
| + L-Iben
t'Alla sar Bniedem
Awissu 2000 - Harga Nru 408 Il-Lhud ghandhom hrafa li fiha taghlima kbira.
"Jien Elija," qallu. "Stednitni mart ibnek." "Int min int m'iniex ser inhallik tidhol hawn b'dawk il-hwejjeg ghax twaqqghalna giehna." Elija telaq imma ftit wara rega' gie u din id-darba tghidx kemm laqghuh ghax issa kien liebes sabih u kellu xehta li hu bniedem importanti. Dahhluh bil-pompa kollha u Elija beda jdur ...jifli u jara. U f'daqqa wahda qabad flixkun inbid u beda ikewsu fuq hwejgu. U l-bwiet beda jimlihom bl-ikel filwaqt li qal: "Ixrob u kul ja libsa ghax missir l-gharus lilek ried u mhux lili." Nies l-gharus ghazlu li jimxu fuq l-apparenza ghad li aktarx kienu jafu li din tqarraq bi shih. U avolja ghaddew mijiet ta' snin minn din il-hrafa, kultant jigri li ahna wkoll niehdu l-istess zball. Ninsew li l-pregju u l-valur veru, hafna drabi jkunu mohbija taht il-qoxra ta' barra. U nergghu bhal nies l-gharus inhallu l-apparenzi jqarrqu bina. Dawn xeghlu xemgha flok sehtu d-dlam
Jippassigga barra c-cella kien hemm suldat iehor. Ghassa tieghu biex ma jhallihx jahrab. F'dak il-mument kien l-ikbar ghadu tieghu ghax kieku kien jittenta jilghabil-karta ta' l-ahhar ...li jahrab. Hares lejh ....wicc imqit ...miexi pass wara pass ...idur u jerga' jpassi l-istess distanza. Kultant ihares lejn it-tieqa tac-cella. Harsa lehha biex ghajnejh ma jiltaqghux ma' ghajnejn il-prigunier. Dan fettex fil-but u sab pakkett sigaretti. Kien fadal biss tnejn. Minkejja d-dwejjaq ta' qalbu sforza tbissima u qallu: "Habib, noffrilek sigarett?" Is-suldat ghassies waqaf minn mixjietu. Hares lejn il-prigunier tac-cella. Anqas ried jemmen. Ma kienx qed jistenna sigaretti u wisq inqas tbissima. Resaq u qabbadlu s-sigarett. U l-prigunier baqa' jitbissimlu. "Ghandek familja? ...Ghandek tfal?" staqsa l-ghassies. "Ghandi. Ara fejnhom." U dlonk il-prigunier hareg xi ritratti mill-kartiera. "Meta niftakar li ser inhallihom wehidhom ...nibki f'qalbi." F'daqqa wahda l-ghassies silet cavetta mill-hafna li kellu mdejdla u bla kliem xejn fetah bieb ic-cella. "Tghaddix minn hemm ghax jilmhuk hiereg u jisparawlek. Ghaddi minn wara." U wrieh it-triq. Kien tah il-helsien. Forsi ghal prezz gholi hafna ta' hajtu jew ta' l-impieg. Kien intrebah bi tbissima. Ghax anke taht dik il-harsa mqita kien hemm qalb li thobb. Hafna iktar milli qatt ippretenda s-suldat ikkundannat. U ahna kultant kemm ahna xhah biex nitbissmu. Ghad li nafu li ma nhallsu xejn biex flok xofftejn marbuta ma' xulxin nuru xofftejn imbexxqa. Ghax tbissima kapaci ddawwal hafna iktar mill-elettriku. Mela tbissem matul triqatek ghax it-tbissima bhall-eku ...aktarx taraha ripetuta f'min ikun ircevieha. DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu dwar IS-SHAB
Lura lejn id-dinja iktar prattiku tat-teknologija, xi xjentisti hasbu kif jistghu jaghmlu xita artificjali, ghalkemm l-ewwel ricerka ma saritx direttament b’dan il-ghan. Fil-1946 l-Amerikan Vincent Shaefer kien qed jistudja kif jifforma s-silg, li jista’ jkun perikoluz, fuq gwienah l-ajruplani billi jara x’tip ta’ ghabra jew nuklej irid ikun hemm ghal kondensazzjoni fl-arja kiesha ta’ hemm fuq. Fis-Sajf ta’ dik is-sena, meta darba kienet gurnata shuna hafna huwa pprova jkessah l-esperiment b’carbon dioxide solidu meta f’daqqa wahda rrizultatlu halba silg zghira. Ftit wara rrepeta l-esperiment fuq shaba addatata minn fuq ajruplan li rrizulta fl-ewwel halba xita artificjali. Ricerkaturi