IL-HBIEB ISEJHU

-
April 2002 | Harga Nru.428
-

 

-
+L-Iben t'Alla sar Bniedem

+:: L-Editorjal

Eddie O’Hare kien staghna. Ma’ habibu Al Capone kien it-terrur ta’ l-istati kollha ta’ l-Amerika.  Ma’ xulxin kienu jikkontrollaw hafna mill-azjendi Amerikani.  Kellu flus u poster.  Li jixtieq kien hafna drabi jsir realta' ghax bil-flus taghmel triq fil-bahar.

Imma meta zzewweg u kellu iben xi haga gewwenija kienet qisha qed tghidlu ripetutament biex jibdel hajtu biex ibnu jitla’ f’ambjent ahjar.  Ghax inkella jekk hu jibqa’ f’dik il-hajja kif seta’ jippretendi li ibnu David ma jaqbadx l-istess triq!  Martu kienet theggu biex iwarrab ghal dejjem triq it-terrur u l-vjolenza.

“Ahjar foqra milli sinjuri bi flus id-demm.”

U Eddie sema’ minnha.  Iddecieda li jibdel hajtu imma hbiebu ma kinux ser ihalluh jghix bi kwietu.  Kienu warajh biex malli tonqob l-okkazjoni jeliminawh biex zgur ma jkollhomx biza’.  Hu kien jaf li hajtu kienet imdendla ghax Al Capone kellu l-hbieb u kollha kienu jaslu.  Imma ghall-imhabba ta’ ibnu kien lest jissagrifika kollox ...anke hajtu.

U b’hajtu kellu jhallas ghax dawk li qabel kienu hbiebu sabuh u eliminawh. Qatluh hesrem.

David kiber bla missier imma ommu sikwit kienet tfakkru li missieru miet biex hu jkollu trobbija tajba.  U kiber u sar guvnott twajjeb.  Studjuz.  Iffissat fl-ajruplani u l-avjazzjoni.  U sar espert f’dawn is-suggetti u tghidx kemm stinka u hadem biex din ix-xjenza gdida tkun iktar efficjenti.  Tant li l-Gvern Amerikan hass li ghandu jsemmi wiehed mill-ikbar ajruporti ghalih ...O’Hare Airport hu proprju imsemmi ghal dan David ...bin halliel u qattiel li ried u fil-fatt irnexxielu jibdel hajtu.


+:: PIT STOPS

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Charles Darrow safa bla xoghol u minkejja l-giri ‘l hawn u ‘l hemm ma rnexxilux jsib fejn jahdem.  Kien joqghod id-dar johlom x’kien jaghmel kieku kellu jsir sinjur ...il-bini li kien jixtri ...l-art li kien jizviluppa.  U kien jaghmel mudelli zghar ta’ toroq principali b’hotels, djar, hwienet ecc.  U beda jilghab loghba mieghu nnifsu.  Loghba li ‘l quddiem holoq minnha l-monopoly ...li ghamlitu miljunarju.

U Darrow kien ihobb jghid: ‘Alla hares ma sfajtx bla xoghol ghax kieku l-monopoly ma kienet qatt titwieled.’

Kos hux.  Anke meta kollox jidher mitluf hemm dejjem xaqq ta’ tama u kultant dak li jidher bhala deni trid tiehdu b’gid.  Iktar u iktar meta tiftakar li l-Mulej hu Missierna ...jaf bina u jhobbna anke meta nkunu qed nghaddu minn toroq imgebbla u mimlija ghollieq.


Il-Kattolici u l-Protestanti ghandhom il-Milied u l-Ghid bhala vaganza.  Il-Lhud ghandhom il-Yom Kippur.  Imma ahna l-atei ma ghandniex gurnata specjali ddedikata lill-ateizmu.  Tissuggerixxi xi data partikolari.

Ghax ma tipproponux l-ewwel ta’ April ...nahseb li tkun toqghod hafna ghalikom u fl-istess hin tkun bibblika ghax f’dan il-ktieb hemm: ‘L-iblah qal f’qalbu ...ma hemmx Alla.’


Lord Congleton, sinjur kbir u ta’ qalb nobbli, kien qieghed il-knisja u jisma’ mara mdahhla fiz-zmien titlob herqana.

“Mulej, jekk tipprovdili £5 inkun l-iktar mara kuntenta tad-dinja.”

Ir-ragel dlonk hareg £5 u wara li mess lix-xiha qalilha:

“Ghandi ghalik dawn il-£5.  Baghathomlok il-Mulej.”

U l-mara bdiet tibki:

“Jahasra kemm kont belha.  Ma tlabtux £10!”

