IL-HBIEB ISEJHU
Awissu 2004 | Harga Nru. 4
56
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Kienu corma tfal ma' l-ghalliem taghhom iduru fil-kampanja. Kienet gurnata 'l barra mill-klassi u l-ghalliem kien qed juzaha biex jghallem lit-tfal is-sbuhija tan-natura. Jieqfu fejn il-fjuri, iharsu lejn il-weraq tas-sigar, jisimghu l-ghana ta' l-ghasafar.  Gurnata li tghallimhom hafna iktar mis-soltu.

U fil-boghod raw ragel jaghzaq l-ghalqa tieghu. Imma qatt hadd ma kien ra dehra bhalha ghax dan ir-ragel kien qed jahdem fuq siggu. U kollha bdew jikkummentaw:

“Ghazzenin rajt imma mhux daqs dan. Mela xi darba xi hadd ghazaq l-ghalqa minn fuq siggu!” Xi hadd iehor ikkummenta:

“Biex x'hin jghejja jorqod ghax-xemx. Ahjar torqod fuq siggu milli mitfugh ma' l-art.”

“Bil-wieqfa taghzaq doppjament. Tghejja bilwieqfa u tghejja tahdem. Dan ghazel li jghejja jahdem biss.”

L-ghalliem halliehom jikkummentaw u ma ndahalx fl-argument. Izda beda jressaqhom lejn fejn kien ir-ragel. U meta resqu qrib hafna, kollha bdew jihmaru bil-misthija ghax ir-ragel kellu l-krozzi hdejn saqajn is-siggu u l-qliezi kienu jperpru ghax ir-ragel ma kellux riglejn.

L-ghalliem sellimlu u komplew fi triqthom. Il-lezzjoni kienu haduha. Il-hsieb hu ragel hazin.


MID-DJARJU TA' DR A J CRONIN

Qajmuni f'nofs ta' lejl. Kienet lejla kiesha ta' Novembru u zgur li l-ahhar haga li xtaqt kienet li nqum minn soddti u nohrog mas-surgent ghax kien hemm kaz urgenti li ma setax jistenna.

U s-surgent hadni bla hafna kliem f'dar qadima u hemm sibt, f'kamra nieqsa minn kollox, zaghzugh mitfugh fl-art. Kien jidher mitluq. Hsibtu mejjet.

“Jidher bela' hafna gass. Aktarx ried inehhi hajtu b'idejh.”

Jien intasabt hdejh u bdejt naghtih in-nifs artificjali. Nonfoh u nonfoh u nistenna li nara xi ftit titjib fil-kundizzjoni tieghu. Imma qajla rajt hjiel ta' hajja. Imma l-ispirtu ta' tabib fija hallieni nirrepeti nifs wara nifs. Sakemm rajt sidru jitharrek. Ma kontx infaht ghalxejn.

Wara ftit rajtu jiftah ghajnejh. Konna salvajnieh minn halq il-mewt. Mas-surgent smajt liz-zaghzugh jirrakkonta l-istorja ta' hajtu. Kif kien sab lilu nnifsu wahdu f'Londra. Kif kien jahdem iebes biex ifaddal lira. Kif ghamilha mal-hazin u maghhom taha ghall-hajja ta' xalar li spiccat b'hafna imhatri fuq iz-zwiemel. Kif tilef dak kollu li kien faddal. Kif seraq xi flus biex jilghab l-ahhar imhatra ghax kien cert li kien ser jirbah imma minflok tilef. U biex ma jhallix lill-imghallem jintebah li kien serqu, qataghha li jtemm hajtu.

Iddecidejna li nghinuh. Is-surgent ma kitibx ir-rapport ta' dak li gara. Sid il-kamra accettat li ghal xahar shih ma tehodlux kera. U jien tajtu l-flus li kien seraq biex l-imghallem ma jintebahx bis-serqa u hekk izomm ix-xoghol li kellu. Naf li ma kienx facli ghalih li jibdel hajtu imma kelli fiducja li ried jirnexxi.

Kienu ghaddew 20 sena. Kont gej lura mill-Amerika. Fuq il-vapur nara ragel flimkien ma' mara li assumejt li kienet martu. Kienu jidhru ferhana. Beda jhares lejja cass donnu ried ikellimni imma staha. Fl-ahhar imbuttat minn martu gie u qalli min kien. Iva kien dak iz-zaghzugh li konna salvajna.  Izda x'differenza!

