IL-HBIEB ISEJHU

-
Awissu 2002 | Harga Nru.432
-

 

-
+L-Iben t'Alla sar Bniedem

+:: L-Editorjal 

Edwin Brook kien artist imfittex u kiseb isem ghall-interpretazzjonijiet li kien jaghti.  Izda min kien jafu mill-qrib kien ihoss li Edwin Brook kien ghadu jghix fil-passat.  Imtaqqal b’delitt li hu ma kellu xejn x’jaqsam mieghu imma kien jemmen li kull meta jidher fil-pubbliku kien ikun hemm xi hadd li jipponta subghajh lejh u jghid lil ta’ madwaru:

“Tafu min hu dak l-artist?  Dak Edwin Brook ...Huh qatel lill-President Lincoln!”

Kienet saret ghalih trawma ...beda jaqta’ anke mill-hbieb.  Sar jippreferi li jkun wahdu biex ma jkunx hemm xi jfakkru x’ghamel huh.

Ghaddew is-snin u darba waqt li Edwin kien qed jistenna l-wasla ta’ trejn, jara zaghzugh jaqa’ fejn il-binarji meta t-trejn kien gà jinstema diehel.  Bla ma hasibha Edwin qabez warajh u gibdu ’l barra mill-binarji ghax iz-zaghzugh deher li bl-ugigh intilef u ma kienx tharrek.  Kulhadd qabel li Edwin kien salvalu hajtu.

U donnu hadd ma ried jemmen meta saru jafu li dan iz-zaghzugh ma kien hadd ghajr iben Abraham Lincoln ...Todd.

Minn dakinhar ’il quddiem l-atteggjament ta’ Edwin ghall-hajja tbiddel bhal-lejl minn nhar.  Meta kien ikun f’xi migemgha u jisthajjel lil xi hadd jipponta subghajh lejh kien ikun pront jghid lilu nnifsu …

“Hija qatel lil Lincoln imma jien salvajt lil ibnu.”

Meta l-passat taghna jnikkitna ghax ifakkarna fi dghufitna, kulma ghandna naghmlu hu li nistinkaw biex naghmlu t-tajjeb.  It-tajjeb tal-lum inissi u jhassar il-hazin tal-bierah.


+:: PIT STOPS

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Mara dahlet f’supermarket u talbet nofs hassa. It-tifel bejjiegh qalilha li l-hass ma jinqasamx imma l-mara baqghet tinsisti.  It-tifel mar fejn il-manager u qallu:

“Hawn ghageb ta’ mara li trid nofs hassa,” u kif qal hekk intebah li l-mara kienet ezatt warajh u ghalhekk kompla … “u hawn ukoll din it-tfajla helwa li trid nofs hassa wkoll.  Nista’ naqdihom billi naqsmilhom hassa?”

Meta l-mara harget il-manager mar fuq it-tifel u qallu:

“Nifrahlek ghax vera haddimt mohhok meta ntbaht li kienet warajk imma li kont minnek noqghod attent xi nghid fuq l-ohrajn ghax l-ajru ghandu ghajnu u l-hajt widintu.  U dan jghodd ukoll ghal dawk li ma jahdmux f’supermarket.

Il-Beatu Gorg Preca kien ihobb jghid: ‘Fuq il-proxxmu ghid biss il-gid.’


Sewwieq iddejjaq jara d-dawl ahmar fid-dashboard jindikalu li z-zejt spicca.  Malli jara d-dawl iteptep kien jinqata’.  U ddecieda li jkisser il-bozza biex ma jibqax jinqata’.

Bhal dak in-nisrani li ddecieda li ma jibqax jisma’ l-priedki ghax kienu jdejquh. Kienu jwasslulu messaggi li jhawduh.  U biex ma jibqax jithawwad u jiddejjaq ghazel li ma jismax iktar priedki.

Is-sewwieq li kisser il-bozza malajr waqaf.  In-nisrani li  waqaf jitghallem ...


Bidwi kien qed jigbed b’kemm kellu sahha lill-hmar tieghu.  Bidwi iehor rah u qallu:  “Habib isma’ minni.  Ghallem il-hmar jimxi meta tghajjat ‘Ejja!’ u jieqaf meta tghidlu ‘Zomm!’ Tbati ferm inqas.”

“Naf imma xi hames snin ilu l-hmar kien tani daqqa’ ta’ zewg u minn dak iz-zmien ma kellimtux izjed.”

Tilwima zghira mgebbda ssir glieda ...glieda mgebbda ssir gwerra ...gwerra ggib herba.  Att ta’ mahfra johloq paci u sliem.  L-ghazla f’idejna.


