'jaghmlu hlief jaharbu ghax kliem il-habbâr kien car u qawwi: "La darba miet is-sultan tinheles Ateni." U mbezza' harbu u hallew 'l Ateni tghix hajjitha bla indhil barrani. Mhux ta' b'xejn l-Griegi jharsu lejn Dorian bhala s-salvatur ta' belthom. Bhalma ahna l-insara nharsu lejn in-Nazzarenu. Bid-differenza li l-mewt tan-Nazzarenu kienu ghall-bnedmin kollha ...ta' kull zmien, ta' kull età ...ta' kull kultura ...Jalla mewtu ma tkunx ghalxejn ghalina. WAQTIET LI JSIRU MUMENTI DEJJIEMA Robert Smith ...illum jghodd mal-hamsin imma ghadu jiftakar grajja ta' tfulitu u ghadu jifrah bis-sehem li kellu fiha. Jiftakar, Robert, kif ma' genb taghhom kienet toqghod mara xiha Mrs Hildebrand mara twajba li kienet tghodd mad-disghin wehidha, u Robert kien kuljum iwasslilha l-htigijiet tal-gurnata halib ...hobz ...hxejjex ... u Mrs Hildebrand troddlu hajr u taghtih xi tip u Robert bilgri bilgri jixtri xi haga mill-hanut tal-qrib.
Kienu saru hbieb
ghad li bejniethom kien hemm 80 sena t'età u Mrs Hildebrand kienet tiehu gost titkellem dwar tfulitha ... ...rahal twelidha ...il-knisja u l-kampnar gholi li kien idellel darhom.
Kien qorob il-Milied u Robert kien qed jistenna lil shabu biex flimkien imorru jibnu ragel tas-silg u jedhew jissuttawh bil-blalen kiesha Gost u briju ...dahk u aghjat ... imma f'daqqa wahda dehret ommu u bhas-soltu qaltlu: "Hudhom, Robert, lil Mrs Hildebrand". Xtaq li jghid le ghax shabu ma kinux ser jistennewh u hu ma xtaqx jitlef l-okkazjoni. Imma kien jaf li Mrs Hildebrand ma ghandha lil hadd u ma ridhiex tbati minhabba fih. Kontra qalbu mar bhas-soltu u malli fetah il-bieb inzerta ghaddej il-pustier u Mrs Hildebrand tnehdet "Ghandi qatt ma jieqaf." Imbaghad raddet hajr lil Robert. "Illum ghandek tip iktar tal-Milied." ....u zerzqet f'idu nofs dollar.
Dak iz-zmien b'nofs dollar kont taghmel festa. U Robert beda jnizzel f'mohhu xi xtaq jixtri. Lista twila izda b'nofs dollar seta' jikseb hafna. U bilgri telaq lejn il-hanut tas-soltu Izda ra quddiemu card sabiha ...kbira u tidher minn barra. ...tiswa nofs dollar ...specjali.
Iddecieda. Jixtri lilha dak il-hin stess. Jaghtiha lil min dak il-Milied ma kien ircieva l-ebda wahda. It-tbissima ta' Mrs Hildebrand kienet xhieda tal-ferh li garrbet.
U meta ftit xhur wara sabu lil Mrs Hildebrand mejta f'sodditha Robert mar jaraha u hdejn rasha kien hemm il-card tieghu ghad li l-Milied kien ghadu mbieghed.
