+ L-Iben t'Alla sar Bniedem  

AWISSU 2001 - Nru 420


Ghall-persunagg famuz Thomas Huxley ir-Religjon ma kienet tfisser xejn.  Kien jghid ma' kulhadd li hu ma jemmen b'xejn.  U ftit kienu jieqfu jitkellmu mieghu ghax kienu jafu li hu intelligenti hafna u allura mhux facli ssib raguni mieghu.

 Darba kien il-Hadd u Huxley - issa ragel anzjan - kien miexi fit-triq tal-kampanja kmieni filghodu.  Il-jum kien sabih u kien ihajrek tmur mixja fl-ghelieqi.  F'passagg minnhom iltaqa' ma' bidwi li kien jafu sew u Huxley staqsieh:

            "Fejn sejjer habib ghodu ghodu?  Tmur fejn tmur isbah minn din il-kampanja ma ssibx."

            "Sejjer sal-knisja," qallu l-bidwi.

            "U sal-knisja x'sejjer taghmel?"

Il-bidwi ma riedx ikompli jitkellem:

            "Sur Huxley.  Jien bidwi injorant.  Ma nixtieqx naqbad diskursata mieghek ghax naf zgur li bl-argumenti tieghek teghlibni.  Inti ghandek dritt tghix hajtek u jien hajti."

Izda Huxley kompla:     "Habib, ridt biss informazzjoni.  Ma ghandi l-ebda hsieb niddiskuti."

            "Jien sejjer il-knisja ghax inhoss li darba fil-gimgha ghandi rrodd hajr lil dak li minnu jiddependi kollox.  Ghalija dan Alla hu missieri li jiehu hsiebi u hsieb il-familja tieghi.  Fil-waqtiet mudlama  nitolbu bil-qalb u emminni tul hajti kollha sibt dejjem fih hafna sabar u kalma.  U tama shiha li jibqa' jiehu hsiebi meta jiemi fuq din l-art jintemmu bhalma gà ntemmu jiem niesi."

Huxley hares cass f'ghajnejn il-bidwi:

            "Kemm nixtieq li jien ukoll nista' nemmen f'xi haga li ttini ftit sabar u tama."

Il-bidwi jghid li qabel infirdu, ra ghajnejn l-gharef jghumu fid-dmugh.

Il-fidi barka.  Imma kultant iktar japprezzaha min tilifha milli dak li qed jipprova jghixha.


WAQTIET LI JSIRU MUMENTI DEJJIEMA

Jirrakkonta ARTHUR GORDON

Bil-kemm niftakar

imma ommi tghid li ma kellix iktar minn 6 snin

meta mradt bil-polio

u dawk riglejja li bihom tant grejt u qbizt

issa dehru bla sahha.

Kont ghadni zghir biex nifhem

ix-xorti iebsa li messitni

imma niftakar sew lil ommi thaddanni maghha

u tibki ...u jien nibki maghha.

 

Kienu zminijiet ohra

fis-snin ta' l-ewwel gwerra f'Georgia

ahna familja fqira u qajla kellna mezzi

biex ommi tehodni ghand specjalisti

li setghu forsi jfejquni.

 

Imma vicin taghna kellna gara

kulhadd kien isejhilha 'Zija Mary'

li kienet thallat hxejjex

u tohloq ingwent u medicina.

 

U meta saret taf xi grali bdiet tigi ta' kuljum

tidlikli riglejja, taghfas il-muskoli

biex terga' taghtihom il-hajja.

Kienet tweggaghni imma kliemha kien isahhahni:

"Issaporti ...xi darba ghad terga' timxi."

 

Storja ta' gimgha ...tnejn ...xahar ...sena shiha

Kuljum tigi u tidlikli riglejja u kuljum tfakkarni

li xi darba ghad nimxi sewwa.

 

U s-sena saru tnejn u tlieta u issa

sirt nifhem izjed l-iebes ta' xortija

u z-'zija Mary' baqghet tigi kuljum

baqghet trid tarani nimxi meta hadd minn taghna

ma kien ghadu jara xaqq ta' tama.