ohra sabu li anke melh u l-kimika silver iodide huma effettivi ghal kondensazzjoni ta’ shaba. Però din ix-xita artificjali qatt ma saret importanti. L-ewwelnett is-shab irid ikun minn dak tax-xita (nimbostratus jew cumulonimbus) li aktarx, kull kif, igib ix-xita. Jerga’shab ta’ dan it-tip huwa pjuttost rari fil-pajjizi nexfin fejn l-iktar li ghandhom bzonn ix-xita. U dan barra li jistghu jinqalghu hafna kwistjonijiet bejn per ezempju min ha x-xita u dak li jghid li kienet sejra ghandu ecc. Intant, ghalissa ghadna lura hafna milli nirregulaw it-temp, anzi ghadna lura milli nifhmuh sewwa u ghalhekk hemm ir-riskju kbir li nistghu naghmlu xi hsara rreparabbli lil din il-pjanetà. Madankollu dan ma zammx lil dawk li jispekulaw kif nistghu nbiddlu t-temp u mhux hawnhekk biss imma anke fuq pjaneti ohra tas-sistema solari. U ghaliex le. Anke fix-xjenza l-ispekulazzjoni ghandha l-post (limitat) taghha wkoll. Ferm iktar prattikabbli, specjalment ghal min jinsab mitluf bejn sema u ilma, hija l-osservazzjoni li shab jifforma fuq gzejjer f’nofs ta’ bahar. Dan is-shab jifforma ghaliex l-ilma li jevapora minnhom jifforma shab, generalment tat-tip cumulus, li donnu jibqa’ fl-istess post. U fir-regjuni tropikali dan is-shab jista’ jiehu kuluri distinti ghax jirrifletti r-ramel jew bahar baxx. U kultant jifforma anke fuq sikek u fejn iservu bhala sinjal ta’ periklu. Ma hemmx dubju li l-Polenizi, dawk in-navigaturi supremi, li fl-ewwel sekli wara Kristu bahhru minn gzira ghall-ohra fil-Pacifiku (waslu l-Hawaii fil-450) uzaw ukoll, barra l-kwiekeb u l-kurrenti ta’ l-ocejan, dan it-tip ta’ shab ukoll, fl-ikbar avveniment tan-navigazzjoni ta’ kull zmien. Intant, sewwa jekk qieghed mimdud f’xi xaghri fir-Rebbiegha mdawwar bil-fjuri thares ’il fuq lejn shab bajdani f’sema blù, jew tittawwal minn wara hgieg ta’ tieqa tistenna shab iswed xitwi jasal, jew tara xi tlugh jew inzul ix-xemx go kalejdoskopju ta’ kuluri, jew mitluf u mbezza’ bejn sema u ilma tfittex xi shaba fl-orizzont, ftakar daqsxejn kemm dan il-fenomenu ta’ shab jaghmel din l-ezistenza iktar interessanti! FORSI JINTERESSAWK
Principji sodi Federiku l-Kbir, l-Imperatur tal-Prussja, stieden lill-generali tieghu ghal ikla ta' unur imma l-general Hans Von Zieten baghat risposta li jixtieq li jigi skuzat ghax f'dak il-jum u hin xtaq jippartecipa cerimonja religjuza mal-familjari tieghu. L-Imperatur skuzah u meta rega' ghamel ikla ohra, xi generali ppruvaw iwaqqghu ghac-cajt lil Hans Von Zieten u d-drawwiet religjuzi tieghu. Zieten qam bil-wieqfa u qal: "Sire, grazzi talli stedintni imma ma nixtieqx nibqa' fil-kumpanija ta' dawk li jwaqqghu ghac-cajt dak li jien nghozz hafna." U minkejja li l-Imperatur talbu jiskuzahom, Von Zieten baqa' hiereg 'il barra. Bosta hasbu li l-Imperatur kien ser jikkastigah imma fil-fatt dan l-atteggjament kabbar l-istima ta' l-Imperatur u qatt iktar ma ntqal kliem ta' disprezz lejn dak li hu religjuz fil-prezenza ta' l-Imperatur u l-General Von Zieten. Difficli tlum lil min ikun sod fit-twemmin u l-principji tieghu. Kliem bejn mahbubin: Il-Guvni lit-tfajla: "Inhobbok b'imhabba tal-genn. M'iniex sinjur daqs Johnny. Ma ghandix yacht bhalma ghandu Johnny. Anqas Mercedes bhalma ghandu Johnny. Missieri mhux miljunarju bhalma hu missier Johnny. Imma jien cert li nhobbok iktar minn Johnny!" Wegbitu: "Jien ukoll inhobbok hafna imma jahasra, jekk thobbni, aghtini l-indirizz jew in-numru tat-telefon ta' Johnny!"