Kien lahaq avukat. U ddecieda li jiddedika hajtu ghall-ohrajn. U martu qablet mieghu. U flimkien holqu hafna djar anke barra l-Ingilterra biex jilqghu lill-iltiema, lill-foqra u lill-emarginati. Jiddefendihom fil-qorti, jghallimhom sengha jew skola. U flok kriminali johorgu nies lesti ghall-hajja tax-xoghol. Ma kienx qed jghidu bi ftahir izda biss biex jurini l-apprezzament tieghu ghal dak li kont ghamilt ghalih 20 sena qabel.

Nistqarr li dawk il-ftit flus li hallast ghalih kienu fost l-ahjar investiment li ghamilt f'hajti.

Ghamilt x'ghamilt fil-passat, il-futur tieghek ghadu sabih u bla htija.


DR CORONATO GRECH M.D. jibda artiklu dwar

IL-WIDNEJN

Informazzjoni: Fost l-informazzjoni li taslilna dwar x'inhu jigri madwarna hemm dik importanti tal-hsejjes, li meta tigi interpretata fil-mohh, u tinghaqad ma' dik mis-sensi l-ohra, ikollna stampa cara. U l-organi specjalizzati biex jircievu din l-informazzjoni huma l-widnejn.

X'inhu l-hoss? Bazikament il-hoss huwa vibrazzjonijiet jew mewgiet li jiffurmaw meta xi haga li ticcaqlaq jew tivvibra tibghat dawn il-movimenti fil-medium ta' madwarha, fl-esperjenza taghna, generalment l-arja, ghalkemm il-hoss jghaddi wkoll (anzi ahjar) minn go likwidi u solidi.

Struttura u funzjoni:Il-widnejn huma ddisinjati biex jircievu dawn il-vibrazzjonijiet u fil-kaz tal-widnejn umani dawn huma sensittivi ghal frekwenza (vibrazzjonijiet fis-sekonda) ta' bejn 20 u 20,000 Hertz. Biex jaghmlu dan, kull widna hija ffurmata minn speci ta' antenna biex tigbor il-hsejjes, kanal li jwassal dawn il-hsejjes lejn tambur, li huwa mwahhal ma' tliet ghadmiet zghar li jkabbru jew jamplifikaw il-vibrazzjonijiet, li mbaghad jghaddu ghal organu, il-koklea, fejn jigu mibdula f'impulsi elettrokemikali, li mbaghad jghaddu minn nervituri ghal parti tal-mohh fejn jigu interpretati.  Barra minn hekk il-widna ghandha wkoll rwol importanti fil-bilanc. Minn kif inhi maghmula, il-widna tista' tigi deskritta fi tlett partijiet:

Il-widna esterna.

Ghalkemm forsi ghal hafna il-widna hija dik il-parti li tidher minn barra, din fil-fatt hija l-inqas parti importanti, tant li minghajrha tista' tisma' kwazi sew.

Il-kanal tal-widna, li huwa twil 2.5cm u wiesa' madwar 0.5cm (fuq in-naha ta' barra, jidjieq 'il gewwa), iwassal sat-tambur, li huwa rita jew membrana stirata li taghlaq il-kanal kollu.  Matul il-kanal hemm ukoll xi xaghar zghir li jwaqqaf trab u nsetti milli jidhlu 'l gew kif ukoll glandoli li jaghmlu bhal ghakar (cerumen) probabli wkoll ghall-istess raguni.  L-antenna, il-kanal u t-tanbur jaghmlu l-widna esterna.  

Il-Widna tan-nofs.   Wara t-tanbur nigu ghall-parti msejha l-widna tan-nofs li hija speci ta' hofra mimlija arja u li fiha tlett ghadmiet zghar imwahhla ma' xulxin.  Dawn igibu l-isem ta' malleus, stapes u incus mil-Latin ghal martell, inkwina u staffa rispettivament, u ovvjament minhabba l-ghamla taghhom.  Il-moviment tat-tanbur iharrek il-martell, li mbaghad icaqlaq b'iktar sahha l-inkwina, li tkompli tamplifika c-caqliq ta' l-istaffa li hija mwahhla mal-koklea.  L-amplifikazzjoni totali hija ta' 22.