 

Imbaghad niftakar jum specjali

mument li ghadu f'mohhi

u jibqa' hemm ghal dejjem.

Zija Mary haditni f'ghalqa

Twezinni biex ma noghtorx u naqa'.

Ressqitni hdejn sigra kbira

u hallietni nzomm maz-zokk imrambal taghha u qaltli: "Armi l-krozzi u imxi lejja."

Imma kif stajt jien narmi l-krozzi?

Naqa' u nitfarrak.

Imma kliemha kien car u iebes:

"Ghidtlek armi l-krozzi ...u imxi ghal hdejja."

 

Obdejt ...armajt il-krozzi u mxejt

b'passi tqal ...bil-mod u fit-tbatija

izda bqajt miexi ...milwi

...sa naqa' u ma naqax

imma ma ridtx nieqaf qabel nasal hdejha.

 

Wasalt bid-dmugh f'ghajnejja ...mugugh

imma ferhan ghax kont passejt bla krozzi.

Dak il-jum bdejt nemmen fija nnifsi

bhalma temmen kienet iz-'zija Mary'

li kuljum kienet tehodni fl-ghalqa

u kuljum inzidu l-passi ...bla krozzi.

 

U meta kbirt qatt iktar ma fittixthom

u min kien jarani nhaffef, qajla kien jifhem

li ta' sitt snin jien kelli l-polio.

 

Jalla f'hajjitna

ahna wkoll inkunu 'zija Mary'

ma' dawk li jkunu jixxennqu

ghal ftit ghajnuna.

 


DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu ...

C60

Meta xjentisti ippruvaw l-arrangament ta’ dawn is-sittin atom tal-karbon huma ftakru fil-koppla geodeska li dehret fl-EXPO 1967 f’Montreal u li kien iddisinjaha l-perit Amerikan Richard Buckminster Fuller (1895 – 1983).  Meta studjaw dan l-arrangament, mghejjuna b’daqsxejn matematika, huma sabu li l-molekola C60 tikkonsisti minn 60 atom tal-karbon kollha fil-kantunieri ta’ 12-il pentagonu u 20 esagoni maqghudin f’forma ta’ ballun u li dan l-arrangament huwa precizament bhal f’dak ta’ ballun tal-futbol (li fih 12-il roqgha penatagonali – generalment suwed – u 20 roqgha esagonali – generalment bojod).  Gie miftiehem li din il-molekola gdida u sorprendenti tissejjah buckminsterfullerine, ghalkemm kwazi minnufih u inevitabilment, bdiet tissejjah ukoll bucky jew buckyball.

Ghal bidu dan il-karbon, buckminsterfullerine, kien akkwistat fi kwantitajiet zghar ghalhekk iktar tard gie izolat fi kwantitajiet ikbar biex setghu jigu studjati sew il-karatteristici tieghu; l-istruttura geodeska giet ikkonfermata; sa anke nstab, ghad li fi tracci zghar hafna, sahansitra fil-fjamma tan-nar komuni, li jfisser li dan bucky ilu madwarna dan iz-zmien kollu. 

Naturalment din l-iskoperta kienet sensazzjoni li hafna ricerkaturi vverifikawha u komplew jibnu fuq li sabu.  Per ezempju sabu tracci ta’ molekoli ohra tal-karbon, ghalkemm inqas stabbli, iktar ta’ atomi, per ezempju C70 u anke wahda gganteska C540;  jerga’ mhux kollha f’forma ta’ blalen xi whud anke f’forma ta’ tubi, buckytubes.  Gew studjati reazzjonijiet kimici fejn iffurmaw molekoli godda b’karatteristici interessanti li xi whud jidher li ser ikunu utli per ezempju ghas-superkonduttività (li tista’ ssalvana mill-krizi ta’ energija) jew fil-farmakologija fejn per ezempju dawn il-buckyballs jintuzaw  biex iqassmu l-medicina fil-gisem fejn u kemm hemm bzonn.  Ricerka intensiva ghadha ghaddejja u anke fuq gruppi shah ta’ kimici relatati mal-buckminsterfullerine ghax fil-kimika skoperta ta’ sustanza gdida generalment iggib hafna ohrajn maghha.  Per ezempju ma’ l-isfera tal-buckminsterfullerine jistghu jigu mizjuda gruppi ohra kemikali li jaghtu karratteristici godda.  Xi whud minn dawn il-molekoli gew qishom widnejn u ssejhu mir-ricerkaturi, ghalkemm mhux ufficcjalment, bhala ‘bunny balls’.  Din il-buckminsterfullerine tista’ ghalhekk tkun versatili hafna u sservi ta’ bazi ghal sensiliet godda ta’ kimici x’uhud forsi b’uzi li lanqas biss ghadna hsibna dwarhom.

