|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Meta
l-Amerikani kienu qed jiggieldu ghall-Indipendenza, certu Wittman kien
akkuzat bi spjunagg u kkundannat ghall-mewt.
Il-predikatur
famuz Peter Miller sema’ bl-istorja u ddecieda li jitkellem f’isem
Wittman biex forsi jibdlulu s-sentenza. Telaq lejn Philadelphia biex
ikellem lil George Washington – il-President il-gdid – li hu kien jafu
sew ghax trabbew flimkien. Kellu
jaghmel vjagg ta’ 70 mil bil-mixi biex jiltaqa’ mieghu.
Washington
ferah immens meta ra lill-habib ta’ tfulitu imma ftit li xejn seta’
jghinu:
“Jiddispjacini
hafna imma ma nista’ naghmillek xejn. Hemm
bzonn li l-Gustizzja tiehu l-kors taghha. Nibza li habibek ikollu jsofri l-konsegwenzi ta’ htijietu!”
Miller
skanta lejn Washington:
“Habibi? Ghandek tkun taf li l-ikkundannat hu bniedem li lili ghamilli hafna
hsara. Ipprova jtebbaghli
ismi u giehi. Qal u kiteb
kontra tieghi.”
“Mela
ghalfejn gejt titkellem ghalih?” staqsa Washington.
“Ghax
jien nisrani u l-Imghallem tieghi hekk ghamel fuq il-Golgota.”
Washington
ha bixra serja:
“Ghaziz
habib, la ghal ghadu tieghek imxejt 70 mil biex tghinu, jien ghandi nara
x’nista’ naghmel biex nikkuntenta habib ta’ tfuliti.”
Ftit
wara granet harget l-ordni biex tinbidel is-sentenza ta’ Wittman.
MID-DJARJU
TA' DR A J CRONIN
Meta
spiccajt il-kors ta’ tabib servejt ghal xi zmien l-isptar u mbaghad
nqalghet okkazjoni li mmur sa l-Indja, fuq il-vapur Rawalpinder.
Kont ser inkun it-tabib abbord.
Naturalment kien ser ikolli trattament specjali bhala tabib barra
li kelli paga tajba u opportunità li nara l-Indja.
Waqt li
konna qed nippreparaw biex insalpaw smajt diskursata bejn sinjura Ingliza
u zewgha:
“Ara
ftit dak il-bahri Indjan. Wiccu
mcaftar u ghajnejh imgebbda. Iktar
ghandu mix-xadini milli minn nies.”
U
zewgha dahak u qabel maghha. Hassejt
qilla go fija u xtaqt li nibda nghajjarha.
Ghax dan il-bahri deher habrieki u biezel.
Ghamiltha f’mohhi li nahrabha kemm nista’.
Nies bhal din kienu jitilfuli l-erre minn mil boghod.
Wasalna
l-Egittu u waqafna ftit Port Said. L-Egittu
art meraviljuza mimlija memorji tal-passat.
Imma ahna ftit kellna cans induru ghax il-vapur ghamel biss waqfa
zghira. Tlajna minn hemm.
It-temp kien verament sabih u jien kont qed inqatta’ hafna hin niggosta
l-bahar, naqra u nitkellem mal-passiggieri.
Kienet qisha holma sabiha u mhux xoghol.
Izda jumejn jew tlieta wara li hallejna Port Said, gie hdejja l-bahri
li semmejt fil-bidu u mieghu kellu zewg deck boys li dehru morda.
“Ma
tantx jifilhu dott,” qalli.
Meta
nvistajthom tbikkimt. It-tnejn
kellhom is-smallpox – marda qerrieda li facilment issir epidemija. Fuq vapur b’elf u hames mitt passiggier, din l-epidemija jista’
jkollha konsegwenzi serjissimi b’mijiet ta’ mwiet.
Ma kellix ghazla ohra ghajr li ngharraf b’kollox lill-kaptan.
Dan
immuta. Fehem is-sitwazzjoni
u ma kellux soluzzjoni. L-iktar
minhabba l-fatt li ried kwazi gimgha ohra biex jasal Colombu fejn seta’
jsib medicina biex jikkumbatti din il-marda.
(Ma ninsewx li qeghdin fl-ewwel snin tas-seklu 20 u l-mezzi ta’
komunikazzjoni ma kinux bhal-lum.)
“Ara
x’ser nghidlek. Ohloq
lazzarett fuq il-vapur. Hu
zewg kmamar jew tlieta u isolahom mill-bqija tal-passiggieri.