Bejn il-widna tan-nofs u n-naha ta' wara tal-halq hemm tubu li jgib l-isem ta' ‘it-tubu ta' Ewstakju' u li jservi biex il-pressa ta' l-arja tkun ugwali fuq iz-zewg nahiet tat-tanbur.  Il-pressa ta' l-arja tvarja l-hin kollu, sa madwar 5%, u li kieku ma hemmx dan it-tubu kieku jkollna hafna skomdu7.

Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta' Settembru


FORSI JINTERESSAWK

Zball fuq zball

Ragel deher ghaddej b'widnejh mghottijin bi stikka. Habibu staqsieh xi gralu:

“Cempel xi hadd u flok it-telefon qbadt il-hadida tal-moghdija li l-mara kellha vicin.”

“U x'ghandek f'widintek l-ohra?”

“Dak il-hmar rega' cempel u jien ergajt…”
 

Li tirrepeti l-istess zbalji tkun iblah doppjament.


Sagrificcji

Garibaldi kellu xewqa kbira f'hajtu... li jghaqqad il-hafna stati Taljani f'nazzjon wiehed. Gabar madwaru elf zaghzugh u qalilhom bil-holma tieghu.

“U xi tweghedna bhala premju?” staqsew xi whud minnhom.

“Bhalissa ma nweghedkom xejn ghajr tbatija, glied, guh, ghera, ghejja, fjaski, iljieli bla rqad u forsi mewt bikrija.  Imma jekk nirnexxu u nibqghu hajjin nibqghu hajjitna kollha nifirhu li konna fost dawk li hadmu ghal dan l-ideal.”

U bosta mxew wara Garibaldi u baqghu maghrufa bhala l-elf eroj.

Il-Mulej ukoll joffrilna sfida... sfida iebsa ghax il-hajja t-tajba mhix facli. Imma l-premju hu ikbar... ghax etern.


L-eta

Ragel ta' xi erbghin sena dahal  fi spizerija u minn taht l-ilsien staqsa lill-ispizjar:

“Ghandek xi haga ghax-xaghar li beda jibjad biex ma jkomplix jitlef il-kulur originali tieghu.”

“Ghax xaghar abjad ghandi biss hafna rispett ghax jindika esperjenza.”


Avviz li gab il-bidla

Kien sinjurun u maghruf u ghalhekk ma setax jifhem kif il-gazzetta favorita tieghu hadet l-ikbar zball ta' zmienu… irrapportat mewtu meta kien ghadu haj. U l-profil fuq hajtu kien taht it-titlu ‘Imut ir-Re tad-Dinamite'.

Meta ntebhu bl-izball talbuh elf skuza izda hu ma setax jifhem ghaliex ghandu jibqa' maghruf bhala ‘Ir-Re tad-Dinamite.' Iddecieda li jberbaq flusu f'ghotjiet ta' gid. Holoq premjijiet kbar ghal min jahdem ghall-paci, ghal min isib medicini godda, ghal min jikteb l-isbah ktieb u ghal min b'xi mod jghin biex iservi jew iferrah l-umanità.

U meta r-Re tad-Dinamite miet, il-gazzetti kollha ma semmewx id-dinamite imma l-premjijiet sbieh li kien holoq... u kunjomu llum ma ghadux marbut ma' oggett ta' qerda imma ma' opra ta' gid... Alfred Nobel… l-inventur tad-dinamite.


Fit-Taxi

It-turista sejjah taxi ghax f'dik il-gegwegija ta' karozzi ma kienx ser isib it-triq lejn il-lukanda. U meta s-sewwieq beda jitkellem, it-turista qallu:

“Habib, hu pacenzja imma ghajjat ghax jien ma tantx nisma'.”

U b'vuci gholja s-sewwieq qallu:

‘Hadd ma hu perfett. Jien nghid ghalija ftit li xejn nara!”


Tbissem ftit

Ir-rekluta kien ilu biss ftit gimghat jitharreg. Gie jkellimhom il-General Maggur li biex johloq atmosfera familjari kien qed idur fuq is-suldati l-godda u jghidilhom kelma. U wasal fejn kien qieghed u staqsieh: “Kemm ilek fis-servizz?”

“Tliet gimghat, Sir. U int kemm ilek?”
“Tletin sena,” wiegbu l-General.
“Qisek qieghed l-infern hux veru sir? ...qisek qieghed l-infern.”