Il-kuntentizza mhix fil-flus ghax iktar ma jkollok iktar trid.  San Wistin din il-verità gharafha mill-esperjenza personali tieghu.  F’zghozitu ghex skond l-aptit imma kellu jistqarr:

“Mulej int hlaqtna ghalik u ahna ma nsibux mistrieh hlief fik.”


Francois Fenelon darba qal:

“Kieku xi hadd offrieli s-saltniet kollha tad-dinja bil-patt li nwarrab il-kotba tieghi kont naghzel il-kotba u nwarrab is-saltniet bla ma jiddispjacini qatt ghall-ghazla tieghi.”

Jalla l-kotba jkunu hbiebna ...u jalla hbiebna naghzluhom tajjeb!


Idhlu mill-bieb id-dejjaq ghax wiesa’ l-bieb u miftuha t-triq li tiehu ghat-telfien u hafna huma li jidhlu fih - GESU’ KRISTU (Mt 7,13)


+:: L-Id

:: jikteb Dr Coronato Grech

Roghda (li minnha hemm hafna tipi) tista’ tkun minn mard fost l-ohrajn tan-nervaturi, tal-marda Parkinsonja jew alkoholizmu.  Muskoli mixruba jindikaw nuqqas ta’ uzu minn xi paralizi tan-nervaturi fejn l-id tiehu poza karatteristika skond liema nerv huwa involut, jew artrite inkella xjuhija.  F’artrite avvanzata l-gogi jigu diformati u s-swaba’ jitghawgu skond it-tip ta’ artrite; u jista’ wkoll jkun hemm xi ghoqod karatteristici.  Id-dwiefer ukoll jikxfu hafna mard – f’certi anemija jitghawgu u f’min ixarrabhom hafna aktarx li jkun hemm xi infezzjoni minn fungu jew xi diehes; però tikek bojod ma humiex importanti.  Minn naha l-ohra xi emorragija taht id-dwiefer jew nefha kronika f’tarf is-swaba’ jindikaw mard serju tal-qalb jew pulmun.  U dawk id-difrejn imgiddma aktarx juru xi ansjetà jew anke xi nevrozi. Naturalment it-tabib josserva l-gisem kollu u barra l-ispezzjoni jkompli jezamina l-pazjent bil-metodi tradizzjonali billi jhoss b’idejh u jisma’ bl-istetoskopju.  (U jekk dan mhux bizzejjed jaghmel xi testijiet tal-laboratorju.)

Mhux it-tobba biss osservaw u ikkummentaw fuq l-id.  Mill-idejn kwazi jmissu ta’ Alla u Adam fil-pittura celebri ta’ Michelangelo (1475 – 1564) ghall-‘Idejn Jitobu’ ta’ Albrecht Dürer (1471 – 1528), ghal poza konfidenzjali ta’ David, ukoll ta’ Michelangelo, b’idu l-leminija (pjuttost kbira) fuq genbu, jew id Buddha taghti hjiel ta’ x’suppost hemm f’xi Nirvana.  L-idejn jistghu ikunu espressivi fl-Arti daqs fil-hajja ta’ kuljum fejn anke konverzazzjoni komuni tiehu xejra hafna iktar espressiva bil-movimenti ta’ l-idejn.  Fil-fatt kull socjetà ghandha espressjonijiet bl-idejn, mic-capcip u t-tixjir u t-tehid ta’ l-idejn li huma tant accettabbli u komuni ghal ohrajn ta’ tabù li huma partikularment offensivi u li kapaci jgibu tant aggressjoni.  U mhux rari li minhabba wzanzi differenti fl-esperessjonijiet bl-idejn dawn jigu interpretati mod differenti minn dak mixtieq b’hafna nuqqas ta’ ftehim jew anke tizgwid.  Però certi messaggi bl-idejn iridu jkunu miftehma sew, bhal dawk ta’ idejn il-pulizija tat-traffiku jew ta’ dak li jidderiegi l-pilota ta’ l-ajruplan hekk kif ser jitlaq.

L-id, jew l-idejn, ma naqsux li jidhlu wkoll fil-qwiel fejn fost ohrajn insibu ‘is-swaba’ ta’ l-id mhux kollha ndaqs’; ‘mis-saba’ jiehu l-id’; ‘id tahsel ohra u t-tnejn jahslu l-wicc’; jew ‘fejn hemm iktar minn par idejn ikteb, ghodd u aqfel’; u ‘l-idejn huma maghref tal-fidda’.

Intant minn meta l-bniedem beda jimxi fuq saqajh x’imkien fis-savanna ta’ l-Afrika miljuni ta’ snin ilu, l-idejn zviluppaw u servewh tajjeb.  U jekk ma juzahomx biex jeqred lilu nnifsu u lil shabu jistghu jghinuh jibni vapuri interstellari biex isalpa lejn il-kwiekeb u forsi wkoll jiltaqa’ ma’ kreaturi ohra b’idejn (jew l-ekwivalenti taghhom) ferm differenti.