Kull min hu sospettat indahhluh hemm.
L-importanti li ma nhallux il-passiggieri l-ohra jintebhu ghax
joholqu paniku u nigu fi krizi kbira.”
Hekk
ghamilna u nista’ nghid li qatt ma sibt koperazzjoni u ghajnuna minn
hadiema daqs kemm sibt minn dak il-bahri li semmejt.
Kien jismu Hasan u sar qisu nurse.
Jiehu hsieb ta’ shabu. L-ghada,
it-tnejn saru sitta u l-pitghada hmistax. Kelli biza’ kbir li l-epidemija
ser tinxtered mal-vapur kollu u kien baqghalna xi tlett ijiem biex naslu
Colombu. Imma l-prekawzjonijiet
li hadna taw il-frott u n-numru ma baqax jikber.
Cert li minghajr l-ghajnuna ta’ Hasan ma kont qatt nasal li niehu
hsieb dawn il-pazjenti kollha.
Fl-ahhar
wasalna. Hadt ir-ruh meta
rajt il-passiggieri nezlin u qed jitbieghdu mill-vapur.
Issa konna fuq l-art u kien hemm il-medicina mehtiega jekk tinqala’
l-htiega. Kif kont qed
nistrieh fuq il-gverta, wara granet maghluq gol-lazzarett provizorju li
konna ghamilna, nara riesqa lejja l-mara mimlija biha nnifisha li qaltli:
“Qaluli
li dak il-bahri qisu xadin kien qieghed mieghek ghax ghalxejn ippruvajt
nilmhu biex nidhak dahka ohra ma’ shabi!”
Dak
il-hin xtaq nibda nballat fuqha b’sahhti kollha.
Xtaqt nghajjat u nghidilha li ma kienx
hu forsi hi gà marret fejn il-Hallieq taghha.
Harist lejha bl-ikrah u tlaqt ’l isfel ...naghti bil-ponn fuq l-injam
tal-kabina.
L-apparenzi
jqarrqu u quddiem Alla kulhadd hu prezzjuz.
DR
CORONATO GRECH M.D. jibda artiklu dwar
IL-LOKI
Fost
l-iktar invenzjonijiet importanti u utli li qatt saru imma wkoll fost l-iktar
imwarrba, hemm dawk tal-loki (illum iktar insibuh bhala t-toilet) u l-affarijiet
li ghandhom x’jaqsmu mieghu. Minghajr
il-loki, kieku il-hajja moderna kif nafuha – ta’ bliet u rhula kbar,
toroq nodfa, djar u appartamenti fuq xulxin, nuqqas ta’ rwejjah u
epidemiji, u iktar igjene – kieku dawn ma humiex possibli.
Illum din id-daqsxejn ta’ kamra u l-komunikazzjonijiet taghha,
kull perit u disinjaturi ta’ kull xorta jridu jahsbu sew fiha, ghax,
irridu jew ma rridux, kull fejn immorru jkollna nfittxuha, anke meta ntiru
fl-ajru jew nohorgu fl-ispazju.
Dan
ghaliex ahna bhala kreaturi hajjin, irridu sors ta’ energija li ngibuha
principalment minn dik kemikali ta’ l-ikel li huwa maghmul minn molekoli
kkumplikati. Fil-gisem dawn
jigu mahduma, f’eluf ta’ reazzjonijiet kemikali, li jaghtu l-energija
u l-materjal ghal funzjonijiet tal-hajja, bhal irritabilità, moviment u
riproduzzjoni ecc. Issa dawk
il-kimici li l-gisem ma juzax, jew li ma ghandux iktar bzonnhom jigu
eliminati ghal barra, priciparjament bhala ppurgar, awrina u gass.
Ghall-bijologista l-eliminazzjoni ta’ dan il-materjal mill-gisem
hija importanti u normali daqs il-funzjonijiet l-ohra ta’ l-ikel, xorb u
nifs.
Il-process
ta’ l-eliminazzjoni, probabli minhabba l-proceduri stess kif ukoll
il-prodotti disgustanti u rwejjah xejn pjacevoli, minn dejjem, f’kull
socjetà, kienu process privat u suggett tabù (ta’ l-inqas jekk mhux
f’cajt ribald).
Izda,
hekk jew hekk, il-process ta’ l-eliminazzjoni jrid isir.
