
|
+L-Iben t'Alla sar Bniedem - Awissu 2005 | Numru 468 L-EDITORJAL
Il-habel kien stirat min-naha ghall-ohra tal-pjazza. Fuqu kien ghaddej b'heffa u kunfidenza l-artist tac-cirku. L-ewwel ghadda b'injama twila f'idejh. Imbaghad nehha l-injama u beda ghaddej b'pupu. Wara ghadda b'karretta. Jghaddi u jerga' jghaddi b'heffa u kunfidenza. Imbaghad ghabba xkora siment fuq il-karretta u ghadda biha min-naha ghall-ohra. U mbaghad pogga zewg xkejjer siment u ghadda xorta. U tahtu folla kbira ccapcap u tghajjat ferhana. F'hin minnhom ir-ragel waqaf f'genb tal-pjazza u staqsa lill-udjenza:
"Certi li kapaci nghaddi darb'ohra min-naha
ghall-ohra bi tliet xkejjer siment?" Izda minn dik il-folla kbira ma tela' hadd. Hawn hafna li huma certi minn twemminhom imma jibzghu jghiduh. ESPERJENZI LI JISTGHU JSERVU TA' LEHHA DAWL GHAL MATUL IT-TRIQ
Jien grejt ukoll u rajt li qabli kien hemm mara zzomm f'idejja tarbija ta' ftit xhur b'harsa ta' dieqa, ilbies bla frilli, fqar ghal darba. U rajtha tihmar ghax ma kellhiex bizzejjed biex thallas ix-xirja kollha. Hassitha mifxula u bdiet tnehhi oggetti li setghet tghaddi minghajrhom. Izda b'ghageb tieghi r-ragel ta' quddiemi rajtu jitfa' fl-art karta tal-flus u dlonk mess il-mara ta' quddiemu: "Waqghetlek din il-karta tal-flus mill-basket!"
Il-mara
kienet certa li dawk ma kinux flusha imma r-ragel baqa' jinsisti: U t-tfajla li kienet tistenna l-flus heggitha: "Qed jghidlek li raha taqa' ...hudha u hallas!" Il-mara obdiet, gabritha u hallset u raddet hajr lir-ragel xwejjah. Kont is-suq u nara tfajjel jiggieled u jissara ma' ommu ghax ra xi frott u ried iduqu imma ommu baqghet tigbed u smajtha tghidlu: "Ma nistax nixtrihulek. Ahjar ftit hobz, zejt u xi tadama biex inrejjaq bihom lilek u lil hutek!" Il-mara tal-frott bilfors semghetha ghax ghajtitilha u dlonk tefghetilha fil-basket kemm setghet thaddan frott fil-fardal taghha. Il-mara ndiehxet "Min int? Jien ma nafekx!" "Anqas jien ...jien nisranija." Tghin bla ma tistenna xejn lura tghin ghax l-Imghallek hekk ghallimna! DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna artiklu dwar... DAQSXEJN RAMEL
Anke daqqa t'ghajn hafifa (l-ahjar bil-lenti) turi li l-particelli tar-ramel ivarjaw hafna fid-daqs, kulur u ghamla. Fid-daqs ivarjaw minn madwar 0.02mm sa madwar 2mm; fost il-kuluri hemm orangjo, abjad, kannella, iswed, ahdar u trasparenti; waqt li l-ghamla hija generalment irregolari, rari ssib il-kantunieri precizi ta' xi kristalla pura. Minn fejn jigi r-ramel? Ir-ramel huwa rizultat tat-tifrik mikroskopiku u bil-mod hafna tal-blat espost ghar-rih, xita, shana, kesha, mewg ecc kif ukoll mit-tgerbib tal-blat u caghak mill-mewg. Dan il-frak jista' jibqa' fejn ifforma, jew iktar probabli jigi mmexxi mir-rih, xita jew mewg. Fil-kaz tar-Ramla l-mewg itella' ramel maghmul mill-frak tar-Rina li hemm f'din il-bajja, waqt li r-rih jonfhu u jferrxu mal-madwar – l-ghelieqi ta' hawnhekk kollha huma ramlija. Mal-medda twila taz-zmien bicca mir-ramel jista' jintradam, jigi marsus mill-piz tal-materjal ta' fuqu u jerga' jghaqqad u jsir blat. U jista' jkun