Voltaire kien qed jaqra xi kitbiet ta' Albrecht von Haller. Meta ltaqa' ma' shabu ma setax ma jsemmilhomx x'gost kien ha jaqra x-xoghol ta' von Haller. Kemm kien fiha gherf kitbietu. Izda xi hadd qal lil Voltaire: "Toqghodx tfahhru lil dak. Dak dejjem imaqdar il-kitba tieghek u dejjem isostni li dak li tikteb int ma fihx x'tomghod!" "Min jaf," wiegbu Voltaire, "Forsi t-tnejn qeghdin fl-izball."
Mark Twain twieled f'Novembru 1835 meta Halley's comet ghaddiet qrib id-dinja. Din il-haga kemm-il darba rrefera ghaliha Mark u kien ihobb jghid li hekk kif gew flimkien ghad iridu jmorru flimkien. Fil-fatt meta miet f'April 1910 Halley's Comet kienet ukoll ghaddiet qrib id-dinja. Fejn hemm ir-rieda Grupp ta' prigunieri nsara kienu f'cella zghira ...kamra bla twieqi b'dawl bati diehel minn rewwieha zghira. U l-gwardjan biex jghaddihom biz-zmien tahom Bibbja ghax kien jaf li f'dak id-dlam ma setghux jaqrawha. Imma gharralu ghax il-prigunieri bdew itellghu wiehed minnhom fuq l-ispallejn, li fid-dawl li kien diehel mir-rewwieha, jaqralhom siltiet mill-Kelma t'Alla. U ahna forsi, fuq il-bank jew siggu l-knisja nonghosu jew inparlaw ma' ta' genbna meta din l-istess Kelma t'Alla tkun tinqara waqt il-Quddiesa!
Fil-bidu tax-xahar li ghadda spicca l-EURO 2000. Il-loghob ghall-kwalifiki beda f'Settembru 1998. Kien hemm 49 tim. Sittax-il tim ikkwalifika li bejniethom kellhom total ta' 352 player. Saru 259 loghba ghall-Euro 2000, bi Franza tirbah lill-Italja bl-iskor ta' 2 - 1 bil-golden goal. Franza u l-Italja kienu ghadhom qatt ma ltaqghu f'loghba ghall-Euro - la ghall-kwalifiki u anqas fil-final tat-tournament. F'tournaments ohrajn l-Italja qatt ma ghelbet lill-Franza mill-1978 sal-lum. Din is-sena kienet it-tielet darba fl-istorja tal-Euro li t-tim li skorja l-ewwel, tilef. Il-kazi l-ohrajn kienu l-Yugoslavia skurjat l-ewwel u rebhet l-Unjoni Sovjetika fl-1960 filwaqt li l-Germanja rebhet lir-Repubblika Ceka fl-1996. L-ahhar penalty li ntilef fil-final kien fl-1988 meta Hans Van Breukelen ta' l-Olanda ra x-xutt tieghu milqugh minn Igor Belanov tal-Unjoni Sovjetika. Din is-sena kienet it-tieni darba li Franza waslet ghall-final. Id-darba l-ohra kien fl-1984 meta rebhet lil Spanja bl-iskor ta' 2-0. Fit-tim ta' Franza kien hemm 12 mill-14-il player li dehru fil-final tat-Tazza tad-Dinja tal-1998 kontra l-Brazil. Il-kowc taljan Dino Zoff kien laghab fil-final Ewropew tal-1968 kontra l-Yogoslavia. Kieku kellhom jirbhu t-Taljani Zoff kien ikun l-ewwel wiehed li rebah il-kampjonat Ewropew kemm bhala player kif ukoll bhala kowc. INKWADRI ta’ ispirazzjoni ghall-hajja ta’ kuljum
Zewgt ihbieb kienu mexjin fil-kampanja u fil-genb tat-triq raw par zarbun. Kien ta' bidwi fqajjar li kien qed jahdem l-ghalqa. "Triq naghmlu cajta! Nahbulu z-zarbun u noqghodu nharsulu minn go sigra
ha
naraw kif ser igib ruhu." Naghmlulu munita go kull zarbuna biex naraw l-espressjoni tieghu." L-ideja ntghogbot u z-zghazagh intasbu wara sigra jaraw x'ser jaghmel il-bidwi x'hin jehles mill-ghalqa. U ma damux jistennew wisq ghax il-bidwi hareg mill- ghalqa farfar tnejn saqajh u pogga sieq f'zarbuna. Hass xi haga iebsa. Sab il-munita. Anqas ried jemmen. ma kinux jidhru nies. Ghamilha fil-but. Libes iz-zarbuna u dar ghall-ohra. U rega' sab l-istess. Did-darba nizel gharkobbtejh hares lejn is-sema u rringrazzja lil Alla li ftakar fih, f'martu marida u f'uliedu mgewha. L-istudenti harsu mistaghgba lejn xulxin. Qatt ma stennew ringrazzjament daqstant kbir. U ndunaw li hu aktar ta' ferh li taghti milli tircievi. QATT M’AHNA WEHIDNAHassejt li d-dinja kien spiccat ghalija ...dakinhar li zewgi tah attakk ta' qalb waqt li kien jilghab loghba tennis. Wahdi ...b'responsabbiltà ta' sitt itfal ...ghaxra, disgha, tmienja, sitta, tlieta u sena u nofs. Bzajt li ma kontx kapaci nzomm rasi 'l fuq mill-ilma. Kelli xorti tajba li sibt mara ta' l-affari taghha li setghet tehodli hsieb id-dar u t-tfal meta nkun ghax-xoghol izda mill-Gimgha filghaxija sat-Tnejn filghodu kont inkun wahdi, u ma kontx inhossni f'sikkti. Kull zaqziqa, kull hoss li mhux tas-soltu, kull telefonata mhux f'hinha - kienu jimlewli qalbi niket u biza'. Kont inhossni verament wahdi.