X'gara wara l-istorja ma tghidx.


AHBARIJIET TA' INTERESS

IZZEWGU

Maria Camilleri ta' Triq Xandriku lil Christopher Benedict Bovey (USA);
Miriam Galea ta' Triq San Koronatu lil David Theuma Scerri (Victoria);
John Borg ta' Triq Grunju lil Joanne Camilleri (Gharb);
Josette Cassar ta' Triq il-Qiegha lil Corey Farrugia (Gharb).

Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien, infakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien, tibqa' flimkien.


IL-LAQGHA TA' LULJU

Kellemna Dun Loreto Tabone li kien fostna ghal btala. L-aspett personali li ta lil-lezzjoni interessanti tieghu nizel tajjeb hafna ma' dawk prezenti.  Beda billi qalilna li hu minn dejjem jiftakar li xtaq jilhaq qassis. Aktar ma kiber aktar il-vokazzjoni ghaddiet minn provi u mmaturat. U llum li jhares lura lejn 28 sena sacerdozju jara kemm il-Mulej jahdem permezz taghna. Fil-parrocca fejn kien fi Scotland kellu wkoll sptar u kull gimgha kien izur lill-pazjenti. Darba ltaqa' ma' pazjent li kien ilu li abbanduna l-prattika religjuza minn zmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Ma riedx jaf b'religjon izda kull meta kien ikun l-isptar kien jghaddi jsellimlu. Biz-zmien irranga mal-knisja u miet ikkonfortat mis-Sagramenti Mqaddsa. Kienu ta' kuragg ghalih anke d-drabi meta n-nurses kienu jghidulu li raw bidla fl-attitudni ta' min ikun ircieva s-sagrament tal-Grizma tal-Morda.  Kultant mhux facli li tghix ir-religjon u hemm sfida biex tghixha ta' kuljum.  Dun Loret qalilna kif f'kull stat li nkunu fih fil-hajja rridu nzommu quddiem ghajnejna li kull haga li hi ta' min jaghmilha hi ta' min jaghmilha sew.

Hajr lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.  Fredu Attard ta' Triq San Gwann tela' fir-rigali li tellajna wara l-laqgha.


IL-LAQGHA TA' AWISSU

Il-laqgha ser issir nhar is-Sibt 7 ta' Awissu fit-8.15 p.m. fi tmiem il-Gimgha Museumina.  Ser ikollna l-laqgha specjali ghaz-zghazagh tal-lum u dawk li llum ma ghadhomx zghazagh imma ghadhom jiftakru fiz-zmien li qattghu l-MUSEUM.  Ikellimna George Camilleri ex-player tal-Victoria Hotspurs.

Wara l-laqgha jkollna zewg partiti football.  Wahda bejn dawk ta' fuq it-30 sena ma' dawk ta' fuq l-40 sena u ohra bejn iz-zghazagh tal-Youngsters u dawk li ghadhom jattendu fil-klassijiet taghna.  Jekk tixtieq tiehu sehem tista' tkellem lil Tonio Grech jew lil Karistu Camilleri.  Wara l-laqgha ntellghu rigal sabih.


EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA

[Fuq it-tieni migja tieghu,
Gesù qalilna:]
“U jekk jigi fit-tieni jew fit-tielet sahra
u jsib hekk, imberkin huma.”  {Lq 12:38}

James Matthew Barrie zejjin
id-dinja taghna bi stejjer bhal
‘The Admirable Chricton' u
‘Peter Pan'.
Ma nafux jekk Barrie
kellux lista ta' partijiet favoriti
tal-Bibbja.

Izda jekk kellu dawn zgur
li kienu fosthom.
Ghaliex darba Barrie kien qal:
“L-aktar gurnata perikoluza f'hajjitna
hu dak il-jum li fih niskopru l-kelma ‘ghada'.
Dakinhar nibdew inhallu x-xoghol
li stajna ghamilna f'dak il-jum.

Il-Bibbja tkellimna wkoll fuq it-tieni migja ta' Gesù. 
Fi kliem iehor tkellimna wkoll fuq dik is-siegha,
mohbija ghalina li fiha ser immutu.
Kemm jien lest ghal dik is-siegha?