li dan il-blat jerga' jigi fil-wicc u jerga' jittiekel u jsir ramel. Dan ic-ciklu jiehu miljuni ta' snin. Dak li ahna naraw bhala l-bajja tar-Ramla (u l-bajjiet, il-widien u l-gholjiet l-ohra kollha) u tant donnhom dejjem l-istess u permanenti, fil-fatt ma huma permanenti xejn, ghax fuq skala geologika kollox qed jitbiddel bil-mod (anke l-Gzejjer Maltin kienu taht l-ilma, waqt li l-bahar Mediterran nixef kemm-il darba!) Intant, minn xiex huwa maghmul ir-ramel? Ovvjament jiddependi hafna mill-blat li minnu jkun gej, però generalment l-iktar minerali komuni li fih huma feldpsar, mika, magnetite u, l-iktar komuni, il-kwortz. Il-kwortz huwa maghmul mill-elementi silikon u ossignu li flimkien ma' certi metalli jaghmlu sensiela ta' silikati, xi whud minnhom meqjusa bhala hagar prezzjuz. Per ezempju garnet (li minnu hemm sensiela ta' minerali li jvarjaw minn trasparenti, ghal iswed, ahmar u ahdar) u zirkon (li jvarja fil-kulur minn car, hamrani orangjo ghal isfar). Jigifieri li mar-ramel li jdejqek ma' saqajk jista' jkun hemm xi ftit frak ta' hagar prezzjuz! Ir-ramel fih ukoll hafna qxur tal-bebbux, rizzi, grancijiet ecc li gew imfarrka maz-zmien u li huma maghmula l-iktar minn karbonati tal-kalcju. Daqsxejn ramel fil-hamrija tghin sew fil-fertilità, ghalkemm hamrija ramlija hafna ma tantx taghmel ucuh tajba, waqt li r-ramel wahdu huwa kwazi sterili. Intant, anke f'persentagg gholi sew bhar-ramel tar-Ramla ssib flora u fawna interessanti. Fost il-flora insibu sigar u pjanti kbar bhal bruka u l-qasba l-kbira u l-qasbiet ir-rih waqt li fost iz-zghar insibu s-sikrana tar-ramel, in-nigem tar-ramel, it-tenghud tax-xatt, il-kromb tal-bahar, iz-zewg speci ta' haxixa ta' l-irmied, u l-pankrazju. Dawn il-pjanti huma addatati sew ghal din l-ekosistema partikulari, ghax barra li jirrezistu n-nixfa u l-imluha meta jitghattew bir-ramel ma jmutux imma jergghu jtellghu. Anke l-gheruq taghhom qishom hjut imxebilka li barra li jzommu l-pjanta, jorbtuha wkoll mar-ramel. Il-fawna tvarja sew skond il-boghod mill-bahar. Fid-duni ssib hafna speci ta' hanfus (xi speci huma tar-Ramla biss!), nemus u dubbien, kif ukoll xi gremxul u anke xi serp. Ir-ramel miftuh tal-bajja ghalkemm jidher vojt u bla hajja fih hemm jghixu wkoll diversi hanfus u hniezer l-art li draw f'dan l-ambjent. Anke fir-ramel ta' qrib il-bahar, dak li jixxarrab mill-mewg, hemm diversi speci ta' brieghed u hniex li jghixu biss fir-ramel. (Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta' Settembru) FORSI JINTERESSAWK Sabiha izda… Wara xi snin tad-dehriet tal-Madonna f'Lourdes hadu lil Bernardette fejn l-iskultur Fabisch u dan talabha dettalji dwar il-mara li rat fil-ghar ta' Massabielle. Bernardette qaltlu dak kollu li ftakret u ddeskrivietha mill-ahjar li setghet. Izda meta l-iskultur lesta l-istatwa Bernardette qalet: "Sabiha... imma mhix il-Madonna li rajt jien!" Definizzjoni... li mhux kulhadd jaqbel maghha ghad li Bernardette biss setghet tqabbel ma' l-original ta' ommna fis-sema. Cajta... b'hafna serjetà It-tifel staqsa lil missieru:
"Pa, jien
minn fejn gejt?"
