|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Aktarx
li hi leggenda imma fiha taghlima:
Telemachus
kien ragel twajjeb... b’qalb tad-deheb.
Kien jghix fid-dezert biex fis-sikta u s-solitudni jisma’ ahjar
lehen il-Mulej. Izda sikwit kien ikollu vizti minn hbieb biex jitolbuh xi
parir u biex jghinhom jurihom it-triq.
Darba
xi hadd qallu li fil-belt ta’ Ruma qed ikun hemm amfiteatri mimlija nies
jaghajtu ferhanin waqt li zewg irgiel ikunu jiggieldu ghall-mewt.
Qalbu ma felhitx u ddecieda li jhalli d-dezert biex jghid lil dawn
l-eluf li ahna ahwa u ma nistghux ntemmu hesrem hajjet xulxin.
U
Ruma sab dak li qalulu. Dahal mal-folla fil-Kolosew.
U meta l-glieda kienet fl-eqqel taghha Telemachus harab ghan-nofs
l-arena u mar bejn iz-zewg gellieda.
Ma riedx ihallihom jiggieldu.
Dawn warrbuh u tefghuh ma’ l-art biex ikomplu l-glieda.
In-nies ukoll bdiet tghajjat biex jitlaq ghax kien qed itellifhom
il-gost kollu. Imma
Telemachus kien deciz li ma jhallihomx ikomplu.
U ghalhekk suldat resaq lejh u nifdu. U
l-glieda tkompliet.
Imma
meta n-nies intebhu li Telemachus kien dak ir-ragel twajjeb tad-dezert
iddispjaciha bi shih. Kienu jhobbuh. Fehmu
li kien halla hajtu biex jurihom il-bluha ta’ dawn il-glidiet.
U minn dakinhar hafna nies ma marrux iktar ghall-glidiet bejn
il-gladjaturi.
Ta’
Ruma aktarx leggenda. Imma ta’ Gerusalemm twettqet tabilhaqq meta n-Nazzarenu
ssallab halli b’mewtu jghallimna li ahna lkoll ahwa ...ulied l-istess
Missier.
Mewt
Telemachus waqqfet il-glidiet bejn il-gladjaturi.
Jalla l-mewt ta’ Gesù ma tkunx ghalxejn ghalina.
Niftakru li Gesù lilna xtrana bi prezz gholi hafna.
Hallas ghalina b’demmu. Biex
jarana mifdija. Ikun ghajb
ghalina li ninsew din il-fidwa u nintelqu mal-kurrent tad-dnub u l-hazen.
PIT
STOPS 2
Tentufiet
li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja
Amerikan
kien ma’ martu f’Oberammergau biex jassisti ghad-dramm tal-passjoni li
jsir fis-sajf ta’ kull ghaxar snin, u wara li spiccat is-serata dahal
wara l-palk biex jitkellem ma’ l-atturi.
Peress li kien fotografu maghruf tawh l-opportunità jkellem lill-artist
li hadem il-parti ta’ Kristu – Peter Lang.
Mhux biss kellmu imma xtaq li xi hadd jehodlu ritratt igorr is-salib
li fuqu sar it-tislib. Imma
meta tefa’ s-salib fuq spalltu biex jippoza ghar-ritratt sab li s-salib
kien tqil immens.
“Kont nahseb li dan hu injam artificjali – kartapesta jew xi
haga simili. Qatt ma bsart li
hu ta’ l-injam veru u tqil daqshekk.”
Lang
wiegbu:
“Jekk il-piz ma jkunx reali
ma nkunx nista’ nahdem il-parti tajjeb.
Min jiehu l-affarijiet bis-serjetà ma jehux gost bin-nofs kedda.”
Xi
studenti staqsew lil wiehed bidwi mdahhal sew fiz-zmien:
“Kemm
domt tmur l-iskola?”
“Skola mort
erba’ snin imma ili nitghallem 70 sena!”
Ghax
fl-ahhar mill-ahhar, il-hajja hi l-ahjar skola u miskin min ma jitghallimx
mill-esperjenza taghha.
