April 2006 - Harga Nru 476
+ L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-Editorjal

Il-poeta Franciz Santuvil jirrakkonta li darba tard bil-lejl irritorna fil-lukanda izda sab il-bieb maghluq u meta habbat il-purtinar qallu:

"Jiddispjacini. L-ordnijiet huma li naghlqu fil-hdax u nofs ta' bil-lejl."
"Allura ser thallini barra ghall-ksieh?"
"Mhux jien ser inhallik barra imma r-regolamenti tal-lukanda."

Santuvil intebah li bis-sewwa ma kienx ser jasal. Qabad karta ta' 20 frank u ghaddieha minn taht il-bieb. Malli l-purtinar ra l-flus, hatafha u bilgri fetah il-bieb.

"Grazzi sinjur," qallu tal-bieb.
"Grazzi int ukoll talli ksirt ir-regolamenti u ftahtli. Issa izda ghamilli pjacir mur gibli l-bagalji li hallejt barra."
"Bil-qalb kollha!" qallu l-purtinar.

Izda malli hareg, Santuvil kien pront ghalqu barra.

"Sinjur, hawn m'hawnx bagalji."
"Mela forsi ma gibthiex mieghi!"
"Hu pacenzja iftahli ghax bir-rih il-bieb inghalaq u m'ghandix cavetta."
"Anke li kellek cavetta ma kontx tidhol ghax ghamilt l-istanga u dan il-bieb ma jinfetahx wara l-hdax ghajr jekk xi hadd minn barra jitfa' minn tahtu karta ta' ghoxrin frank."

Kontra qalbu l-purtinar radd dak li kien seraq. Bid-dahka, Santuvil qallu:

"Habib ahjar frank bis-sewwa milli ghoxrin bil-qerq," u tah frank f'idejh bhala tips.


KUCCARINA GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA


Kienu bhas-soltu fil-canteen ta' l-università
grupp ta' zghazagh aktarx nebbiexa
li giethom ix-xoqqa f'moxtha
meta l-inqas stennewha.

Ghax sehibhom meta hareg il-maktur
biex jimsah gharaq gbinu
waqaghlu minn butu kurcifiss zghir.

Shabu lemhuh u bdew jikkummentaw
"Johnny sar qaddis… arah bil-kurcifiss."
"Min jaf forsi spicca missjunarju…"
"..Jew monsinjur f'xi katidral famuz."

Johnny gabar il-kurcifiss
biesu b'qima u kompla qisu ma kien gara xejn.
Huma jikkummentaw u huma jisimghu.
Imma f'qalbu kien ferhan
u ma kellu l-ebda dieqa ghal dak li gara.

Anzi qal f'qalbu
"Ingorru bil-qalb ghax jien nisrani.
Dan mhux magic charm
u anqas xi garanzija li f'hajti
ma ngarrab l-ebda salib u saram.
Hu biss rabta ta' mhabba
ma' dak li habbni hafna
tant li miet ghalija.

"U meta l-hajja tidher iebsa
niftakar li tieghu ma kinitx facli
u bhalma hu ma qatax qalbu
u anqas iddispra
jien ukoll inkompli mixjieti
cert li qieghed qribi
biex jghinnu ngorr salibi.

"Meta idi tidhol f'buti
u nhoss b'subghajja l-kurcifiss
nifrah li m'iniex wahdi.
Hu qieghed qribi u mieghi
u ghalhekk id-dahk niggiezi ta' shabi
ma jaslu qatt li jhajruni
nnehhieh minn buti.

"Ghalija hu ghajnuna kbira
Hu kuccarina ghasel
fi triq il-hajja.
Mhux jahasra li jkun hemm iktar
li jiskopru din il-benna." 


Dr CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu li beda fil-harga ta' Marzu …

GHANDEK SULFARINA?