Ghaddew is-snin izda t-tifkira taghha ghadha hajja Grajja li ser tibqa' tferrhu jiemu kollha. DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu dwar L-GHAJN Fil-Bibbja fil-vizjoni ta’ Ezekjel ic-crieki tar-roti kienu mimlija ghajnejn (Ez. 1, 15-18) waqt li fil-vizjoni ta’ Zakkarija s-sebgha lampi huma s-sebgha ghajnejn tal-Mulej li jigru ma’ l-art kollha. (Zak. 4, 10); u jerga’ fl-Apokalissi l-erba’ hlejjaq hajjin huma kollhom ghajnejn (Apk, 4, 8) u l-Haruf ghandu sebat iqrun u seba’ ghajnejn (Apk. 5,6). Is-superstizzjonijiet ta’ l-ghajn hazina kienu komuni u mferrxa sew. Kienu mahsub li l-ghajn kapaci titfa’ raggi li bihom taghmel hsara (ghal zmien twil kien mahsub li l-ghajnejn jaraw billi jitfghu raggi u mhux kif fil-fatt jigri, li jaraw ghax jircievu r-raggi). Twiebet Egizzjani antiki kienu jpittrulhom ghajnejn biex jipprotegu l-mejtin u sal-lum hafna dghajjes Maltin ghandhom zewg ghajnejn fil-pruwa. Kien mahsub (u ghadu) li xi nies kellhom il-kapacità li jghajnu bil-hars (jew bid-diskors) u bhala protezzjoni gieli kienu jaghmlu l-qrun b’subghajhom ghax “fejn tidhol l-ghajn bil-ghawg sighajn”. Jinghad li l-velu li tilbes l-gharusa fuq wiccha origina bhala protezzjoni mill-ghajn. Fiz-zminijiet medjevali superstizzjuzi, li jkollox xi difett f’ghajnejk ma kenitx biss sfortuna imma ta’ periklu kbir ghal hajtek. Mijiet ta’ ‘shahar’ gew akkuzati, ittorturati u mahruqa hajja mill-Inkizizzjoni u fejn is-suspett beda ghax semplicement kellhom difett f'harsithom.
L-importanza ta’ l-ghajnejn fil-hajja b’kuljum tidher minn numru kbir ta’ espressjonijiet li jsemmu l-ghajnejn. Fost dawn insibu ‘ghajnejn ta’ seqer’ ghal min hu attent; ‘allahares ghajnejh kienu sajjetti’ ghal min ihares bl-ikrah; ‘ghajnejh ikbar minn zaqqu’ ghal min hu zaqqieq; ‘hakka t’ghajn’ ghal zmien qasir; ‘is-sema ghalaq ghajnu’ ghal sema msahhab; ‘ghandu l-Ave Maria f’ghajnejh’ ghal min hu moribond u ‘ghalaq ghajnejh’ ghal min miet. Il-kelma ghajn tintuza wkoll flok wahda vulgari (ewfemizmu) bhal per ez. kisirlu ghajnu, hadu f’ghajnu ecc. Minkejja l-importanza tal-vizta, hafna ghomja ghelbu din l-isfortuna u ghexu hajja utli u mimlija. Fost dawn insibu lill-Franciz Louis Braille (1809-52) li vvinta sistema ta’ qari ghall-ghomja u l-Amerikana Helen Keller (1880 – 1968) li minkejja li kienet ghamja, muta u truxa rnexxielha tilhaq kittieba u skulara, ezempju eccellenti ta’ kif wahda tista’ tirbah anke slaleb enormi.
FORSI JINTERESSAWK
Ezaminatur: X'inhu ghalik Stalin? Guvnott: Stalin hu missieri. Ezaminatur: U x'inhi ghalik ir-Russja? Guvnott: Ir-Russja ghalija hi ommi. Ezaminatur: U xi tghid fuqek innifsek? Guvnott: Jien orfni. Hajja minn mewt
Xi mitejn mil fit-tramuntana
ta' Los Angeles hemm wied jissejjah Daghbien Ghax anke f'Daghbien il-Mewt kien hemm iz-zerriegha tal-hajja. Bhalma hemm f'qalb kull bniedem ...anke dawk li jiftahru li ma ghadhom jemmnu b'xejn. F'qalbhom hemm iz-zerriegha tal-fidi ...lesti li jinbtu malli l-bniedem ihallihom jixxarrbu bil-grazzja ta' Alla li taqa' kuljum b'mod abbundanti fi qlub il-bnedmin.
Fuq qabar ta' ragel twajjeb inkiteb il-kliem: "Ghallem hafna ...ghad li qatt ma ppriedka Semghuh dawk kollha li rawh jghix." Tghid fuq qabarna se jkun jixraq dan il-kliem. Qisna f'loghba cess
Imma darba raha Paul Murphy, champion tad-dinja tac-cess u wara li fela l-pittura qal: "Gibuli chessboard. Naghmel biss mossa wahda li tista' ssalva z-zaghzugh." Il-bniedem ukoll kien checkmated mix-xitan imma Gesù kien fadallu mossa ohra ...miet biex jifdina.