Jekk trid ezempju prattiku ta’ kif minoranza tghaddi dejjem taghha hares lejn baby fil-familja.

Kemm tbati l-omm biex tara l-baby taghha kuntent.  Tinsiex li int il-baby t’Alla!!


Kull min jaghmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet dak hu hija u ohti u ommi - GESU` KRISTU (Mt 12, 49)


+:: Int Titgharrax?

:: jikteb Dr Coronato Grech

Hija procedura daqsxejn stramba.  Jekk xi hadd, ghall-gharrieda, jmissek ripetutament f’certi postijiet, tinfaqa’ tidhak u ghalkemm tipprotesta u tixtieq li l-bicca tieqaf, iktar tkompli tidhak.  U mbaghad hawn min malli tmissu jtir u hawn min ghandu atteggjament ta’ xi ippopotamu fl-ilma (ghalkemm ma naghtikx il-parir li tipprova tgharrax xi ippopotamu fl-ilma.  Dan l-annimal donnu tant mitluq u bla grazzja, kapaci ghal distanza qasira, jigri iktar minn atleta uman fl-aqwa forma).

It-taghrix, ghalkemm huwa fenomenu interessanti, ma tantx donnu nghata importanza hafna fir-ricerka.  Anke f’kotba bhal Marvels and Mysteries of the Human Mind (Readers’ Digest), Medical Physiology (Ganong), jew dawk ta’ Desmond Morris (ez. The Naked Ape, The Human Zoo) ghalkemm issib fuq id-dahk, però t-taghrix bilkemm huwa msemmi.  Intant, madwar tletin sena ilu saret ricerka fuq it-taghrix li giet ippubblikata fil-gurnal prestiggjuz Nature, bl-isem ta’ Preliminary Observations on Tikling Oneself.  U r-rizultati kienu kif mistennija.  It-taghrix huwa l-iktar effettiv meta mhux mistenni, jew meta l-ghajnejn huma maghluqa; u huwa l-iktar f’partijiet tal-gisem bhal taht l-ghonq, fl-abtejn u qiegh is-saqajn.  U f’ricerka ricenti hafna, instab, permezz ta’ immagni kompjuterizzata tal-mohh, li waqt it-taghrix, ic-cerebellum (parti tal-mohh fuq in-naha ta’ wara li tikkordina l-movimenti) hija stimulata hafna.  Però meta xi hadd jgharghax lilu nnifsu din donnha tavza l-bqija tal-mohh li l-movimenti tat-taghrix huwa mistennija, li jnaqqas l-anticipazzjoni u l-element ta’ sorpriza. Minn naha l-ohra fit-tfal, li ghal xi raguni jitgharghxu hafna iktar, jekk ikunu jafu li ser jitgharghxu donnhom jidhku iktar (it-trabi jibdew jitgharghxu ta’ ftit xhur).

Kien Charles Darwin (1809 – 82) dak il-bijologista gentlom Ingliz li mieghu hija l-iktar assocjata l-evoluzzjoni, li qal li kif l-immaginazzjoni hija mgharghxa minn ideja assurda, hekk il-gisem jigi stimulat b’mess mhux tas-soltu imma li ma huwiex serju jew ta’ periklu.  Darwin osserva wkoll li, generalment, nies li mal-ewwel jibku, jihmaru jew jiehdu qatgha, huwa l-iktar nies suggetti ghat-taghrix.  Fil-fatt, id-dahk u l-biki, mill-aspett bijologiku, ma humiex daqstant differenti.  It-tnejn huma mezzi ta’ kif tehles minn tensjoni, ghalkemm ta’ l-ewwel huwa dak trivjali ta’ kif per ezempju jispicca rakkont mhux mistenni ta’ cajta u l-iehor jaf ikun ghal mewg terribli li spiss taghti l-hajja.

Imma naturalment, l-affarijiet huma ikkumplikati iktar minn hekk.  Id-dahk spiss jittiehed (anke dak artificjali tal-kummiedji fuq it-televizjoni), imma mhux it-taghrix.  U rarament, gie li kien f’epidemiji, bhal per ezempju fil-1963 fit-Tanganiyka kien hemm epidemija ta’ ftit gimghat fejn il-bicca l-kbira tal-popolazzjoni ta’ xi rhula, ma setghux jieqfu mid-dahk.  Aktarx li kienet xi infezzjoni tal-parti tal-mohh li ghandha x’taqsam mad-dahk.  Kultant anke demenzja tispicca f’hafna dahk.