U l-buckminsterfullerine ta’ l-ispazju?  Ironikament issa fuq dan l-inqas li nafu, la kif jifforma u anqas x’jigri minnu.  Li sirna nafu zgur huwa li dawn ir-regjuni mmensi interstellari (li huma prattikament vojta) huma wkoll postijiet affaxxinanti.  Huma l-forga kolossali fejn particelli subatomici, atomi, molekoli u radjazzjonijiet – gejjin minn spluzjonijiet ta’ kwiekeb [bhas-supernova] fl-ahhar fazijiet ta’ l-ezistenza taghhom – jithalltu bhal f’kaldarun magiku biex jiffurmaw atomi u molekoli godda li mbaghad jingabru fi shab enormi li b’xi skoss ta’ xi supernova fil-qrib jibda jdur u jghaqqad sakemm finalment jikkondensa f’gegwegija ta’ kwiekeb; u forsi f'wahda minnhom, ikun hemm bizzejjed karbon u kundizzjonijiet favorevoli li jifformaw molekoli kbar organici li jikkaratterizzaw il-hajja kif nafuha.  U anke jekk il-hajja tkun ezatt bhal din l-evoluzzjoni tant hija bbazata fuq cans ta’ kundizzjonijiet differenti li aktarx li tiehu forom ferm diversi.  Anke jekk tinqered il-hajja f’din id-dinja u jerga’ jibda mill-gdid il-pageant tal-hajja, din taf tkun ferm differenti – bizzejjed tara kemm huma differenti dinozawru, farfett u qarnita biex tara l-forom possibli ta’ hajja.  U mbaghad jista’ jkun ukoll (u din hija spekulazzjoni pura) li hemm hajja bbazata fuq il-molekola buckminsterfullerine, hajja li tkun tant differenti u forsi anke dawn il-kreaturi, buckminsterfullerini, jharsu wkoll b’ghajn buckminsterfullerina (jew organu iehor ta’ informazjoni) u bil-mohh buckminsterfullerini taghhom jikkontemplaw huma wkoll il-misteri ta’ dan l-univers enigmatiku.


FORSI JINTERESSAWK

Ilsienek jikxfek

Zewg papri kienu ser itiru bhas-soltu lejn artijiet iktar shan meta gie hdejhom zring li xtaq imur maghhom.

            "Kif nistghu nehduk maghna?" qalulu.

            "Hudu f'halqkom dan iz-zokk irqiq u zommuh f'halqkom.  Jien noqghod imdendel minnu minn halqi."

Peress li ma kienx fih hafna piz, il-papri accettaw u telqu bih.  Izda f'xi hin rahom bidwi u qal:

            "X'intelligenza x'wahda din!  Dawk il-papri professuri!"

U z-zring pront ghajjat:

            "Mhux huma... jien..."

U kif qal hekk bdiet il-waqgha li kellha tfarrku fuq blata!


Qaddejja tal-Mulej

Il-Mulej ghandu tliet xorta ta' qaddejja ...dawk li jaqduh ghax jibzghu minnu ...dawk li jaqduh ghax jistennew hlas u gid materjali u dawk li jaqduh ghax ihobbuh ...ulied li lesti dejjem jaghmlu dak li jrid missierhom.  Jalla fir-relazzjoni taghna ma' Alla naghzlu dejjem li nkunu wlied.


Tipprovax tghallem qazquz ikanta.  Tkun qed titlef hinek u ddejjaq il-qazquz.