L-ghada filghodu ghamilna ghexieren ta' telefonati u fittixna avvizi ta' klieb mitlufa. Izda bqajna b'xejn. Il-kelb sadanittant sab postu fil-familja u l-hena tieghu u tat-tfal jilaghbu ma' xulxin. Is-Sibt qattghu maghna u l-lejl fil-kantina. Il-Hadd ridt niehu t-tfal ghall-picnic izda deherli li ghall-kelb ma kellniex wisa'. Izda meta dhalna biex niehdu l-petrol narawh ghadu gej jigri warajna. Tela' fuq il-bonnet tal-karozza u ghaffeg wiccu mal-windscreen qisu jitlobni spjegazzjoni ghalfejn hallejtu warajja. Ma kellniex ghazla ohra. Ftahtlu l-bieba ta' wara u filwaqt li ferfer denbu, qabez gewwa. It-Tnejn filghodu, jien qomt nirranga t-tfal ghall-iskola u ftahtlu biex jigri ftit fil-gnien. Izda ma giex lura. Sa filghaxija rrenjat id-dieqa. Minghajr il-kelb donnu kien hemm xi hadd importanti nieqes. Konna certi li mar lura lejn daru jew sabu sidu u ghalhekk daqshekk konna ser narawh. Izda gharralna. Il-Gimgha filghaxija rega' sab ruhu fuq l-ghatba tad-dar taghna. Dahhalnieh u ghamel maghna sat-Tnejn filghodu meta kienet tigi s-seftura d-dar. Din l-istorja rrepetiet ruhha kull week-end ghal ghaxar xhur shah. Konna nistennewh u sira nhobbuh daqslikieku xi hadd ta' gewwa. Ma bqajniex nahsbu fuq sidu - fil-week-end kien taghna. Kien iwennisna b'sahhtu u l-prezenza tieghu. Meta ghal kull l-icken hoss kien iwaqqaf widnejh u jidritta sidru konna nafu li kellna min iharisna. Meta sar membru tal-familja kien jaraha bhala d-dmir tieghu li jdur il-kmamar tat-tfal u jaccerta ruhu li kollha qeghdin f'soddthom. Wara r-ronda kien imur jintasab fejn il-bieb ta' barra ...sa l-ghada filghodu. Kull gimgha, bejn il-mawriet ta' German, ghax hekk konna nsejhulu, hassejtni nitqawwa u dejjem inhossni nlahhaq ahjar mal-hajja. Kull week-end kien iserrahni bil-kumpanija tieghu. Izda ghodwa wahda tat-Tnejn filghodu taptapnielu fuq rasu ghal dak li kellha tkun l-ahhar darba. Qatt ma rajnieh aktar. Sikwit nahseb fih. Gie jzurna meta l-aktar li kelli bzonnu u baqa' fostna sakemm issahhaht bizzejjed li stajt naqdef ghal rasi. Jista' jkun li hemm raguni tajba hafna ghal dawn il-mawriet. Forsi sidu kien jitbieghed ghall-week-end - forsi. Izda jien nemmen li German kien mibghut ghax kellna bzonnu, u ghaliex inhossuna kemm inhossuna wehidna u abbandunati, b'xi mod, x'imkien, xi hadd jaf u jiehu hsieb. Qatt ma ahna tassew wehidna. Naf ghax garrabtu. |