Haddiem
wegga’ sebghu l-kbir ta’ idejh u ghal xi zmien ma setax juzah ghax
kien imfaxxat. U semghuh
jghid:
“Irrid inrodd hajr
lill-Mulej anke ta’ dan l-incident. Ghallimni kemm jiswa sebghi l-kbir. Illum stess ghoddejt iktar minn 100 okkazjoni meta gejt
bzonnu u ma stajtx nuzah. Ahseb
u ara kemm uzajtu f’dawn it-tletin sena li ili nahdem u qatt ma raddejt
hajr lil Alla tieghu. Qatt ma
apprezzajtu. “
Jalla
ahna ma napprezzawx dak li Alla tana meta nitilfuh. U dan ma jghoddx biss ghal subghajna l-kbir imma anke ghal
dak kollu ta’ madwarna ...specjalment il-genituri.
Il-kelliem
Albert E Aldrich jirrakkonta:
“Graw f’jum wiehed. Kelli
nitkellem fi skola u s-surmast qalli: ‘Jekk
jista’ jkun issemmix Bibbja u religjon halli ma toffendi lil hadd.’
U
filghaxija kelli nkellem lill-grupp ta’ 800 habsi u d-direttur tal-habs
qalli: ‘Tkellem fuq is-siwi
tal-kmandamenti u tar-religjon u heggighom jaqraw il-Bibbja.’”
Kultant
jigrilna bhal dak il-bidwi li jibni l-gharix meta jkunu serqulu l-bettieh.
Ma
tafux li l-gerrejja fit-tigrija kollha jigru imma wiehed jiehu l-premju?
Igru mela biex tehduh. Kull
min jissara, jiccahhad minn kollox imma dawk biex jiehdu kuruna li tidbiel,
ahna kuruna li ma tidbielx - SAN PAWL
(1 Kor 9, 24-25)
DR
CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu
FIEX
WASALNA!
Informazzjoni: Dari t-taghlim li wara kollox ghal mijiet ta’ snin
kien kwazi dejjem l-istess minn generazzjoni ghall-ohra, kien rari fost
il-popli, li fil-bicca l-kbira, inkluz anke r-rejjiet u nobbli spiss kienu
illitterati. Il-kotba ma
kinux komuni u kienu jiswew il-flus u ried ikollok xorti u cirkustanzi
tajbin biex titghallem taqra u tesplora d-dinja akkademika.
Illum hawn kwazi l-oppost. F’hafna
postijiet l-edukazzjoni hija b’xejn ghal kulhadd sa dik terzjarja u
iktar, waqt li b’daqqa ta’ swicc fuq kompjuter tikseb informazzjoni
iktar milli tahseb fuq kull suggett.
Sport: B’xorti tajba llum il-piki u l-‘glied’ nizvogawhom fl-isport
li huwa ferm iktar civilizzat minn dak tat-turnamenti medjevali fejn
kavallieri kienu jiggieldu battalji ‘sportivi’ spiss imdemma (u
bir-ragun ikkundannati mill-Knisja) jew il-glied tal-gladjaturi
taz-zminijiet rumani li kienu jiggieldu bejniethom jew inkella ma’ xi
annimal sal-mewt . B’xorti
tajba llum anke ‘sport’ mdemmi bhalma hi l-kacca u s-sajd naqsu sew
f’pajjizna. Barra wkoll li llum hawn hafna sport elettroniku u edukattiv
ghat-tfal. Madanakollu llum
hargu hafna loghob virtwali li fih hafna vjolenza, li avolja virtwali imma
jekk wiehed ikun espost hafna ghalih
isir insensittiv ghall-vjolenza reali – tnaqqaslu hafna mis-sens
ta’ kompassjoni tant importanti biex nghixu ahjar ma’ xulxin.
Indicenza: Hawn min jitkaza bl-ghera specjalment tan-nisa hdejn
il-bahar. Però ta’ min
jiftakar li l-Griegi kienu jaghmlu l-Olimpjadi bla hwejjeg,
il-partecipanti kollha rgiel. Li
jfakkarna kemm illum l-mara f’hafna pajjizi saret ugwali mar-ragel (kif
suppost) u tiehu sehem f’kull sport.
Illum ukoll in-nisa huma ugwali quddiem il-ligi, bil-vot ecc li
dari anqas biss kienu joholmuhom.
Vjaggar: Fiz-zminijiet semplici u rustici ta’ dari hafna minn nies
rari kienu jivjaggaw ’il boghod minn fejn kienu joqoghdu.
Id-dinja taghhom kienet ta’ dijametru ta’ ftit mili.
Illum bl-ivjaggar komdu u rhis hafna jivjaggaw minhabba xoghol jew
biex ifittxu kundizzjonijiet ahjar, jew ghall-gost bhala turisti.