+:: Forsi Jinteressawk  

Parir ghall-hajja

L-gharusa dehret imbezzgha x’hin rat il-libsa twila li kellha xxidd ghal jum it-tieg:

“Issa jekk nirfisha?”

“Tharisx lejn riglejk.  Hares lejn il-kurcifiss ta’ l-artal maggur u ma titfixkilx,” qalilha l-kappillan.

U l-parir tieghu ma kienx jghodd biss ghall-gharusa f’jum it-tieg imma ghalina lkoll ...hajjitna kollha.  


Principji quddiem theddida

Darba s-senatur Henry Ward Beecher li kien jitkellem kontra l-ingustizzji li r-razza l-bajda kienet qed taghmel kontra n-nies ta’ kulur iswed, sab karta taht bieb daru li fuqha kellha biss il-kelma ‘IBLAH’.

Beecher ha din il-karta u waqt meeting qal lis-semmiegha:

“Ircivejt kemm-il ittra li min jiktibhieli jinsa jnizzel ismu.  Izda llum ircivejt karta minghand wiehed li nesa jikteb l-ittra u kiteb biss ismu.”

U dlonk wera l-karta li kien ircieva lis-semmiegha.


L-iktar siegha mdallma hija dik qabel is-sebh.


Hu siggu

Sabouchere kien segretarju fl-Ambaxxata Ingliza fir-Russja.  Jum minnhom mar sinjur li ried ikellem lill-Ambaxxatur immedjatament.

“Stenna ftit fuq dan is-siggu sinjur ...l-Ambaxxatur ikun hawn dalwaqt.”

“Kieku taf min jien ma kontx tghidli biex niehu siggu.”

“Jekk fil-kaz siggu wiehed hu zghir ghalik tista’ tiehu tnejn jew tlieta,” qallu Sabouchere li ma tantx kellu hajta f’ilsienu.


Fil-kompjuter

L-Amerikani vvintaw frazi ghall-kompjuter ‘Garbage in ...garbage out‘.  Jekk fil-kompjuter titfa’ informazzjoni hazina tistenniex rizultat tajjeb.

Mhux hekk ukoll il-bniedem.  Min jitfa’ fih vjolenza u pornografija ma jistenniex hsad sabih.  Garbage in ...garbage out’.


L-ahhar kliem

Margaret Thatcher kienet maghrufa bhala ‘s-sinjura tal-hadid’ ghax ma kienet thalliha lixxa lil hadd.  Darba xi hadd qal li holom li zewg Margaret kien qed imut u hu nzerta hdejh.  Resaq lejn il-moribond u staqsieh:

“X’inhuma l-ahhar kliem tieghek lid-dinja?”

“Habib kemm ili mizzewweg jien ma ghidt qatt l-ahhar kliem.  L-ahhar kelma kienet dejjem taghha.”


+:: Simetriji + Bejn grajja, riflessjoni u kwotazzjoni

 

Kienu zewgt ahwa – jesperimentaw bl-ikel.

Skond il-bijografiku taghhom

fl-1890 l-ikel principali kien qamh, lewz u frott.

Wiehed mill-ahwa kien tabib.

It-tnejn kienu jahdmu

f’Battle Creek Sanitarium, Michigan

u xogholhom kien li jaghtu ikel sustanzjuz lill-pazjenti.

Kienu jesperimentaw bl-qmuh.

Darba kellhom jaqtghu hesrem esperiment

u l-ikel abbandunaw ghal gurnata.

Meta marru lura l-laboratorju

u ppruvaw jghaddu l-ikel minn

bejn ir-rombli l-ikel beda hiereg qisu qxur qxur.

U l-pazjenti laghquh.

Iz-zewgt irgiel kienu

Dr John Harvey Kellogg u W K Kellogg.

Mill-qxur kien ghad fadal biss passi ghall-cornflakes.

Riedu jsibu suq.

Fi zmien sena W K Kellogg

qassam erba’ miljun kampjun

u nversta terz tal-kapital f’reklam f’gazzetta

biex itella’ l-produzzjoni minn 35 kaxxa kuljum

ghal 2900 kaxxa kuljum!!

 

Intom id-dawl tad-dinja; ma tistax tinheba

belt li qieghda fuq gholja. U ma jixeghlux mustbieh

u jqeghduh taht il-kejl, imma fuq l-imnara biex jaghti d-awl

lil kull min hu fid-dar.

