
|
+L-Iben t'Alla sar Bniedem April 2009
numru 512 Placido Domingo u Jose’ Carreras huma tenuri famużi. Aktarx li anke min mhux dilettant tal-opra sema’ bihom għax għandhom ukoll kanzunetti moderni. It-tnejn huma spanjoli u ħbieb ħafna. Imma mhux dejjem kienu hekk. Spanja kien hemm ħafna rivalità bejn in-nies ta’ Madrid u dawk Katalani. Firda sħiħa u ħafna drabi kienet twassal għal ġlied qalil. Domingo kien Madrilen imma Carreras kien ta’ demm Katalan u bejn it-tnejn bdiet titrabba ċerta apatija sakemm splodiet fi ġlieda kbira. Infirdu għal dejjem. Tant li waħda mill-kundizzjonijiet li kienu jagħmlu meta xi ħadd kien jistedinhom ikantaw kienet tkun ‘basta l-ieħor ma jiġix’. Iżda darba Carreras ħassu ma jiflaħx u meta għamel xi testijiet intebħu li għandu kanser. Ħass ħajtu tispiċċa. Kien għadu fl-aħjar tiegħu. Beda l-kura u din wasslitu fi sptar f’Madrid li kien proprju qiegħed għal pazjenti bħalu. Sab hemmhekk kura u ħniena li mmeraviljawh. Kienet triq twila imma rnexxielu jirbaħ. Kien meta rebaħ li sar jaf li dak l-isptar kien immexxi mill-għadu tiegħu Domingo. Kien iħallas flejjes kbar biex il-pazjenti jkollhom l-aħjar kura. Ħass li għandu jitlob skuża lill-avversarju tiegħu. Dan laqgħu bil-ferħ u minn dakinhar saru ħbieb kbar. Xi ħadd staqsa lil Domingo kienx jaf li l-għadu tiegħu qed jiġi kkurat fl-isptar li hu tant kien jgħin. U meta wieġeb li iva l-ġurnalist kompla: “X’fettillek tgħin għadu li fil-fatt hu biss jista’ jkun avversarju den fid-dinja tal-opri?” “Għax kien ikun dnub inħalli vuċi bħal dik tintilef. U llum nifraħ li għentu jikseb saħħtu. Anzi ngħid li xejn ma jferraħni daqskemm meta nisimgħu jkanta.” L-għira toqtol… l-imħabba tgħajjex. U tferraħ ferm iktar mill-għira. COFFEE BREAK - waqfa qasira fil-ġirja tal-ħajja mal-awtur Paulo Coelho (Għaddejjin b’pass mgħaġġel wisq li kultant anqas iħallilna żmien nirriflettu. Dawn il-ħsibijiet qosra huma għal dawk li kapaċi jieqfu biex jiflu skop il-ħajja.) Paulo jirrakkonta li darba kien ma’ ħabiba tal-familja… Ursola vjolinista ċelebri u kienu flimkien għaddejjin minn department store kbir. U f’daqqa waħda Ursola qaltlu: “Qed tisimgħu?” Jien waqaft u ma smajt xejn għajr il-ħsejjes tas-soltu diskors f’lingwi differenti ċekċik ta’ magni tal-flus mużika tgħajjat biex tiġbed l-attenzjoni imma qajla tqanqal l-ispirtu. “M’intix nisimgħu?” reġgħet qaltli Ursola. “Pjanista li għandu seħer kif isemma’ n-noti mużikali tal-Imgħallem ta’ dari. Imxi noqorbu ħa nisimgħuh aħjar u eqreb.”
U Ursola bdiet isserrep
ġol-folla sakemm wasalna ħdejn ħanut minnhom u fih kien hemm dak il-pjanista idoqq b’ħeġġa u b’ħila għad li ħadd mix-xerrejja ma kien qed jagħti kas tiegħu. Qrobna iktar ridna nuruh li aħna qed nisimgħu napprezzaw ħilietu. Intebaħ u tbissem imma kompla jdoqq bħal qabel.
Waqafna hemm. Addio xiri mid-department store. Konna sibna roka ta’ skiet intern f’dinja ta’ ħsejjes u smajna melodija wara l-oħra ta’ Chopin, Schubert u Mozart. Stħajjiltni qiegħed f’rokna żgħira tal-ġenna.
U waħdi bdejt nistaqsi kif setgħet Ursola tintebaħ bid-daqq tal-pjanu f’dik il-ħamba kollha u fhimt li għal min iħobb il-mużika n-noti tagħha jkunu ċari anke f’dinja ta’ storbju.