Zminijiet ohra

Ghall-bidu l-BBC beda jittrasmetti gew granet meta ma kienx ikun hemm ahbarijiet li jixirqilhom xandir u ghalhekk l-announcer kien jistqarr.

            "Illum ma gara xejn specjali.  Minflok l-ahbarijiet ser inxandru programm muzikali ..."

 

Mur ghamel hekk illum!


Min ihalli l-flus imexxuh ...

Xhih tela' fit-tren igorr bagalja tqila.  Il-konduttur ghenu jitfaghha fuq u talbu jhallas xi haga taghha imma r-ragel ma riedx.  Bdew jikkustinjaw.  It-tren telaq u baqghu jitlewmu.  Fl-ahhar il-konduttur qabad il-bagalja u poggieha fit-tieqa.

            "Jekk ma thallasx li ghidtlek ser nitfaghha 'l barra."

            "Ara taghmilx xi bicca u jixluk bil-qtil tan-neputi!".

Wicc xhih jaf ikun tost x'wahda din!


Parir ta' omm

James Dobson kien ihobb jghid:

            "Meta tigini t-tentazzjoni li nitkabbar niftakar x'kienet tghid ommi:

            'Ibni, hares lejn il-balena u ftakar ....joqtulha meta titla' fil-wicc u tibda ttajjar l-ilma biex turi qawwietha lil kulhadd.  Ahdem fis-satra u hidmietek ittul ferm izjed.'"

Bniedem mhux kbir ghax ikollu hafna min iseftirlu imma kbir ghax ikun kapaci jsefter lil hafna nies.


AMULETI

-         jew dak li l-bniedem holom li seta’ jehilsu mill-hazen

 

QRUN TA' BARRI

F'pajjizna ssib hafna qrun ta' barri

mdendla ma' djar antiki.

Hija wzanza antika.

Jghidu li l-eqdem instabu

fit-Turkija u jmorru lura

sas-sena 6250 q.K.

- aktar minn tmint elef sena ilu!

Ghal xi whud il-qrun inehhu

l-ghajn l-hazina,

huma sinjal

ta' fertilità

u jgibu rizq fir-raba'.

Ghal certi kulturi ntuzaw

bhala zjieda

ma' l-elmu tal-gellieda.

Jekk xejn ibezza'.

Illum huma popolari hafna

Bhala pendent tad-deheb.

Tarahom imdendlin

sahansitra ma' ktajjen ta' tfal.

Ftit tahseb li hi drawwa millenarja.

Uzanzi antiki difficli jmutu.

 

U nithassarhom!

X'setgha jista' jkollu qarn!

Ghall-annimal importanti

Huwa mezz biex jiddefendi

lilu nnifsu.

Imma ghall-bniedem?

Narahom bhala insigurtà.

Bniedem jibza' ghax mhux

cert minn xi haga.

Jibza' li ser tigrilu xi haga

Ghax ma jafx x'hemm mohbi

fil-futur.

Jibza' li jimrad ghax

mill-mard mhux la kemm tfiq.

Jibza' li xi hadd ghandu ghalih

ghax ihoss li hu ahjar

minn haddiehor.

Imma jekk joqghod jahseb ftit

jiftakar fi kliem Kristu meta

qalilna biex ma noqoghdux

nahsbu z-zejjed fuq dak li ser jigri

ghax hemm Missieru li qed imexxi kollox ...

Jinduna li jekk jintelaq fi hdan

Alla ma ghandux bzonn

par qrun biex iharsuh

Ghaliex gà ghandu

par dirghajn miftuhin berah

lesti jilqghuh.