Illum bil-paga ta’ xahar persuna kapaci taghmel safra zghira u
tara l-ghegubijiet ta’ postijiet ohra, li dari hadd ma kien johlomhom li
jaghmel.
Intant
dawn kienu xi ftit mill-punti ghaliex nahseb li minkejja l-ahbarijiet
koroh, minkejja dawk il-Geremiji li jhabbru katastrofi imminenti nahseb li
llum huwa l-ahjar zmienli tghix …jew forsi fil-futur, jekk jirnexxielna
nahdmu sew ghalih!
Il-prezz
tad-dnub thallsu dejjem il-qalb bid-dieqa.
FORSI JINTERESSAWK
Anqas ahna... ahseb ara HU
Ragel
mar fejn patri qaddis u stqarr mieghu htijietu. Meta spicca qallu:
“Meta
niftakar fi dnubieti nibza’ li l-Mulej ser iwarrabni minn quddiemu!”
Il-patri
taptaplu fuq spalltu u qallu:
“X’taghmel meta l-qmis
titkemmixlek? Tarmiha jew
tghaddiha biex terga’ xxiddha? Hekk
il-Mulej... meta ghemilna jkemmixna, jghaddina bil-grazzja u l-mahfra
tieghu... u nergghu nidhru qisna godda.”
Bejn taghrif u esperjenza
Kien
belti... liebes pulit u jilghabha li jaf hafna. Resaq lejn bidwi u b’arja ta’ wiehed li qara hafna staqsa:
“Dak kif din il-baqra ma
ghandhiex qrun?”
Il-bidwi
tbissem, ha nifs ’il gewwa mill-pipa li kellu f’halqu u qallu:
“Hawn hafna baqar li
m’ghandhomx qrun.”
Il-belti
sibel.
“Qrajt hafna fuqhom ghad li
qatt ma gejt fil-kampanja. Il-baqar kollha bil-qrun!”
Il-bidwi
ma tilifx sabru:
“Habib, ghidtlek li hawn
hafna tipi ta’ baqar li m’ghandhomx qrun.
Hawn ohrajn li naqtghulhom il-qrun meta jkunu ghadhom zghar. Imma din li qed tara int ma ghandhiex qrun ghax inzertat debba!”
Fejn ma
tifhimx ...tmerix!
Tattika
Is-sultan
baghat ghal zewg habbara tal-futur u talabhom jghidulu x’hemm lest
ghalih.
“Int ser tara l-mewt ta’
wliedek u martek!”
Tant
sahan is-sultan li baghtu ghall-mewt.
Meta gie t-tieni habbâr qallu:
“Int ragel sewwa u l-Mulej ser jaghtik ghomor twil tant li ser
tkun l-ahhar wiehed li tmut mill-familja tieghek.”
Tant
ferah is-sultan li tah rigal sabih.
Qalulu
l-istess imma kemm hu importanti li taghraf tpoggi l-kliem.
Ha nara ftit ...
Mrs
Tenie Galdden tirrakkonta li meta zzewget kienet fqira izda ftit wara c-cerimonja
taz-zwieg marret ma’ zewgha f’hanut tal-hwejjeg u ppruvat libsa sabiha
ta’ gharusa. Meta s-salesgirl
kienet qed tikkumplimentaha Tenie qaltilha:
“M’iniex bi hsiebni nixtri ghax flus ma ghandix.
Imma ridt ’il zewgi jintebah kif kont inkun nidher li kelli nkun
sinjura.”
Is-salesgirl
dahket imma fehmet u bil-kalma poggiet il-libsa fejn kienet bit-tama
li lil min toghgob darba ohra jkollu bwietu iktar mimlija.
Risposta
Darba
George Jeffreys (magistrat Ingliz) iltaqa’ ma’ ragel li kien ra
fil-Qorti u messu bil-ponta tal-bastun:
“Fit-tarf tal-bastun hemm halliel!”
“F’liema tarf sinjur... tan-naha tieghi jew tieghek?”
AHBARIJIET TA’
INTERESS
IL-LAQGHA TA’ MARZU
Kellemna
Dun Raymond Portelli li kien fostna ghall-btala mill-parrocca tieghu
f’Iquitos, il-Perù. Peress
li l-laqgha kienet wara Ras ir-Randan ghamlilna hsieb fuq dan iz-zmien
specjali fil-kalendarju tal-Knisja. Ir-Randan
ghandu jkun zmien li fih naghmlu pawsa mentali li fiha nahsbu ftit
f’liema direzzjoni miexja hajjitna.