Hanut bibbliku Waqt is-sessjonijiet tal-Koncilju, l-Isqfijiet sabu rokna f'kamra fejn ikunu jistghu jaghmlu xi ftit tè jew kafè. Xi hadd nqeda b'din il-kamra u fuq il-bieb taghha kiteb il-kliem: 'BAR JONA' U fil-fatt dan l-isem hu bibbliku ghax Gesù tah lil Pietru meta qallu: "Imbierek int Xmur bar Gona." (f'dan is-sens bar tfisser iben.)
Desiderius Erasmus (1466 - 1536) baqa' msemmi ghat-traduzzjoni tieghu tat-Testment il-Gdid. Izda darba habibu osserva li ma tantx kien ihares is-sawm tar-Randan (li dakinhar kien obbligu l-granet kollha tar-Randan). "Ghat-traduzzjoni ma jghaddik hadd izda ma tantx qed tghix hajja ezemplari!" "Ghandi ruh ta' kattoliku izda stonku ta' Luteran," wiegbu l-istudjuz bibbliku. L-Ideja ta' l-individwu
"Ohrog 'il barra ha nara hux int. Ejja, isa, itla' fuq l-art ha nara hux int hadthieli!" L-iljunfant ma tax kas u l-gurdien baqa' jghajjat: "X'naqsek? Xi trid?" staqsa l-iljunfant. "Xi hadd hadli l-malja. Irrid inkun cert li ma lbisthielix int!" Tfakkarni fin-nemlu u l-iljunfant li nzertaw ghaddejjin it-tnejn minn fuq pont tal-qasab li beda jixxengel tahthom u n-nemlu qal lil siehbu: "X'wahda din kif ahna nxengluh bil-piz taghna!" Kemm hawn min ghandu ideja esagerata tieghu nnifsu. AMULETI - jew dak li l-bniedem holom li seta’ jehilsu mill-hazen IL-BRIMBA Fl-Ingilterra jemmnu li jekk fid-dar issib brimba zghira sinjal li ser iggiblek il-flus. L-istess jghodd ghall-pendent f'forma ta' brimba. Amuleti bhal dawn, Tad-deheb jew tal-fidda kienu popolari hafna f'Ruma l-antika. In-naha l-ohra tad-dinja - fil-Polinasja - jemmnu li jekk quddiemek tinzel brimba ma' hajta ta' ghanqbuta sinjal li ser tircievi rigal - ghotja mis-sema. Fl-Istati Uniti jemmnu li jekk toqtol brimba ser tbati minn temp hazin. F'bosta postijiet madwar id-dinja jzommu li b'ghanqbuta fid-dar, il-gid jizdied. Dawk favur il-brimb jghidu: "Jekk trid hajtek b'hafna gid Halli l-brimba toqghod fejn trid."