(Mt 5: 14-15)


+:: Xejn ma hu kif jidher

Zewg angli riedu jaraw id-dinja.  Fasslu pjan.  Programm mimli daqs bajda.  U bdew iduru minn post ghall-iehor jaraw hwejjeg minn angolu differenti li s-soltu mdorrija jaraw minn fuq is-shab.  U ghejjew fuq li ghejjew.  Qatt ma immaginaw li l-hajja tad-dinja fiha daqshekk strapazz.  U meta x-xemx bdiet tghib fl-orizzont habbtu ghand familja sinjura li kellhom dar kbira daqs lukanda bil-pool u armata b’kull kumdità li tista’ timmagina f’ambjent modern.  Izda ghad li kellhom kollox ma kinux jidhru ferhana.  Laqghuhom bil-herra u wara hafna kawteli hallewhom jorqdu f’rokna fil-kantini umdi.  Kmamar sbieh tas-sodda armati b’kollox hallewhom vojta, u zewgt angli – li qatt ma raqdu f’sodda komda – mixhuta ghat-tixrib ta’ kantina umda.

Izda t-tallaba qatt ma jistghu jaghzlu.  Accettaw bi tbissima fuq fommhom.  Tawhom xi lozor u mtierah u kellhom ikunu huma stess li jirrangaw friexhom.  Waqt li kienu jirrangaw is-sodod, il-kbira rat toqba fil-hajt.  Tikhil imwaqqa’ kien jistona f’dar lussuza bhal dik ...anke jekk jinzerta f’kantina.  Rat kif ghamlet u rrangatu ...pulit pulit li anqas jekk tkun taf bih ma jirnexxielek issibu.  Meta z-zghir staqsieha l-ghala, irrispondietu:

“Xejn ma hu kif jidher!”

L-ghada komplew ihufu mal-imkejjen sbieh tal-belt.  Riedu kieku jaraw kollox.  Daqqa fuq l-oghla kampnar imbaghad f’kantini tal-inbid li ghalihom il-belt kienet rinomata.  Hin minnhom fic-centru tal-belt li trid seba’ ghajnejn biex taqsam triq inkella jaqsmuk u ftit minuti wara fil-periferiji li jixbhu hafna lid-djar fil-kampanja.  U hemmhekk sabithom ix-xemx hi u thalli l-wisa’ ghal sema kollu kwiekeb.  Riedu post fejn jorqdu.  Imkien ma dehru djar kbar daqs lukanda.  Kulma dehret dar fqira b’lampa tnemnem minn wara l-persjani.  Habbtu.  Stennew ftit.  U giet tifthilhom mara umli li f’kemm ili nghidlek dahlithom gewwa u darha saret darhom.

Kienu koppja ta’ bdiewa foqra.  Jieklu mir-raba’, jorqdu mat-tigieg u jqumu mas-sriedak.  Xejn kumplikazzjonijiet.  Anqas kumdità.  Meta qalulhom li xtaqu jorqdu ghandhom cedewlhom l-unika sodda li kien hemm fid-dar.  Il-mistednin haqqhom l-ahjar.  U minkejja l-protesti ta’ l-angli, il-bdiewa raqdu fuq it-tiben u l-angli fis-sodda.  U malli bdiet tixref ix-xemx sabu lill-bidwi u lil martu mnikkta.  L-unika baqra li kellhom, li mill-halib taghha kienu jaqilghu xi sold, sabuha mejta fl-ghelieqi.

L-anglu z-zghir deher jisbel.  Ma setax jifhem kif sehbitu halliet din il-haga ssehh.  Lis-sinjuri kienet ghenithom.  Ma kien jonqoshom xejn u ma hallithomx iqabbdu lil xi hadd jirranga t-tikhil tal-kantina.  Kellhom kollox flimkien ma’ qalb zonqrija biex ma tfarradx is-sett.  Dawn il-bdiewa kollox bil-maqlub taghhom.  Xejn ta’ valur ma setghu jsejhulu taghhom izda qalb nobbli li ma thallihom ihossu n-nuqqas ta’ xejn.  Minkejja dan sehbitu ma ghamlet xejn biex il-baqra taghhom ma tmutx.

“Xejn ma hu kif jidher!” tenniet.

Iz-zghir aktar indanna.  Din il-frazi issa bdiet taghtih gewwa.  Izda spjegatlu dak li ghaz-zghir kien inspjegabbli.

“Meta konna fil-kantini tas-sinjuri ndunajt li fil-hajt kien hemm deheb mohbi li s-sinjuri ma kinux jafu bih.  Peress li s-sidien kienu xhah, dejjem iridu aktar u mhux lesti li jaqsmu dak li ghandhom, ghattejtilhom il-metall leqqieni biex ma jsibuhx. 

“Izda dal-lejl, meta konna reqdin ghand il-bidwi, l-anglu tal-mewt gie ghall-mara.  Izda jien tajtu l-baqra!

“Xejn ma hu kif jidher!”