Ovvjament, id-dahk (li t-taghrix huwa kawza wahda tieghu) huwa stramb hafna.  Permezz tal-muskoli tas-sider u z-zaqq, l-arja li tohrog fi skossi mill-pulmuni taghmel hsejjes vokali fil-gerzuma (ha! ha! ha!) flimkien ma’ sensiela ta’ tigbid tal-muskoli tal-wicc, il-kxif tas-snien u l-eghluq ta’ l-ghajnejn ileqqu bid-dmugh.  Huwa procedura li kapaci jghaggbu mhux ftit xi kreatura spazjali li nkunu qed nippruvaw nuruha l-ahjar li ghandna fil-qasam tal-komunikazzjoni personali!

Intant, fost l-annimali, ix-xadini nafu zgur li jidhku u anke jitgharghxu.  U dan mhux ghageb meta tiftakar li dawn ghandhom 99% tal-materjal genetiku komuni maghna.  U jekk din ma tarahiex xi cajta kbira, ipprova gharghax lilek innifsek (ghal gharrieda!), jew sib vittma (f’burdata tajba!)


+:: Forsi Jinteressawk  

Il-passat li ma kienx maghruf

Xi gurnalisti kienu qed jaghmlu intervista lil Felix Dahn, storiku famuz Germaniz, u dan qalilhom:

“Meta kont Hamburg qattajt sena nixrob u ma naghmel xejn ta’ fejda ghall-ohrajn.”

Il-gurnalisti ferhu li kienu kixfu dan is-sigriet u bdew isaqsu u jhufu biex ikunu jafu iktar dwar il-passat ta’ l-istoriku biex joholqu sensazzjoni fil-gurnali taghhom.  Izda minkejja t-tiftix kollu ma sabu xejn dwar is-sena ta’ sfrattu u donnu li hadd ma kien jaf biha.  Fl-ahhar wiehed mill-gurnalisti mar id-dar ta’ Felix u wara li wieghdu somma kbira ta’ flus talbu jaghtih iktar hjiel dwar din is-sena ta’ xorb.

“L-ewwel sena ta’ hajti,” kienet ir-risposta ta’ l-istoriku.


Talb ...u talb

Mara dominanti, b’ilsienha niggiezi, darba waqqfet lill-Predikatur Dr Howard Hendricks u qaltlu:

“Kemm ili nitlob li binti tizzewgek.  Imma kollu ghalxejn.”

U minn taht l-ilsien Howard qal:

“Kultant trid tirringrazzja lil Alla ghat-talb li ma jkunx mismugh.”


Xi hadd informa lil Louis Armstrong – muzicist famuz – li kien hemm xi zghazagh li kienu qed jimitawh:

“Tinkwetax.  Fid-dinja hawn eluf ta’ Mona Lisas imma hdejn l-original biss ikun hemm il-kju.”


L-impossibli!

Hafna hasbu li Robert Manry kien ser jipprova l-impossibli meta ddecieda li jaqsam l-Atlantiku fuq daqsxejn ta’ qoxra li hu semma’ ‘Tinkerbelle’.

Kien vjagg twil, ta’ hafna periklu u li hallieh sfinut u bla sahha.  Izda meta qorob lejn il-kosta Ingliza sab laqgha ta’ l-ghageb ...mijiet ta’ dghajjes u jottijiet u eluf ta’ ammiraturi wrew il-ferh taghhom bil-prezenza taghhom fejn Manry dahal bit-Tinkerbelle.  Xi hadd ikkummenta hekk:

“Ahna wkoll ghad jigrilna bhal Robert Manry.  Wara vjagg twil ...b’hafna perikli ...insorgu f’bieb il-genna ...u mijiet ta’ eluf jilqghuna ghax inkunu ghexna l-isfida nisranija.”


Telghet fil-gholi

Meta Sarah Bernhard xjiehet ghazlet li toqghod f’appartament fir-raba’ sular.  Xi hadd staqsieha ghax ghazlet post tant fil-gholi.

“L-uniku mod li ngieghel qalb l-ammiraturi thabbat iktar bil-qawwi,” wiegbet l-artista li l-età kienet serqitilha l-fattizzi sbieh taz-zghozija.


Ried jidra

Diogene, l-gharef Grieg, deher jittallab il-karità quddiem statwa:

“Hemm x’int taghmel? Mela tlift mohhok?”
“Qed nitharreg fis-sengha biex jekk il-hajja ggaghalni nittallab il-karità ma niskantax meta t-talb tieghi jaqa’ fuq widnejn torox.”


+:: Simetriji + Bejn grajja, riflessjoni u kwotazzjoni

 

Meta tqis kollox ikollok tasal ghall-konkluzjoni

li David Zuchowski ta’ 29 sena minn New Jersey

twieled  biex isir eroj.

Kien dejjem ipoggi l-interessi

ta’ haddiehor qabel tieghu.