Il-gid minn dejjem kien ossessjoni ghall-bniedem. Aktar ma ghandu aktar irid. Qatt ma hu kuntent b'li ghandu. Jinsa li hemm limitu kemm jista' juza. Aktar minn hekk Kulhadd johlom li jitla' f'xi somma flus. Biex takkwistahom trid tbati. U allura sbieh jekk jaqghu mis-sema. Dan mhux illum biss. Sa mill-qedem. U l-brimba sabet ruhha Tizzeffen f'din ix-xewqa. Xewqa ta' sinjorija minghajr tbatija. Jinsa l-bniedem, jahasra, li postu mhux hawn. Il-flus tajbin sakemm huma mezz mhux il-fini ahhari. Ikollok miljun u jkollok elf m'intix ser ittawwal ghomrok. Fil-gerarkija tal-valuri l-flus mhumiex fl-ewwel post. X'jiswa li takkwista d-dinja kollha mbaghad titlef ruhek? IL-LEGGENDA TA’ TLIET SIGRIET
"Xi darba ghad jaghmluni kaxxa ta' tezor mimlija kollha gawhar u hagar prezzjuz. Jonqxuni f'dekorazzjoni li ssebbah kull post," holmot l-ewwel wahda. "Jien ghad jaghmluni vapur qawwi. Ingorr fuqi rejjiet u rgejjen lejn l-erba' rkejjen tad-dinja." "Jien irrid nikber u nsir l-aktar sigra gholja tal-bosk. In-nies iharsu lejja u fiha jilmhu l-kobor ta' Alla. In-nies jibqghu jiftakruni," qalet it-tielet bi tbissima ta' sodisfazzjon. Wara xi snin f'dan il-holma ta' x'ser jigri gew xi haddiema ghas-sigar. Meta wiehed resaq lejn l-ewwel sigra qal: "Din tidher sigra f'sahhitha. Nahseb li nbiegh l-injam taghha lill-mastrudaxxa," u beda jaghtiha bil-mannara. Is-sigra hadet gost ghax qalbha hebritha li l-mastrudaxxa kien ser jibdilha f'kaxxa ta' tezor. Quddiem it-tieni sigra haddiem iehor qal: "Din is-sigra li kont infittex. Inbieghha lit-tarzna." Is-sigra kienet tidher ferhana ghax kienet qabdet triqtha biex issir vapur kbir. Izda t-tielet sigra dehret bezghana. Jekk jaqtghuha kienet ser tintemm holmietha li ssir l-akbar sigra tal-bosk. U l-haddiem qal ghaliha: "Ma ghandi bzonn xejn specjali minn din is-sigra imma nehodha, forsi xi darba nsibulha uzu." U d-dmugh beda jgelben ma' haddejn is-sigra. Meta l-ewwel sigra spiccat ghand il-mastrudaxxa ghamilha maxtura ghall-annimali. Sabet ruhha dejjem mimlija tiben bil-baqar idur maghha. Dan ma kienx dak li kienet talbet li ssir. It-tieni sigra tqattghet u ghamluha dghajsa ghas-sajd. Kemm dehret 'il boghod il-holma li ssir vapur li jaqsam l-ocejani! Fejn kienet r-rejjiet li kellha ggorr? Is-snin gerrbu u s-sigar insew il-holm ta' zghozithom. Izda darba ragel u mara dahlu fil-maqjel. Il-mara welldet u poggiet it-tarbija fuq it-tiben tal-maxtura li xi darba kienet l-ewwel sigra. Ir-ragel kien xtaq ferm li jaghmel benniena ghat-tarbija izda l-maxtura kienet qisha wahda. Is-sigra hasset is-sbuhija ta' dak il-mument u ndunat li fiha kellha l-isbah tezor li qatt rat id-dinja. Snin wara, grupp ta' rgiel telghu fid-dghajsa li kienet saret mit-tieni sigra. Wiehed minnhom kien ghajjien u raqad. Meta kienu 'l barra fl-ghadira qam rih qawwi li gab hafna maltemp. L-irgiel bezghu li ser jeghrqu. Qajmu lil dak li kien raqad u ghal kelma wahda tieghu r-riefnu siket u l-mewg libet. F'dak il-waqt is-sigra ndunat li kienet qed iggorr lir-re tar-rejjiet. Fl-ahhar xi hadd mar ghat-tielet sigra. Spiccat fuq dahar ragel zaghzugh ghaddej mit-toroq u mghoddi biz-zmien. Meta waqaf fuq gholja nezzghuh u sammruh maghha biex hemmhekk imut. Il-Hadd ta' wara s-sigra ndunat li mwahhal maghha kien hemm l-istess Alla. Minn dakinhar 'il quddiem sabet ruhha s-simbolu ta' l-imhabba ta' Alla ghal bniedem. Meta l-hwejjeg ma jkunux mexjin kif tixtieq ftakar li forsi m'intix konxju mill-pjan ta' Alla ghalik. Is-sigar hadu dak li xtaqu imma mhux kif u meta riedu huma. Niftakru li triqatu mhux dejjem triqatna, izda t-toroq tieghu huma l-ahjar. Ftakar li ismek minqux fuq il-pala ta' idejH. |