F’socjetajiet zghar u pastorali (inkluz Ghawdex sa nofs seklu ilu)
dan ma tantx kien xi problema insuperabbli, mdawrin kif kienu bin-natura u
bl-ezempji ta’ l-annimali madwarhom.
Meta n-nies
ingabru f’socjetajiet kbar kellhom jizviluppaw sistemi ta’ drenagg, xi
whud pjuttost avanzati: per ezempju dawk minn madwar il-1000 q.K. fi Krete
u Mohengo-daro u Harappa (fl-Indja) kellhom sistemi ta’ kanali mghottija,
latrini pubblici, banjijiet u f’xi nhawi anke sistema primittiva ta’
flaxxing. Iktar tard Ruma
wkoll kellha sistema tajba ta’ drenagg, latrini pubblici numeruzi (fis-sena
315 w.K. kien hemm 144 latrina) u banjijiet pubblici.
U dawn il-latrini u banjijiet kienu tassew pubblici ghax barra li
ma kellhomx hitan divizorji, kienu jservu ta’ okkazjonijiet socjali (inkluz
tahlit sesswali). Biex
jinhaslu jew jaghmlu xogholhom, ir-Rumani kienu jiehdu hin twil ipacpcu
fuq kollox u sahansitra jaghmlu negozju.
L-imperatur Vespasjan (irrenja 69-79) kien ghamel taxxa fuq
il-latrini. Incidentalment
ir-Rumani kellhom ukoll l-allat tal-loki, Crepitur u Cloacina, bil-bokka
l-kbira tad-drenagg ta’ Ruma jsibuha ‘Cloaca maxima’.
Anke
fil-Bibbja nsibu struzzjonijiet grafici hafna dwar l-indafa fil-kamp:
“Ghandu jkollok post barra mill-kamp fejn tista’ tmur meta jkollok
bzonn. U zzomm bicca ghuda
mal-ghodda tieghek u, meta titbaxxa, thaffer biha; u meta tqum tghatti l-hmieg
tieghek.” (Dt 23, 13-14)
Imma
mal-waqgha ta’ l-Imperu Ruman (fil-hames seklu, in-naha tal-Punent), l-Ewropa
ghaddiet ghall-Era Mudlama fejn barra li naqas hafna l-gherf sekulari,
nizel ukoll il-livell ta’ l-igjene.
U dan baqa’ sa zminijiet pjuttost ricenti, per ezempju bliet kbar
bhal Parigi u Londra kienu litteralment jintnu bi drenagg f’forma ta’
semplici gandott miftuh ma’ genb it-triq u kulhadd jitfa’ fih, kultant
mill-gholi! Il-latrini kienu rari, per ezempju fil-1358 f’Londra kollha,
b’popolazzjoni ta’ xi 3 miljun, kien hemm biss 4 latrini, waqt li
fil-1858, il-Parlament Ingliz kellu jaghlaq ghal ftit minhabba r-riha fix-xmara
Thames. Mhux ghageb li
mewgiet ta’ epidemiji ta’ mard, bhall-kolera u pesta, kienu vizitaturi
spissi li kienu jkaxkru eluf ta’ vittmi fi zmien qasir.
(Dan l-artiklu
jintemm fil-harga ta’ Mejju)
FORSI
JINTERESSAWK
L-inkwiet
Jghidu
li J Arthur Rank, producer tal-films kellu filosofija specjali dwar l-inkwiet. Darba stqarr:
Iddecidejt
li meta jigi f’mohhi hsieb ta’ nkwiet innizzlu fid-djarju fil-jum ta’
l-Erbgha, u fil-granet l-ohra kollha tal-gimgha intajru minn mohhi u ma
nahsibx fuqu. Tant li ghalija
l-Erbgha sar il-jum ta’ l-inkwiet. Ghal sitt ijiem ma nahseb xejn fuqhom ghax il-hsieb dwarhom isir
biss f’gurnata wahda. L-esperjenza
wrietni li sa meta jasal il-jum ta’ l-Erbgha hafna minn dan l-inkwiet
ikun irranga wahdu u l-ftit li jibqa’ nerga’ niktibhom ghall-Erbgha ta’
wara. Fi tmiem is-sena
tintebah kemm hafna drabi tkun inkwetajt fuq hafna suggetti ghalxejn.”
Dun
Gorg kien ihobb jghid ‘Hsieb ta’ dwejjaq mhux gej minn Alla ghax Alla
taghna hu Alla tal-paci’.
Min
jimxi b'ghajn ghal ghajn...