L-Irlandiz Robert Boyle kien pogga ftit kubrit fuq zkuk, li ma tantx tista' tghidulhom sulfarini, ghax, bhal fjakkli medjovali, biex jaqbdu riedu n-nar. Forma stramba ta' sulfarin kien il-Promethian1 match ta' Londra tas-seklu 19 li kien jikkonsisti f'bocca zghira tal-hgieg b'acidu go fiha u miksija b'materjal jaqbad u li meta tinkiser bi tnalja (jew bis-snien!) il-karta li mgezwra go fiha tiehu n-nar.

Intant, kien fil-1831 li l-Franciz Charles Saura ghamel l-ewwel sulfarini prattici meta f'ras is-sulfarin uza fosfru2, potassju klorate (biex jipprovdi l-ossignu tant importanti biex xi haga taqbad) u kolla. Imma l-fosfru li ntuza kien velenuz u hafna li kienu jahdmu fil-produzzjoni ta' dawn is-sulfarini mietu b'digenerazzjoni u ugigh kbir fl-ghadam. L-iskoperta ta' fosfru ahmar, inqas tossiku u jaqbad inqas malajr, ghenet lill-Izvediz J E Lundstrom biex fil-1855 jaghmel l-ewwel sulfarini li jixbhu iktar lil dawk kif nafuhom illum. Imma peress li l-ingredjenti kollha kienu kollha fir-ras taz-zokk dawn is-sulfarini kienu jaqbdu malajr u ma' kollox, b'effett umoristiku f'xi film ta' Laurel u Hardy imma pjuttost perikoluzi. Kien iktar tard meta l-fosfru ahmar gie mpoggi fuq il-kaxxa u mifrud mill-bqija tas-sulfarini li s-sulfarini saru veru safety matches. U maz-zmien dejjem komplew jirfinaw u maghmula bil-miljuni. U f'kaxxi differenti, kultant sbieh hafna, fil-fatt passatemp interessanti huwa l-gbir ta' kaxxi tas-sulfarini qodma u kontemparanji, lokali jew barranin. 

Sulfarin tal-lum bazikament huwa zokk ta' l-injam li fih ras li generalment hija tahlita ta' antimonju sulfidu, potassju klorate, kubrit, faham u kolla. Din ir-ras ta' sulfarin tiehu n-nar meta tigi mahkuka mal-parti tal-kaxxa tas-sulfarini li fiha l-fosfru ahmar.

U llum minkejja li hawn alternattivi ohra ghas-sulfarini bhall-lajter (jew brika kif kienu jghidulhom dari), is-sulfarini jidhru li ser jibqghu maghna ghal zmien mhux hazin, u aktarx li nehduhom maghna meta nesploraw dinjiet ohra ta' sistemi solari ohra.

1 Fil-Mitologija Griega Prometew kien alla li seraq in-nar mis-sema u tah lill-bnedmin. Zews, l-alla l-kbir, tant irrabja, li kkastiga lil Prometew billi ordna li jintrabat ma' blata u kuljum ajkla tigi u tikollu l-fwied imma mal-lejl kien jerga' jifforma.

2 Bhal hafna affarijiet ohra l-fosfru fin-natura jinstab f'verzjonijiet differenti, jew allotropi, li ghandhom karatteristici differenti. Il-fosfru ghandu zewg allotropi principali, dak abjad – solidu bajdani, jaqbad spontanjament u tossiku, u dak ahmar – inqas reattiv u inqas tossiku.


FORSI JINTERESSAWK

Lura lejn il-vojt

Darba, f'mument ta' diqa, meta l-awtur famuz George Bernard Shaw hares lura lejn hajtu qal:

"Jien ghixt ta' ateu. Emmint biss f'din il-hajja. U ktibt u ghallimt biex haddiehor jemmen bhali… jghix bhali. Illum inhares lura u nara eluf ta' nies jippuntaw subghajhom lejja ghax kont jien li qridtilhom twemminhom. Iharsu u jaraw fija bniedem li ma jistax jibqa' jemmen f'dak li kien jemmen ghax dak li kien jemmen hu mejjet… sbankat… sfumat u vojt."