Mulej, meta tigi l-mewt
jalla nkun nista' nghid kliem Kristu:
“[Missier] temmejt ix-xoghol
li bghattni nwettaq.”


ALLA JHALLAS SKOND IL-QALB
jikteb DR MARIO SALIBA M.D.

Darba wahda l-kappillan il-gdid kien qieghed idur mat-triqat tal-parrocca tieghu biex isir jaf lill-parruccani aktar mill-qrib. Wahda mill-ewwel waqfiet tieghu kienet ghand l-iskarpan tar-rahal.

Huwa u jitkellem ma' l-iskarpan, beda juza xi kliem tqil dwar ir-religjon – kliem li mhux lakemm jiftiehem jekk wiehed ma jkunx studja fil-fond it-teologija – izda l-iskarpan xorta wahda beda jirrispondih b'entuzjazmu u b'intelligenza kbira, tant li l-kappillan baqa' skantat bir-risposti li beda jaghtih.

“Int ma jixraqlekx taghmel il-mestier ta' skarpan, issewwi z-zraben, wiccek mal-pettijiet,” qal il-kappillan lill-iskarpan. “Ragel bhalek, mimli bl-gherf u li taf tant tesprimi hsibijietek x'qed taghmel f'xoghol daqshekk baxx?”

L-iskarpan dar b'heffa kbira fuq il-kappillan u rrispondieh:

“Sur Kappillan, jekk joghgbok skuza ruhek ghal dak li ghadek kif ghidt issa!”
“Niskuza ruhi ta' xiex?” wiegbu mibluh il-kappillan.
“Irtira, jekk joghgbok, dak li ghadek kif ghidt,” qal l-iskarpan, “li tieghi hu xoghol baxx.”  

Filwaqt li kompla jgerger mal-kappillan l-iskarpan deher imdejjaq hafna.

“Intix tara dak il-par boots ta' fuq l-ixkaffa ta' quddiemek? Dawk tat-tifel ta' l-armla Giovanna, dik li zewgha miet is-sena l-ohra. Binha hu l-uniku mezz ta' ghajxien taghha, li biex jghajjixha jahdem lejl u nhar fil-berah espost ghax-xemx u x-xita. Qed nara li se jkollna temp hazin u xitwa qalila, u ghalhekk hassejt lill-Mulej jghidli: ‘Ghax ma taghmilx par boots tajjeb kif taf int ghal bin l-armla Giovanna biex ma jhossx il-bard u ma jehux xi rih u jmarrdu u jitlef hafna xoghol. U jien irrispondejtu ‘Daz-zgur Mulej, bil-qalb kollha'.”

L-iskarpan hares fiss lejn il-kappillan u kompla jghidlu: “Sur Kappillan issa int tippriedka taht id-direzzjoni t'Alla u jien nemmen li nahdem ta' skarpan taht il-gwida tal-Mulej. Imbaghad meta tasal il-gurnata li jinghatalna l-premju finali l-Mulej se jghid lilek u lili l-istess kliem ta' tifhir: ‘Qdejt dmirek sewwa qaddej umli u fidil tieghi.'”

Huwa l-qawl Malti li jghid: “Alla jhallas il-bniedem skond qalbu”, fi kliem iehor, Alla jippremja lil dak li jkun skond ghemilu. Xi rridu nghidu? Fid-dinja ghandna lkoll il-qaghda taghna, ilkoll kemm ahna ghandna x-xoghol taghna u bosta dmirijiet mistennija minna. Kull persuna ghandha missjoni xi twettaq f'hajjitha. Nifirhu lkoll meta jghaddi z-zmien minn fuqna u niftakru x'hidma ghamilna. Imma kemm jiswielna aktar li nidhlu sew fina nfusna biex naraw kif qdejna dmirijietna matul dan iz-zmien.


Biex tahseb fuqhom...

Il-gid ma jitqiesx mill-oggetti li ghandna, imma minn dawk l-affarijiet li ma ahniex lesti nibdluhom ghall-flus.

Qisu u harsu rwiehkom minn kull reghba; ghax mhux fil-kotra ta' gidu qieghda l-hajja tal-bniedem” Lq 12:15

Meta naqdu lill-ohrajn nircievu aktar milli qatt nistghu naghtu.

“Il-kburija ta‘ bniedem iccekknu,
izda min jiccekken,
ikollu gieh”
Qwiel 29:23