Ragel
gie mqajjem bid-daqq ta’ telefon f’nofs ta’ lejl minn gar gdid li
mar joqghod fl-istess blokk ta’ appartamenti.
“Sikket
dak il-kelb ghax hadli mohhi jinbah!”
Ir-ragel
ma wegbux imma l-ghada fl-istess hin, cempillu lura u bil-kalma kollha qallu:
“Habib,
jien qatt ma kelli klieb!”
Id-dinja
post perikoluz. Kull min
dahal fiha qatt ma hareg haj.
Dawl
fuq muntanja
Kappillan
tas-suldati intasab hdejn suldat ferut ghad li l-battalja kienet ghadha
fl-eqqel taghha. Qaghad qribu
jaghmillu l-kuragg u jghidlu li l-glied dalwaqt jintemm u hu jkun jista’
jittiehed l-isptar biex jiddewwa.
Hekk
gara tabilhaq u meta kien l-isptar is-suldat baghat ghall-kappillan:
“Nixtieq
insir nisrani ghad li sal-lum ghext bla Religjon.”
“U
x’hajrek thaddan din ir-Religjon?”
“Religjon
li thajjar lil min jghixha, jghin suldat midrub li hu ma jafux, f’nofs
battalja qalila bilfors li ghandha qawwa ’l hemm minn dik umana u jien
ukoll nixtieq inkun membru taghha.”
Jalla
jien u int wkoll napprezzaw is-sabih ta’ din ir-Religjon. U nghixuha biex inkunu dawl ghal haddiehor.
Ghand
il-mechanic
“Ghandi
hoss fil-karozza. Nisimghu
biss meta nkun ghaddej b’xi 100 kilometru fis-siegha.”
Wara li
ezamina l-karozza, il-mechanic qallu:
“Dak
il-hoss hu lehen il-Mulej biex ifakkrek li qed issuq izzejjed.”
Lura
le
Zaghzugh
Ingliz inqabad mill-Francizi waqt wahda mill-hafna glidiet li saru bejn
dawn iz-zewg pajjizi.
Il-general
ried bilfors l-arma li kien juza. Imma s-suldat Ingliz qallu:
“Jien
ma kellix armi f’idejja. Kelli
biss tamburlin.”
Ir-risposta
xejn ma ghogbot lill-general Franciz. “Ma
nemmnekx,” qallu l-general. “Doqqli
irtirata fuq it-tamborlin u forsi nemmnek.”
“Fl-armata
Ingliza ma jghallmuna qatt l-irtirata ghax ahna ma nemmnux li nistghu
nitilfu,” wiegbu z-zaghzugh Ingliz.
AHSEB
SEW
Xi whud
jirragunaw hekk…
“U
billi darba kull tant titlef il-quddiesa tal-Hadd!”
“U billi darba kull tant titlef l-erre u tibda tidghi!”
“U billi darba kull tant tara film hazin u oxxen!”
“U billi darba kull tant tixrob izzejjed u tisker!”
Tghid
dawn hekk jirragunaw kieku jkun hemm is-salesman jghidilhom:
“Ixtrih
dan il-geyser... kwazi dejjem isahhan barra darba kull tant!
“Ixtriha
din il-karozza imma darba kull xahar jew xahrejn ma taqbadx u ghal dak
il-jum ikollok toqghod minghajrha.”
“Ixtriha
din is-serratura... ghad li darba kull tant ma ssakkarx.”
Nammeettu
li ahna dghajfin u facli naqghu. Imma
li niehdu ragun ghax waqajna ...qisu ghandna dritt nizbaljaw ….hekk le!
AHBARIJIET
TA’ INTERESS
IZZEWGU
Maria
Muscat ta’ Triq ir-Rabat lil Lawrence Grima (San Lawrenz).
Neville
Vella ta’ Triq Guzè Ellul Mercer lil Pauline Cordina (Fontana).
Filwaqt
li nawgurawlhom futur hieni flimkien, infakkruhom fit-talb.
Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.
IL-LAQGHA
TA’ MARZU
Kellemna
Dun Raymond Portelli li kien ghal btala fostna.
Zejjen il-laqgha b’hafna esperjenza tal-missjoni tieghu fil-Perù.
Forsi l-aktar wahda friska hi ta’ l-isptar li fetah
ghall-pazjenti ta’ l-AIDS. Hi
dar li tilqa’ fiha madwar 15-il pazjent u l-hsieb warajha hu ‘xi haga
zghira ghal Alla’ - ghidut tal-Beata Madre Teresa.