It-tifel isserja. Ikun hafna ahjar li nghidulu l-verità... bil-prudenza, bl-edukazzjoni u bi ftit taghlim sod religjuz. Il-gideb u l-habi ma jiffurmawx art tajba ghad-djalogu u anqas ghal relazzjoni tajba bejn genituri u wlied. Lenin ivvintat Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija n-nies tar-Russja qamu fuq taghhom, keccew it-tzar u waqqfu Gvern Komunista. Il-mohh u l-id ta' wara kollox kien wiehed li kien isejjah lilu nnifsu Vladimir Ilyich Lenin imma l-isem veru tieghu kien Ulyanoc. Kien qed juza' dan l-isem biex jinheba mill-awtoritajiet qabel ir-rivoluzzjoni u baqa' jzommu wara. Ghal xi zmien – sal-waqgha ta' l-Unjoni Sovjetika – il-belt ta' St Petersburg giet imsemmija ghalih 'Leningrad' izda kien hemm belt ohra li hadet l-isem ta' 'Ulyanovsk'. Min m'ghandux x'jahbi m'ghandux ghalfejn jibdel ismijiet. Kelma li torbot William Barclay jirrakkonta l-grajja ta' 30 xhud li ma ridux jiehdu l-halfa qabel jixhdu ghax qalu huma "...kelmitna hi bizzejjed. Ma hemmx ghalfejn insejhu lil Alla b'xhud taghna." Imma l-ligi kienet cara u min kien jichad li jiehu l-halfa kien jispicca arrestat. U hekk gralhom it-tletin xhud. Kellhom jittiehdu fil-habs ta' Bridewell izda billi kienu hafna ma kienx hemm skorta bizzejjed biex tmur maghhom. Izda l-kap taghhom – Thomas Elwood – qal lill-kalzrier: "Tinkwetax. Qed naghtuk il-kelma li mmorru l-habs wehidna." U t-tletin ragel telqu wehidhom lejn il-habs ta' Bridewell. U waslu kollha. Kelmithom kienet isheh minn skorta. Ghand it-tabib "Ghandek hafna ilma f'irkobbtejk!" "Ilma! Jien l-ilma qatt ma nduqu... nixrob soft drinks jew inbid. L-uniku ilma li niehu hu s-silg li jkun hemm fil-whisky. Nahseb li dak is-silg ghamilhieli!" AHBARIJIET TA' INTERESS IZZEWGU
Jonathan Vella ta' Triq
il-Buskett lil Miriam Farrugia (Gharb); Filwaqt li nixtiqulhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb. Il-familja li titlob flimkien tibqa' flimkien. IL-LAQGHA TA' LULJU Kellemna l-Arcipriet tax-Xewkija Mons Carm Mercieca. Beda l-lezzjoni interessanti b'enfasi fuq l-importanza tal-Quddiesa tal-Hadd. Qeghdin fi zmien il-festi u rridu nzommu f'mohhna li festa bla quddiesa ma hix festa. Tac-cajt nghidu kemm inhobbu lill-qaddis jew qaddisin patruni taghna u mbaghad ma nqaddsux il-festa taghhom b'quddiesa u s-sagramenti. Inkunu vojta meta naghtu kaz ta' kollox u nwarrbu dak li hu purament religjuz. Is-sajf huwa wkoll zmien il-giri barra. Filwaqt li hu sew li niddevertu u nistriehu tajjeb li nzommu f'mohhna li certi hwejjeg ma jithalltux ma' xulxin. Xorb u sewqan ma jmorrux flimkien. Bosta incidenti u telf ta' hajjiet huwa kawza ta' din it-tahlita. Noqoghdu attenti. Ahna responsabbli ta' hajjitna u ta' hajjet dawk kollha ta' madwarna. Robert Hili ta' Vjal l-Imnarja tela' fir-rigal ta' wara l-laqgha. Hajr lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li pprovdielna. IL-LAQGHA TA' AWISSU Il-laqgha ser issir nhar is-Sibt 6 ta' Awissu fit-8.15 p.m. fi tmiem il-Gimgha Museumina fl-40 anniversarju mill-ftuh tal-MUSEUM il-gdid. Ghalhekk ser infakkru l-40 birthday mhux biss tal-qasam il-gdid izda wkoll tal-laqgha taghna li bdiet mal-ftuh tal-bini l-gdid. Ser ikollna laqgha specjali ghaz-zghazagh tal-lum u dawk li llum ma ghadhomx zghazagh imma ghadhom jiftakru