Mhux jaħasra li aħna wkoll inkunu attenti biex nisimgħu leħen il-Mulej li kapaċi jkellemna anke fil-fratterija li l-ħajja tal-lum ddawwarna biha. Iżda biex nisimgħu widnejna jridu jkunu draw leħnu u aħna nkunu sibna ftit ħin biex nieqfu mill-ġirja sfrenata tal-ħajja. Dr Coronato Grech M.D. itemm l-artiklu li beda fi Frar: Imnieħer Kleopatra Fl-istorja hemm xi każijiet fejn avvenimenti, azzjonijiet, jew deċiżjonijiet kellhom influwenza qawwija kif żvolġiet l-istorja. Fost dawn insibu:
Id-dwell ta’ Handel.
Id-dinja mużikali kienet
tkun
Iż-Żewġ Sparaturi f’Sarajevo, 28 ta’ Ġunju 1914. Dan kien l-assassinju doppju tal-arċiduka Awstrijakk Ferdinand u martu meta, waqt żjara statali, ġew maqtula minn membru ta’ grupp żgħir ta’ Serbi. Il-konsegwenzi kienu terribbli. Ħafna pajjizi Ewropej kienu fi ftehim diplomatiku kkumplikat f’każ ta’ gwerra fost xi ħadd minnhom u meta l-Awstrija ddikjarat gwerra kontra s-Serbja, l-pajjiżi l-oħra, bħal mazz karti f’bilanċ prekarju, waqgħu f’kunflitt terribbli li ġab il-mewt ta’ madwar 10 miljuni u biddel wiċċ l-Ewropa. Mingħajr dawk it-tiri fatali ta’ dak il-Ħadd filgħodu aktarx li ma kienx ikun hemm l-Ewwel Gwerra Dinjija. U lanqas it-Tieni.
Dawn kienu xi wħud mill-eżempji fejn l-istorja umana, b’kapriċċ inkonfondibbli, ħadet ix-xejriet li ħadet. U mnieħer Kleopatra? Ironikament Blaise Pascal mar daqsxejn zmerċ. Riċerka riċenti (minn muniti u busti) turi li Kleopatra wara kollox ma kinitx tremendament sabiħa, u mneħirha kien dak akwilu tan-nisa tal-Lvant Nofsani. L-intriċċi li għaddiet minnhom iktar donnhom kellhom kawża politika milli mill-għamla ta’ mneħirha. FORSI JINTERESSAWK Tgergir u aktar tgergir Il-mara kienet tgerger għax id-dar li kellha kienet żgħira. Il-Mulej taha dar ikbar imma xorta baqgħet tgerger għax issa kienet kbira wisq u riedet is-sefturi. Il-Mulej ipprovdielha s-sefturi. Imma hi xorta baqgħet tgerger għax dawn kienu għażżenin. Il-Mulej reġa’ poġġieha fid-dar żgħira li kellha. Il-mara hi int u jien. Flok naraw is-sabiħ ta’ madwarna nikkonċentraw fuq l-ikrah u ninfexxu ngergru. Bejgħ mhux għotja
Ħalla ftit ħin jgħaddi u reġa’ resaq lejn il-kju u din id-darba talab €100 għaż-żewġ biljetti u tgħidx kemm kien hemm li riduhom għax fil-fatt kienu ser jeħduhom nofs prezz. B’xejn ma riedhom ħadd u bil-flus iġġieldu għalihom. Tant sirna suspettużi li nibżgħu anke minn rigal!
Valuri Fi żmien meta Harrison kien President Amerikan ġie jkellmu bniedem komuni u xi ħaddiem tal-White House ħallih f’kamra umda jistenna. Meta sar jaf il-president bagħat għall-ħaddiem u talbu jgħidlu għaliex ħallieh f’dak l-ambjent kiesaħ. “Għax sinjur il-kmamar l-oħra fihom it-tapiti u dak kellu ż-żarbun bit-tajn!” “Kun af ħabib li l-bniedem hu aktar importanti mit-tapiti u fil-fatt jekk nidħlu iktar ’il ġewwa fl-argument ikolli ngħidlek li t-tapiti kollha tal-White House huma tal-poplu Amerikan u kollha għandhom id-dritt li jużawh… anke jekk dan jiċċappas.” Niżbaljaw bi sħiħ meta l-oġġetti nagħtuhom post qabel il-persuni.