Kemm jinbidlu z-zminijiet

Fil-Gazzetta Russa Pravda tal-1950 kien hemm dan il-kliem:

'Jekk fuq ix-xoghol issib xi diffikultà, ftakar fi Stalin… jekk forsi qed tiddubita l-abilità tieghek, ftakar fi Stalin… jekk thossok ghajjien, ftakar fi Stalin… jekk thossok anzjuz u ma tafx x'ser taqbad taghmel, ftakar fi Stalin. U ibqa' cert li kull diffikultà titranga.'

U llum ssib miljuni ta' miljuni ta' Russi li wicchom jihmar x'hin jissemma isem Stalin!


Guvni ma baqax imur knisja ghax kellu xi jghid mal-kappillan.

Xi hadd qallu: "Il-knisja vapur. Allahares taqbez il-bahar jekk ikollok xi tghid ma' bahri jew mal-kaptan."


Hallih isuq

F'poezija sabiha l-awtur jirrakkonta li hu u Gesù kienu qed isuqu rota-tandem. L-awtur kien fuq quddiem ferhan li warajh hemm Gesù. Kien attent biex jevita l-hotob u t-tlajja' biex ibatu mill-inqas. Izda qajla waslu fejn xtaq.

Imbaghad l-awtur qaghad fuq wara u halla lil Gesù isuq. Izda wara ftit beda jigih id-dubju fejn ser jispiccaw ghax tghidx minn kemm hofor ghaddew u kemm-il tlajja' telghu. Ipprotesta ma' Gesù u dan bid-dahka qallu:

"Ittama fija. Kompli aqdef!"

U kompla jaqdef ghalkemm xtaq jipprotesta. U ballec wasal fejn xtaq.

Jalla ahna wkoll nibqghu nittamaw fil-Mulej anke meta ma naqblux mal-mod kif ikun qed isuq ir-rota ta' hajjitna.


Kollox kif trid hi

Hi:      Ruhi qalbi ara x'bicca drapp sabiha xtrajtlek biex inhitlek ingravata ghall-birthday!

Hu:     Mela biex thit ingravata hemm bzonn tixtri 6 metri drapp!

Hi:      B'dak li jifdal ghidt bejni u bejn ruhi, 'Naghmel daqsxejn ta' libsa ghalija!


Gale Sayers, player famuz tac-Chicago Bulls kellu dan il-kliem miktub fuq id-djarju tieghu:

"Jien nigi t-tielet.

L-ewwel il-Mulej, imbaghad il-familja u shabi, wara jien."

Facli tiktibha… iebsa tghixha. Imma zgur li hi garanzija ta' ferh u sodisfazzjon.