Twaqqfet fuq tliet hsibijiet: li hadd ma ghandu jmut mahmug,
minghajr l-ghajnuna medika bazika jew wahdu.
Mhijiex dar ta’ dwejjaq ghax hemmhekk ma hemmx l-istigma li dawn
il-pazjenti jbatu fi sptarijiet Peruvjani ohra.
Hu l-post fejn twettaq dak li kien hemm fid-diska li semmalna –
ta’ kantant Sudamerikan – li Alla hu verb mhux aggettiv.
Facli nitkellmu fuq l-imhabba, hafif tikteb diski dwarha izda
difficli tghixha kuljum u ma’ kulhadd.
L-entuzjazmu hu importanti fil-hajja izda generalment dan ma jdumx. Dak li tiehu pjacir taghmel fl-ewwel gimgha ...sas-sitt
gimgha jdejqek. Niftakru dak
li hemm f’Mattew 25. L-ezami
finali ser isir fuq l-opri tal-hniena.
Alla ser jistaqsina fuq kemm ghinna lill-proxxmu.
Ftit jiswa jekk nitolbu jew naqraw il-Bibbja u nieqfu hemm. Irridu nsarrfu kollox f’azzjoni.
Ir-Religjon hi verb mhux aggettiv.
Hajr
lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li
qassamna wara l-laqgha. Tellajna
rigal – hajr lil Raymond Muscat ta’ New York – li mess bix-xorti lil
Barnaby Portelli ta’ Triq Hida.
STEDINA
Ghal-laqgha
ta’ Nhar is-Sibt 3 ta’ April 2004 fit-8.15 p.m. Peress li ser inkunu
lejlet Hadd il-Palm ha tkun laqgha ta’ preparazzjoni ghall-Gimgha
Mqaddsa.
Mela
habib ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll.
Narawkom nhar is-Sibt ...fit-8.15p.m. wara l-ahhar Quddiesa
fil-Parrocca.
EKU
EVANGELIKU FI ZMIENNA
[Gesù
qal:] “Ghalhekk jekk inti u tressaq l-offerta tieghek fuq l-altar,
tiftakar hemm li huk ghandu xi haga kontra tieghek, halli hemm l-offerta
tieghek quddiem l-altar u mur l-ewwel ftiehem ma’ huk, imbaghad ejja
ressaq l-offerta tieghek.” {Mt 5:23-24}
Il-hajja
ta’ Mary Ehrlichmann
nizlet f’abbiss ta’ niket
meta zewgha spicca maqtul
minn tliet hitchhikers.
Meta hassitha fl-aktar
fond tad-dwejjaq
kitbet ittra lill-qattiela ta’ zewgha.
Fost hwejjeg ohra kitbet:
'Jekk joghgobkom,
u qed taqraw din
sibu knisja x’imkien,
fejn tkunu wehidkom,
ergghu aqraw din l-ittra.
Kunu
afu li Alla jahfrilkom -
imbaghad morru ’l barra
u ghamlu xi haga tajba
ghall-kumplament ta’ hajjitkom.
Liema
kienet l-aktar esperjenza
li sibtha difficli biex tahfer?
Id-dnubiet ma jistghux jithassru
semplicement mahfura.
Igor
Stravinsky
Mildred
Hondorf, ghalliema tal-muzika minn Des Moines, Iowa tirrakkonta grajja li
baqghet f’qalbha…
L-ISTORJA
TA’ ROB
Qatt ma
kelli xi genju muzikali fil-klassi tieghi ghad li kelli bosta studenti
tajbin hafna. Izda studenti
li ftit kellhom grazzja ghall-muzika kelli bosta. Robby kien wiehed minnhom. Kellu
11-il sena meta ommu (single parent) wasslitu ghall-ewwel lezzjoni
tal-pjanu. Dejjem xtaqt li l-istudenti
tieghi (b’mod specjali s-subien) jibdew f’età izghar, haga li
ppruvajt infehemha lil Robby.
Izda hu
wegibni li ommu minn dejjem kellha x-xewqa li tisimghu jdoqq il-pjanu.
Accettajtu u mill-ewwel mumenti ndunajt li kien ser ikun student
impossibli. Kellu hafna rieda
izda xejn talent... ghalih it-ton u r-ritmu kienu hwejjeg ta’ barra minn
hawn. Izda kull xoghol li
kont naghtihom kien jaghmlu mill-ahjar li jista’.