Mill-Golgota għall-Everest Meta l-espedizzjoni mmexxija minn John Hunt telgħet fuq l-Everest… ir-rebħa tal-bniedem fuq l-iktar muntanja għolja, kien hemm qassis ħabib ta’ Hunt li tah kurċifiss żgħir u talbu biex jekk jirnexxielhom jitilgħu jpoġġih fuq il-quċċata. Kien kurċifiss żgħir li fil-fatt twassal minn Sir Edmund Hillary u tpoġġa fejn xtaqu l-qassis. U aktarx li għadu hemm moħbi fis-silġ sal-lum… Il-karità ma titlifha qatt għax meta tagħtiha b’xi mod jew ieħor terġa’ lura għandek. AĦBARIJIET TA’ INTERESS IL-LAQGĦA TA’ MARZU
Nirringrazzjaw lis-Superjur Ivan tal-lezzjoni sabiħa li għamlilna u lin-numru sabiħ ta’ old boys li qed jattendi għal din il-laqgħa flimkien maż-żgħażagħ tal-lum. Nieħdu gost immens niltaqgħu flimkien. Jalla l-istedina tasal għand bosta żgħażagħ u old boys oħra u n-numru tagħhom ikompli jiżdied. Ħajr lil Robert Borg, barman tal-każin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgħa. Frankie Meilak ta’ Triq Ġużè Ellul Mercer tela’ fir-rigal li tellajna fi tmiem il-laqgħa. STEDINA Ser ikellimna Dr Michael Galea PhD, psikologu, dwar kif għandna nkunu pożittivi f’ħajjitna. Matul ħajjitna niltaqgħu kuljum ma’ okkażjonijiet li jqawwulna qalbna u oħrajn li jaqtgħulna qalbna. Jiddependi minna kif inħarsu lejn ħajjitna. Dr Galea ser jagħtina tips ta’ kif għandna nfittxu dak li hu pożittiv f’ħajjitna. Li nkunu realisti ma jfissirx li nkunu dejjem imdejqa u b’geddum sa l-art. Anzi. Il-ħajja hi kif nagħmluha… jew aħjar inħarsu lejha aħna stess. Il-laqgħa ser issir nhar is-Sibt 4 ta’ April fit-8.15p.m. peress li qlibna għall-ħin tas-Sajf. Ejja int li qed tasal għandek l-istedina u ġib miegħek lill-ħbieb u old boys li taf. Narawkom. Aktar ma nkunu aktar nieħdu gost.
Forsi meta ma kinitx tinħass
daqstant il-credit crunch!!! F’Università Amerikana għamlu survey biex jaraw liema kienu dawk il-ħwejjeġ li l-iktar jinkwetaw lill-istudenti… l-istudju, il-homework, l-assignments, l-eżamijiet, il-lectures u ħafna suġġetti oħra. Magħhom kien hemm vrus vojta biex jekk min organizza s-survey forsi nesa xi ħaġa l-istudenti jkunu jistgħu jniżżluha. U ħafna għażlu wieħed minn dawn il-vrus vojta u fih kitbu: “Fejn ser nipparkja l-karozza!” FUQ IL-PASSI TA’ SAN PAWL [Pawlu jikteb:] …bħalma tgħallimtu mingħandna kif għandkom timxu u togħġbu lil Alla… Din hi rieda ta’ Alla: il-qdusija tagħkom..” (1 Tess 4: 1, 3)
Fil-kitba tiegħu Apologia Pro Via Sua, John Henry Newman jikteb hekk dwar il-kuxjenza: ‘Tfaħħar, tagħti l-ħtija, twiegħed, thedded, tixxennaq għall-futur, hija xhieda ta’ dak li ma jidhirx. Hija aktar mill-bniedem fih innifsu. L-istess bniedem ma għandux qawwa fuqha, jew bi tbatija kbira ħafna, ma jistax jagħmilha, anqas jeqridha, jista’ ma jużahiex, iżda hemm tibqa’… L-istess eżistenza tagħha tixħitna ’l barra minna nfusna, biex naraw il-għoli u l-fond ta’ Dak li hi l-vuċi tiegħu.’
Waħda mill-għajnuniet li tana Alla sabiex insalvaw hija l-kuxjenza. Kemm qed nimxi fuqha biex nieħu d-deċiżjonijiet tiegħi?