Kull min kien jafu

kellu kliem ta’ tifhir ghalih.

Kien lest li jbati hu biex jara lil haddiehor

ma jonqsu xejn.

“Qatt ma qaghad ihammem fuq l-interessi tieghu,”

qalet darba ohtu.

U hekk gara f’dik il-vaganza ta’ Bermuda.

Grupp ta’ ghawwiema sabu ruhhom f’diffikultà.

Kien hemm kurrent qawwi taht dak il-wicc.

Qabez biex imur jghinhom.

Izda anqas lahaq wasal sa hdejhom.

Ghereq mal-qabza.  

Kultant is-sejha biex tkun ta’ servizz

ghall-haddiehor jista’ jkollha sagrificcji kbar.

Din l-istess storja rrepitha sehibna Antoine Randich

socju mill-Qasam ta’ Wied il-Ghajn

meta sena ilu miet ix-Xlendi biex isalva tifel.

 

“Imhabba akbar minn din hadd ma ghandu,

li jaghti wiehed hajtu ghal hbiebu.”

(Gw. 15, 13)


+:: Il-Valur tal-Hin

Biex tkun taf il-valur ta’ ghaxar snin:

staqsi lil xi hadd li ghadu kemm romol.

Biex issir taf il-valur ta’ hames snin:

staqsi zaghzugh li ghadu kemm temm skola sekondarja.

Biex tinduna bil-valur ta’ sena:

tkellem ma’ student li kellu jirrepeti sena.

Biex taghraf il-valur ta’ disa’ xhur:

wennes mara li tilfet tarbija fi twelidha.

Biex tqis il-valur ta’ xahar:

staqsi mara li wildet lil binha xahar qabel iz-zmien.

Biex jghidulek il-valur ta’ gimgha:

tkellem ma’ editur ta’ gazzetta tal-Hadd.

u editur ta’ gazzetta ta’ kuljum ghall-valur ta’ jum.

Biex tkun taf il-valur ta’ siegha:

tkellem ma’ zewg namrati jistennew il-hin li jiltaqghu.

Biex issib il-valur ta’ minuta:

saqsi lil xi hadd li tilef ix-xarabank, vapur jew ajruplan.

Biex issib il-valur ta’ sekonda:

tkellem ma’ xi hadd li baqa’ haj wara incident.

Biex taghraf il-valur ta’ millisekonda:

staqsa lil dak li rebah medalja tal-fidda f’Olimpjadi.

Il-hin ma jistenna lil hadd.  Gawdi kull mument li ghandek. 

Tiggostah aktar meta dak il-hin li Alla tak tuzah ghal haddiehor.

+:: Karta ta' Ghoxrin Lira

Predikatur imsemmi kien qed jaghmel tahdita lil madwar mitejn persuna.  F’hin minnhom hareg il-kartiera u wriehom karta ta’ ghoxrin lira.

“Min minnkom jixtieqha din il-karta?”

Kien hemm min ma stahax u gholla idu.  Kien hemm min ghamel kuragg u ghamel bhalhom.  Fi ftit sekondi kienu bosta dawk li hasbu f’xi haga li setghu jaghmlu biha.  U l-predikatur kompla:

“Lil xi hadd irrid naghtiha, imma l-ewwel halluni naghmlilha xi haga!”

U kif qal ghaffigha sew fil-hafna ta’ idejh.  Rega’ staqsa:

“Min minnkom iridha issa?”

L-istess numru ta’ idejn regghu dehru jitwaqqfu.

“U min jibqa’ jridha jekk jien naghmlilha hekk!” filwaqt li xehitha fl-art u beda jaqbez fuqha u jikkalpestaha b‘saqajh.  L-istess idejn regghu dehru jitwalu.

“Hbieb tieghi, dan li ridt infehemkom.  Ghamilt x’ghamilt bil-flus ma rnexxilix innaqqas il-valur.  Ghaffigtha b’idi u taht saqajja, xorta wahda ghadha tiswa ghoxrin lira.

“Bosta drabi f’hajjitna nhossuna mghaffga, imwaqqgha fl-art u kollna tajn, b’decizjonijiet li m’ahniex kapaci jew qed nibzghu niehdu.  Donnu xejn ma hu gej ghan-naha taghna.  Inhossuna bla ebda valur.

“Izda jigri x’jigri, dak li gara u dak li ghad irid isehh, qatt ma ahna ser nitilfu l-valur li Alla tana.  Kemm jekk ahna nodfa pinna jew kollna trab – l-istess valur ghandna quddiemU.  Il-valur taghna mhuwiex f’dak li ghandna, dak li rnexxielna nakkwistaw jew lil min nafu – izda ghaliex ghamilna HU.”