Kultant l-attivitajiet ta’ hajjitna ma jhallulniex cans li naraw
ftit fejn ahna sejrin. Dan hu
zmien ideali li fih naraw jekk ahniex qed nitilfu l-iskop ta’ hajjitna u
ningarru mill-kurrent. Kultant
sew li naghmlu ftit bhalma kien jghallem il-Beatu Gorg Preca billi nahsbu
ftit fuq il-mument ta’ mewtna mhux biex naqghu fi hsibijiet koroh izda
biex naghmlu ezami tajjeb tal-kuxjenza.
Hemm bzonn li niftakru li s-sagrificcji huma attwali llum daqs jew
aktar milli kienu qabel. Ghad
li bosta meta jisimghu b’din il-kelma mohhhom imur fuq xi cahda minn xi
haga li jhobbu hemm tip iehor ta’ sagrificcji li fih tibda taghmel xi
haga tajba li qabel ma kontx taghmel bhal tisma’ quddiesa kuljum.
B’hekk tidra taghmel xi haga tajba li qabel jew ma kontx issib
hin jew forsi kont aljenat biex tiskopri l-importanza taghha.
U dan kollu jsir biex inzidu l-fiducja f’Alla.
Meta n-nisrani jkun kapaci jintreha ghal kollox fil-providenza
t’Alla jsib li jghix hajja ferm aktar shiha.
Hasra li bosta drabi nippruvaw naghmlu minn kollox biex tghaddi
taghna meta jekk nintelqu fil-pjan providenzjali t’Alla nsibu li
hajjitna tkun ferm aktar mimlija u sabiha.
Hajr
lil Robert Borg – barman tal-kazin
tal-Youngsters – tad-drinks
li qassamna wara l-laqgha. Tellajna
video tal-musical ‘Tama li Rebhet’ li ghamilna l-Milied li ghadda.
Tela’ fih Corey Attard ta’ Triq it-Tigrija.
AQRA
BIL-MOD ...U AHSEB
Fid-dinja
jezistu tliet kwalitajiet ta’ nies:
...dawk
li jahdmu biex l-affarijiet jitbiddlu,
...dawk
li jibqghu b’idejhom fuq zaqqhom jixtiequ li l-affarijiet jitbiddlu,
...dawk
li la jixtiequ li l-affarijiet jitbiddlu u anqas jintebhu meta jitbiddlu.
Il-Mulej
jibghatna fid-dinja biex
...inwasslu
messagg,
...inkantaw
ghanja ta’ farag,
...inwettqu
opra ta’ karità,
li hadd
hliefna ma jista’ jaghmilhom.
SNAPSHOTS
Stejjer u fatti mill-hajja biex tahseb
ftit fuqhom
Dr
Charles Townes rebah il-premju Nobel
ghax-xoghol
tieghu fuq il-laser.
Hsieb
importanti fl-izvilupp ta’ dan id-dawl
gieh
meta kien bilqieghda fuq bank ta’ park.
Kien
qed ihares lejn ir-raggi tax-xemx
Fuq il-ward
tal-gnien.
L-Istorja
turi li bosta skoperti xjentifici
saru
b’kumbinazzjoni.
Anke l-insara
xterrdu minn Gerusalemm
ghax
kienu persegwitati.
Marru
s-Samarija u ppriedkaw lis-Samaritani
l-ghedewwa
mahlufa tal-Lhud.
Jekk
inharsu lejn hajjitna
naraw
bosta okkazjonijiet
li
nahsbu li huma kumbinazzjoni
izda li
wara zmien nintebhu
li
kienet il-bizzilla tal-Mulej
qed
tahdem f’hajjitna.
Boloh
ahna meta naqtghu qalbna.
Ahna
naraw biss dak li hemm fil-wicc.
Alla
jaf aktar minna x’nehtiegu.
Il-Beatu
Gorg Preca kien ihobb itenni:
“Hsieb
li jinkwetak mhux gej minn Alla.”
Din
il-fiducja jrid ikollna f’Alla.
Dak
kollu li hemm f’hajjitna mhux b’kumbinazzjoni.
Xi
darba ghad nifhmu li l-Mulej qed imexxina.