 

IT-TIPJIP …sa 2200A.D. ikun spicca fl-Istorja

Il-Futur u l-Ispazju huma suggetti li minn dejjem affaxxinaw lill-bniedem.  L-industrija tac-cinema, sa mill-bidu taghha, ghamlet kapital minn din il-haga u l-lista ta' films fantaxjentifici ma tispicca qatt.  Wiehed mill-aktar li kisbu success hu zgur Star Trek ...film li holoq manija shiha.  Il-laqghat internazzjonali dwaru ilhom isiru sa mill-ewwel film li hareg.  L-atturi tieghu saru celebritajiet u kull laqgha li attendew ghaliha kienu hafna l-ammiraturi li marru jarawhom.  Fl-1978, flimkien ma' marti, mort ghal wahda minn dawn il-laqghat li saret f'Regency Hotel, Denver, Colorado.  Fost il-mistednin kien hemm Bruce Hyde (Lt Kevin Riley), Jonathan Harris (Dr Smith f'Lost in Space) u George 'Mr Sulu' Takei.

Filwaqt li kont ma' xi dilettanti ohra ta' Star Trek, fis-salott tal-lukanda, intbaht li George Takei  kien sejjer gol-gym.  Hallejt lil shabi u mort fuqu, ipprezentajt ruhi u staqsejtu jekk stajtx immur mieghu fil-gym.  Wegibni li jiehu gost bil-prezenza tieghi.  Is-saghtejn li mdorri jaghmel jittrenja kuljum zgur li jarahom inqas jekk ikollu ma' min jghid kelma.

X'hin rajtu jistira u jiggebbed mal-bosta makkinarji li kienu in voga f'dawk iz-zminijiet, jien hrigt pakkett sigaretti u bl-edukazzjoni kollha staqsejtu jekk jiddejjaqx jekk inpejjep.  (Fl-1978 kienu ghadhom ma jezistux ligijiet kontra t-tipjip u kwazi kwazi stajt tpejjep kullimkien.)

Ir-risposta tieghu hasditni.

            "Iva, napprezza hafna jekk ma tpejjipx fil-prezenza tieghi."  F'tebqa t'ghajn il-pakkett tas-sigaretti dewwibtu f'buti.

Ghas-saghtejn ta' wara, George ma waqafx jitkellem u jistaqsini fuq is-sigaretti.  "Int zgur li qatt ma rajt lil hadd fuq l-Enterprise jpejjep!"  Qalli li fi Star Trek ma kien hemm xejn li jipprojbixxi t-tipjip.  Izda fis-seklu 23 - iz-zmien li fih hu ambjentat Star Trek - il-bniedem lahaq induna li t-tipjip ma fih l-ebda skop u xejn ta' gid ma jista' johrog minnu.  B'hekk is-sens komun wasslu biex jaqta' dan il-vizzju.

Kliemu tajtu l-piz tieghu - kien kliem li smajt minghajnd bosta imma la kien diskors li qaluli 'Mr Sulu' donnu kien fih dik ix-xi haga specjali.  Ghal xhur shah bqajt inhammem fuq kliemu.  Nerga' ndur kull kelma li qalli u naraha minn aspetti differenti.  Aktar tard matul dik is-sena bdejt nipprova naqta' s-sigaretti ...domt tliet snin sakemm irnexxieli nohrog rebbieh.

Ergajt iltqajt ma' Mr Takei fl-1981 f'laqgha ohra dwar Star Trek li saret fi Houston, Texas u tghidx kemm hadt gost li ghad li nesa ismi kien ghadu jiftakar fid-diskursata ta' bejnietna.  Ghidtlu li kont qieghed fit-tieni sena tieghi minghajt sigaretti.  Ghannaqni u ferahli quddiem sala mimlija daqs bajda u fosthom kien hemm anke Walter 'Chekov' Koenig.

George Takei kien ghamel mieghi dak li nahseb li hadd zgur ma kien jasal ...li jhajjarni naqta' l-vizzju tat-tipjip li ghaliha kien sar it-tieni natura.  Illum il-gurnata ilni ma ndahhan sigarett ghal 21 sena.  Sirt sahansitra nobghod id-duhhan taghhom.  Jien kont wiehed mill-miljuni ta' ammiraturi li ghandu 'Mr Sulu' imma ghal saghtejn kien ta kasi bizzejjed biex salvali hajti ...u nibqa' nafulu.

U int jekk tpejjep x'int tistenna?  Ftakar li hemm sahhtek fin-nofs.

Fred T. Beeman