Dak li jissagrifika l-kuxjenza ikun jaħraq l-istampa biex iżomm l-irmied. Qawl Ċiniż KIKKRA KOKOTINA
Laqagħhom b’idejh miftuħa. Waqt id-diskursata l-kliem waqa’ fuq l-istress tal-ħajja, ix-xogħol u relazzjonijiet tagħhom. Offrielhom ftit kokotina u filwaqt li ħalliehom jitkellmu fis-salott, hu mar fil-kċina biex jipprepara. Ftit wara kien ħdejhom b’kitla kbira kokotina u tray b’bosta kikkri ta’ kull għamla, materjal u kulur. Kien hemm uħud minnhom li jiswew il-flus, oħrajn ftit li xejn, uħud tal-porċellana, kristall, ħġieġ inkella plastik. Min ċar u min imlewwen. Insomma taħlita sħiħa. Qalilhom biex kulħadd jimla tiegħu. Malli kulħadd ħa kikkra u mlieha qalilhom b’dak li kien għaddej minn moħħu. “Innotaw ftit li l-isbaħ kikkri u dawk li jiswew il-flus kienu l-ewwel li ttieħdu. Fadal l-irħas u li ma jiswew xejn. Filwaqt li hu normali li tridu għalikom infuskom dak li hu l-aħjar, dan hu s-sors tal-problemi u l-istress tagħkom. Il-kikkra li qegħdin tixorbu minnha ma żżid xejn mal-kwalità tal-kokotina. Bosta drabi tiswa aktar flus u taħbi dak li tkun qed tixrob. Intom ridtu ftit kokotina… ħadd minnkom ma ried il-kikkra! Iżda xorta, inkonxjament, għażiltu l-aħjar kikkri. U wara ftit bdejtu tħarsu lejn dak li ħa ħaddieħor. Issa ħbieb, aħsbu ftit fuq dan… il-ħajja hija l-kokotina. Ix-xogħol tagħkom, il-flus, il-pożizzjoni fis-soċjetà huma l-kikkra. Huma għodda biex iżommu l-ħajja. Il-kikkra ma tfissirx, inkella tibdel, il-kwalità ta’ ħajja li qed tgħixu. Kultant, billi tikkonċentra fuq il-kikkra, ma ngawdux il-kokotina li tana Alla. Ibqgħu ftakru din… Alla jaħmi l-kokotina, qatt ma jagħżlilna l-kikkra!” L-iktar nies ferħana ma humiex dawk li għandhom kollox mill-aħjar iżda dawk li kapaċi jieħdu l-aħjar minn dak li għandkom. Għix sempliċi, ħobb bla tarf, interessa ruħek f’kulħadd, tkellem b’rispett u ħalli kollox f’idejn Alla. U ftakar dan: l-aktar bniedem sinjur mhux dak li għandu l-aktar iżda dak li ma jixtieq xejn. Iggosta ixrob dik il-kokotina.
Tkun ilħaqt il-quċċata meta.... 1. Tifhem li l-falliment hu esperjenza mhux persuna, li lbieraħ intemm mal-lejl li għadda u llum hi ġurnata ġdida. 2. Tagħmel paċi mal-passat tiegħek, int iffokat fuq il-preżent u għandek tama qawwija fuq il-futur. 3. Taf li suċċess (rebħa) ma twasslekx u falliment (telfa) ma tkissrekx. 4. Int mimli fidi, tama u mħabba; u tgħix bla rabja, xeħħa, ħtija, għira u ħsibijiet ta’ vendetta. 5. Int matur biżżejjed li kapaċi tistenna li tieħu ħlasek u tibdel l-attenzjoni tiegħek minn fuq id-drittijiet għar-responsabbiltajiet. 6. Taf li meta ma tiqafx lil dak li hu moralment ħażin tkun qed tlesti t-triq biex int stess issir vittma ta’ dak li hu kriminalment ħażin. 7. Int tħossok komdu b’dak li int, u għalhekk int f’paċi ma’ Alla u l-bnedmin l-oħra. 8. L-għedewwa tiegħek bdilthom fi ħbieb, u għandek il-fiduċja u r-rispett ta’ dawk li jafuk sew. 9. Taf li fl-oħrajn hemm il-ferħ, imma l-veru ferħ jiġi minn dak li lest li tagħmel għall-oħrajn. 10. Int ta’ pjaċir mal-gerguri, ħanin mas-selvaġġ u ġeneruż mal-bżonnjuż. 11. Tħobb lil min ma ħaqqux imħabba, tgħin lil qalbhom maqtugħa, ħabib ta’ min bla ħbieb u ta’ inkoraġġiment lil min qata’ kull tama. 12. Tista’ tħares lura b’maħfra, ’il quddiem b’tama, ’l isfel bi ħniena u ’l fuq b’ringrazzjament. 13. Taf li dak li hu ‘l-akbar fostkom, ikun il-qaddej tagħkom.’ (Mt 23, 11) 14. Tifhem, tammetti, tħarreġ u tuża l-kwalitajiet mentali u fiżiċi li tak Alla għall-glorja tiegħu u għall-ġid tal-bnedmin. 15. Meta tasal quddiem il-Ħallieq u tisimgħu jgħidlek “Tajjeb, qaddej tajjeb u ta’ fiduċja.” (Mt 25, 21). |