AHBARIJIET TA' INTERESS

IL-LAQGHA TA' MARZU

Kellemna Dun Raymond Portelli li kien fostna ghall-btala mill-missjoni tieghu fil-Perù. Matul il-lezzjoni interessanti tieghu stajna nindunaw ghalfejn hu daqshekk ghall-qalbu l-missjoni. Min jghin lill-ohrajn jinsa lilu nnifsu u ghalhekk ihoss sodisfazzjon kbir.  Irrakkontalna mnejn gietu l-idea biex iwaqqaf dar ghal dawk li qed imutu bil-marda qerrieda ta' l-AIDS. Xi hadd kien mar ghalih biex jaghti l-ahhar sagramenti lil ruh moribonda. Mill-istudji medicinali tieghu seta' jinduna li z-zaghzugh kien qed imut bl-AIDS. Tah is-sagramenti, qaghad ftit hdejh u meta mar lura f'daru donnha l-kuxjenza bdiet tniggzu li ma ghamel xejn biex inaqqas it-tbatija ta' dan iz-zaghzugh. U minn hemm beda jahseb, jippjana u jqassam kif ser izomm dar ghal dawk li waslu fi tmiemhom tort ta' din il-marda. Id-dar li semmieha 'Xi haga sabiha ghal Alla' - slogan ta' Madre Teresa – issa ilha sentejn tiffunzjona u kienu madwar 250 dawk li hallew din id-dinja f'sodda ta' din id-dar u b'xi hadd hdejhom u mhux abbandunati f'xi gharix jew mitluqa wehidhom fi triq imwarrba. Dan ix-xoghol qed ikun apprezzat minn bosta f'Iquitos. Stajna nintebhu li Dun Raymond ghandu qalbu fost dawn il-parruccani tieghu tal-Perù fejn issa ilu ghal dawn l-ahhar tnax-il sena. Nawgurawlu wkoll ghaliex dan l-ahhar, wara snin twal ta' studju fil-Perù, iggradwa bhala tabib ghax ihoss li barra l-erwieh ghandu jikkura wkoll il-gisem li fih jghammru. Nirringrazzjawh ta' l-esperjenzi li qasam maghna u nweghduh li nitolbu ghalih biex il-Mulej ikompli jseddqu fix-xoghol fejjiedi li qed iwettaq.

Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. Jozef Sultana ta' Triq Agius de Soldanis tela' fir-raba' volum tal-ktieb Il-Hbieb Isejhu bl-Istejjer.


STEDINA

...ghal-laqgha tal-Guvintur ta' nhar is-Sibt 1 ta' April fit-8.15p.m.  - peress li qlibna ghall-hin tas-Sajf u l-ahhar quddiesa fil-parrocca tibda fis-7.30p.m.

Ser ikellimna l-psikologu Dr Michael Galea PhD. Zommu dan l-appuntament mensili maghna u xi haga ta' gid tiehdu zgur maghkom. Nofs siegha lezzjoni maghna isebbhulkom id-divertiment tal-weekend – sad-9.00 nkunu lesti. Jifdal hin biex tohorgu mal-hbieb.

MELA NISTENNEWKOM ...Is-Sibt 1 ta' APRIL fit-8.15p.m.


AHSEB FTIT

Qatt rajnieha din ix-xena… player famuz wahdu quddiem il-lasta jitfa' l-ballun barra u dlonk ihares lejn il-haxix… jirrangah b'saqajh.

Kemm ahna kapaci nwahhlu f'haddiehor meta l-htija tkun biss taghna.

U kemm inhossuha iebsa nammettu li zbaljajna.


EKU BIBBLIKU FI ZMIENNA

[Alla qal lil Gerusalemm:]
'Tista' mara tinsa t-tarbija taghha, li ma thennx ghal bin gufha?
Jekk dawn jinsew,
Jien ma ninsikx."
{Isaija 49:15}

Father John Powell kellu student
li kien jghid li ma jemmen b'xejn.
Meta kien qed jaghmel
l-ezamijiet ta' l-ahhar
staqsa lill-qassis:

"Father, tahseb li xi darba nsibu lil Alla?"
Il-qassis ried jghidlu xi haga li jibqa' jiftakar:
"Tommy, int ma ssibux lil Alla,
imma Alla zgur li ghad isibek."
Xhur wara z-zaghzugh marad b'cancer.
Waqt il-marda, Alla sab lil Tommy
bl-iktar mod sabih li tista' timmagina.
Ftit qabel miet
Tommy talab lill-Father Powell
biex jaqsam l-esperjenza tieghu
ma' l-istudenti futuri tieghu
u jghidilhom kif Alla sabu lil Tommy
minkejja li dan ta' l-ahhar
kien qata' qalbu.

Nista' niftakar f'mument f'hajti
fejn Alla sabni minkejja li jien
ma kontx ghadni nfittxu?

[Alla jghid:]
"Ma nistax ninsik,
ktibt ismek fuq il-pala ta' idi."