L-email
ta’ l-astronawta ftit sighat qabel mietet fid-dizastru tal-ispace
shuttle Columbia nhar is-Sibt 1 ta’ Frar 2003
Laurel
Clark minn Racine, Wisconsin kienet tabiba fis-submarines tan-Navy Amerikana qabel ma marret tahdem man-NASA
fl-1996. Nizlet fil-qighan
tal-bahar qabel ma ttajret fil-bahar infinit tas-sema fl-ispace shuttle Columbia. Din
l-omm ta’ tifel ta’ 8 snin kienet fuq l-ewwel missjoni taghha meta
l-Columbia ddizintegrat fis-sema ta’ fuq Texas.
Jum qabel l-ghibien taghha, Laurel baghtet email lill-familjari u lill-hbieb.
Wara l-ahbar ta’ mewtha donnha hadet xejra ohra.
“Hello mis-sema ta’ fuq is-sabiha dinja taghna.
Minn hawn fuq tara sbuhija ta’ l-ghageb.
Ninsabu fuq missjoni sabiha hafna u tghidx kemm ghandna esperimenti
xjentifici x’naghmlu! Sibt
dan il-ftit hin biex niktbilkom bix-xewqa li din tasal sa ghand dawk
kollha li naf u li nhobb.
“Rajt xeni meraviljuzi: sajjetti fuq il-Pacifiku, l-Aurora
Australis tixghel l-orizzont kollu bid-dehra ta’ l-Awstralja fuq in-naha
ta’ isfel, in-nofs qamar jinhbielna wara d-dinja, il-wesghat watja ta`
l-Afrika, il-muntanji tar-ramel ta’ Cape Horn, xmajjar jintisgu qalb
muntanji gholja, il-feriti li ghamlet l-umanità, il-linja tal-haja li
taqsam il-kontinent Amerikan minn fuq sa isfel.
Il-Muntanja Fuji tidher daqsxejn ta’ gundalla minn hawn fuq izda
xorta tispikka.
L-ewwel jum li tirna fuq Lake Michigan stajt nara car hafna lil
Wind Point (Wisconsin). S’issa qatt ma kont daqshekk ixxurtjata.
Kull orbita tiehu rotta kemmxejn differenti.
Hafna hin inkun fl-iSpacehub
u ma tantx ikolli lok li naghti titwila ghal isfel.
Izda kull darba li nhares nitpaxxa bis-sbuhija.
Anke l-kwiekeb jidhru iktar leqqiena.
Kemm-il darba rajt lil habibi Orion.
Hija sfida biex tiehu ritratti lid-dinja izda hi esperjenza li
minnha titghallem hafna. L-ahhar
jumejn nahseb li rnexxieli niehu xi ritratti sbieh hafna.
Nispera li huma cari.
Il-vista tieghi marret xi ftit lura kemm ili hawn fuq, ghalhekk
tehdux qatgha jekk fuq xi ritratti jew filmati rajtuni b’nuccali.
Inhossni xxurtjata li qieghda hawn nirraprezenta lil pajjizi u
naghmel esperimenti xjentifici mperrca fuq l-irkejjen kollha tad-dinja.
Irnexxielna naghmlu hafna minn dak li kellna pprogrammat ghad li
f`sitwazzjoni mhux normali bhal dawn kultant ikollok tahdem bis-sulluzzu.
F`uhud mill-esperimenti rnexxielna sahansitra mmorru ‘l hemm minn
dak prevvist. Uhud minnhom
lesti minn kollox u llum ser nibdew iehor.
L-ikel kien tajjeb hafna u bdejt inhossni komda f`dan l-ambjent
gdid u totalment differenti. Iddum
ftit iktar biex tiekol billi l-gravità ma tghinx lill-ikel jinzel
fl-esophagus. Hi sfida
kontinwa biex ma thallix il-livell ta’ ilma go gismek jonqos b`mod
allarmanti. Peress li l-likwidu
ta’ gisimna jitla’ go rasna qatt ma thossok bil-ghatx.
Nirringrazzjakom ta’ kemm waqaftu mieghi u ma’ l-avventuri li
hlomt bihom matul is-snin. Din
zgur li taqlibha lill-ohrajn kollha.
Nixtieq ferm li jirnexxielkom thossu l-energija pozittiva ahna u
nittajru fuq l-ghaziza pjaneta taghna.
Love
to all, Laurel”
IL-BIBBJA HI L-UNIKU KTIEB LI L-AWTUR
TAGHHA HU PREZENTI KULL META TINQARA.
|