fiz-zmien li qattghu l-MUSEUM. Wara l-laqgha jkollna zewg partiti football fuq il-pitch ta‘ l-artificial turf. Wahda bejn dawk ta' fuq it-30 sena ma' dawk ta' fuq l-40 sena u ohra bejn iz-zghazagh tal-Youngsters u dawk li ghadhom jattendu fil-klassijiet taghna. Jekk tixtieq tiehu sehem ejja u ibqa' cert li ssib postok ma' xi tim. Wara l-laqgha ntellghu rigal sabih. EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA [Gesù qal:] "Tassew, tassew nghidilkom, jekk ma teklux gisem Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-hajja fikom." {Gw 6:53}
Fil-film E.T. niltaqghu ma' zewg xeni
Fl-ewwel wahda l-eroj ckejken
Iz-zewg episodji f'E.T. u kliem Kristu
Kemm qed napprezza l-Ewkaristija
Meta nitqarbnu nkunu qed induqu EMOZZJONI MA' PAPER CLIP
Dawn l-ittri kien iqassamhom kmandant lil dawk is-suldati li ftit li xejn kien ikollhom posta. Georgia bdiet tikteb madwar 25 ittra kuljum – l-aktar lil suldati rgiel. Ma kinitx haga facli li tlahhaq maghhom izda kienet thoss li qed taghmel il-gid. Kull haga ta' interess, stampa li tohloq tbissima, poezija, stejjer zghar... kienet izzommhom, taghmel il-kopji taghhom u tibghathom. Kollox kien jghin biex iqawwi qalb li thossha minsija. Meta l-hin ma kienx jippermetti kienet taghmel kopji ta' l-istess ittra. Izda ma riditx taqta' l-kuntatti godda li kien irnexxielha taghmel. Birthday kienet tkun okkazjoni li akkost ta' kollox ma kinitx titlef. Jum minnhom ittra kixfet il-qalb maqtugha u d-dipressjoni li feggghet f'suldat zaghzugh. Ma setghetx tnehhih minn mohhha u bdiet thewden kif ser iddawwallu l-ispirtu tieghu. Gieha hsieb meta fuq l-iskrivanija rat ruxxmata ta' paper clips. Ghamlet photocopy ta' paper clip fuq il-pala ta' idha. Baghtet l-istampa flimien mal-messagg: 'Din il-paper clip safra li qed tara fuq il-pala ta' idi tfisser tghanniqa li qed nibghatlek. Tista' zzomm dan il-paper clip fil-but u meta thossok imdejjaq aghmilha f'idek u ftakar li hemm persuna li thobbok u lesta tghannqek maghha kieku tinsab hdejk.' Goergia baghtet il-paper clips u l-messagg lil kull korrispondent. Wara li ntemmet il-gwerra rceviet kopja ta' l-istampa ta' idha bil-paper clip u n-naha ta' wara 150 firma ta' nies li hassewhom ahjar bil-paper clip taghha! Kollha kienu 'ghannquha'. Matul is-snin baqghet tibghat paper clips u kuluri differenti nghataw tifsiriet ohra... roza – bewsa, hadra – good luck …. Xi snin wara Georgia kienet qed taghti seminar fuq l-importanza ta' positive thinking – il-hsieb pozittiv. Irrakkontatilhom l-istorja tal-paper clips u ghamlet cappetta bihom lil dawk kollha li kienu hemm. Izda wahda minn dawk prezenti wiccha xeghel. "Mela int!" Din il-persuna rrakkontat kif meta marret ghand huha kellha bzonn xi haga biex izzomm xi karti flimkien. Rat paper clip safra mizmuma permezz ta' kalamita mal-frigg. Qalghetha. Malli nduna huha tghidx kemm ghajjat maghha u qalilha biex dik l-imbierka paper clip ma tergax tmissha. Ma kienx taha spjegazzjoni. Issa saret taf ghalfejn. Hadd qatt ma jista' jkun jaf sa fejn wasal il-messagg ta' Georgia. Tiskanta semplici paper clip xi hsieb sabih tista' zzomm! X'int tistenna biex int ukoll tara x'taghmel biex issebbah hajjet dawk li ghandhom bzonn l-ghajnuna tieghek. ________________________________________ |