ISAIJA 49: 16


Dr Michael Galea PhD jaghtina s-sitt artiklu minn sensiela ta' psikologija applikata:

6.       L-Arti tas-Simpatija

Meta xi iben jew ragel ta' familja jigi nieqes jew imut, u l-omm jew il-mara tieghu trid tigi mgharrfa, l-iktar haga iebsa hi dik li jinstab xi hadd sabiex jaqsam l-ahbar tat-telfa lilhom, b'mod kalm, b'tattika u b'imhabba. F'kelma wahda, bniedem li jkun simpatiku.

Meta ssehh xi tragedja jew meta ninsabu quddiem tbatija jew luttu kbir, ahna dejjem nilqghu bil-qalb xi hadd li jkun jista' jifhimna fl-inkwiet li nkunu ghaddejjin minnu u jissimpatizza maghna.

Is-simpatija hi rigal mill-isbah. Mhux kulhadd moghni bih. U mhux facli tiksbu. Pero' jiswa sew b'kemm il-prezz jigi biex niksbuh. Il-kelma 'simpatija' gejja minn zewg kelmiet Griegi 'sun' u 'patheo'. Dawn tradotti ghall-Malti jfissru "li thoss ma'". Meta ahna nissimpatizzaw ma' persuna, ahna nidhlu fiz-zarbuna taghha, speci ta' nilbsu l-gilda taghha. Dan jista' jitlob minna li nidentifikaw ma' l-emozzjonijiet taghha ta' frustrazzjoni, niket, hemm, diqa, ferh, sodisfazzjon, b'tali mod li nifhmu iktar kif il-persuna qed thoss. B'hekk inkunu nistghu iktar nghinu b'mod konkret.

Hemm bosta nies kbar fl-istorja li kienu kapaci jissimpatizzaw ma' l-ohrajn, liema gest tahom ingredjent fil-karattru taghhom li mhux spiss niltaqghu mieghu. Il-president Amerikan Abraham Lincoln issimpatizza b'sengha kbira ma' l-iskjavi suwed fl-Amerika. U permezz ta' din is-simpatija li wasslitu sabiex jiggieled ghall-helsien taghhom. Mahatma Gandhi ssimpatizza mal-'harijans' ta' zmienu fl-Indja, dawk li ma kellhomx vuci, drittijiet u min jiddefendihom, ghax kienu out-casts. Permezz ta' hekk, Gandhi rebhilhom  drittijiet specjali fil-kostituzzjoni tal-pajjiz. Fr Damien issimpatizza mal-lebbruzi tal-gzira ta' Molokai, tant li ta hinu, ghemilu, l-imhabba tieghu u sahansitra hajtu ghalihom ilkoll. Frott tieghu, interess gdid xtered mad-dinja biex tigi miggielda din il-marda kiefra.

Ghalkemm ahna m'ahniex Lincoln, Gandhi, jew Fr Damien, imma lkoll imsejhin biex nikbru fis-simpatija u nuruha lejn hutna f'kull tip ta' bzonn. Ma ninsewx li min ghandu verament is-simpatija, ma jaghmilx distinzjonijiet u differenzi bejn persuna u ohra! Is-simpatija tista' verament tghinna nnaqqsu mill-mizerja fid-dinja, u noholqu iktar ferh.


TAQTAX QALBEK

Xi hadd staqsa lil Papa Gwanni Pawlu l-ewwel – il-Papa tat-tbissima li dam Papa 33 jum biss – "Santità, int gie li fit-talb hsiebek imur fuq affarijiet ohra li ma ghandhomx x'jaqsmu ma' dak li qed titlob."

"Esperjenza ta' kuljum," wiegeb il-Papa. "Inkun qed naqra l-brevjar u nahseb fuq l-ambaxxatur li mieghu ser ikolli niltaqa' f'dak il-jum. U malli nintebah b'dan il-hsieb dlonk indur lejn il-Mulej u nghidlu: 'Mulej ilqa' t-talb ta' bniedem imperfett.'"

Ix-xewqa li tlissen talba hija digà talba.