Gerrbu
x-xhur u hu kien jipprova u jistinka u jien kont nigdem ilsieni u nhabbel
mohhi biex nsiblu nota tajba. Wara
kull lezzjoni, ta’ darba fil-gimgha, kien jghidli: “Ommi xi darba ser
tismaghni ndoqq!” Kont
qtajt qalbi minnu. In-natura
ma kinitx hanina mieghu f’dak li ghandu x’jaqsam mal-muzika. Ommu qatt ma dahlet tkellimni. Kont insellmilha mill-boghod meta tieqaf twasslu jew tigbru
bil-karozza qadima li kellhom. Dejjem
tirritorna t-tislim izda qatt kliem.
Jum
minnhom waqaf jattendi ghal-lezzjonijiet. Ghaddieli minn mohhi biex incempillu izda minhabba n-nuqqas ta’
talent tieghu, immaginajt li qabad triq ohra. Fil-fond ta’ qalbi hadt pjacir li ma giex aktar. Ma kienx reklam sabih ghat-taghlim tieghi.
Gimghat
wara bghatt karta d-dar ta’ l-istudenti tieghi fuq il-programm muzikali
li konna ser intellghu. Ma
stennejtux lil Rob icempilli u jghidli li xtaq idoqq maghna. Bil-kalma kollha ppruvajt infissirlu li kien ghall-istudenti
t’issa u mhux ta’ dawk li ma ghadhomx jattendu... bhalu! Wegibni li ommu kienet marida u ma setghetx twasslu izda kien
ghadu jipprattika. “Miss
Hondorf... ghandi bzonn indoqq!” insista.
Ma nafx
x’gaghalni nhallih idoqq. Forsi
l-persistenza tieghu nkella xi haga gewwenija li serrhitli rasi.
Jum il-programm wasal. Il-gym
imtela’ bil-genituri, ahwa, qraba u hbieb. Poggejt lil Robby fl-ahhar tal-programm qabel ma nohrog
nirringrazzja lill-istudenti u tindaqq xi haga ta’ l-gheluq.
Hsibt
li xi hsara li seta’ jaghmel stajt nirrimedjaha b’li nghid. Insomma, il-programm mexa harir. Ix-xoghol ta’ l-istudenti deher. Sakemm Robby tela’ fuq il-palk. Hwejgu kienu mkemmxa u xaghru mqanfed. ‘Kien messu libes bhall-ohrajn,’ hsibt. ‘Iva ommu anqas ratu gej ghal din is-serata?’
Pogga
fuq il-banketta. Tani qatgha
meta habbar li ser idoqq Concerto #21 in C Major ta’ Mozart. Izda ma kontx nistenna x’ser jigri wara. Subghajh kienu hfief itiru fuq il-pjanu, jizfnu fuq in-noti
bojod u suwed. Bla tbatija
kien ghaddej minn pianissimo ghal fortissimo, minn allegro ghal virtuoso. Anke lil Mozart kien jimpressjona! Qatt ma kont rajt lil hadd tamparu jdoqq daqshekk tajjeb lil
Mozart. Wara sitt minuti u
nofs spicca fi crescendo kbir u kulhadd kien fuq saqajh icapcap b’kemm
kellu sahha.
B’ghajnejja
mcajprin bid-dmugh tlaqt nigri u haddantu mieghi. “Qatt ma rajtek iddoqq daqshekk tajjeb Robby. Kif irnexxielek?” Minn
fuq il-microphone wegibni “Miss Hondorf... tiftakar li kont ghidtlek li
ommi marida. Kellha cancer u
mietet dalghodu. U kienet
twieldet ma tismax u ghalhekk il-lejla l-ewwel darba li semghetni ndoqq. Ridtha tkun esperjenza specjali!”
Ma
kienx fadal ghajn xotta fis-sala. Kif
in-nies tas-Servizzi Socjali kienu ser jehduh f’dar adottiva, indunajt
li ghajnejhom ukoll kienu homor u bqajt nahseb kemm kien ghanihieli lil
hajti meta dahal fiha.
Le,
qatt ma ghallimt genju muzikali, imma dakinhar hassejtni l-istudenta ta’
Robby. Kien ghallimni xi
tfisser tippersevera, thobb u temmen fik innifsek.
U
Robby! Robby miet fl-attakk
bla sens li sar fuq Alfred P Murrah Federal Building f’Oklahoma
f’April tal-1995.
|