
| Awissu 2006 - Harga Nru
480 + L-Iben t'Alla sar Bniedem L-Editorjal Ir-rahal
ckejken ta’ Tavona kien maghruf ghad-dehra sabiha li wiehed seta’
jiggosta minn fuq l-irdum. Dehra li ssahhrek u bosta kienu jigu apposta
halli jarawha. Izda
whud kienu jittarfu zzejjed u ta’ sikwit kont tisma’ b’nies li
accidentalment waqghu fl-ghelieqi ta’ taht l-irdum. Kultant il-waqgha
kienet tkun ta’ ftit piedi… drabi ohra ta’ bosta metri. Kien hemm
anke kazi ta’ mwiet u korrimenti gravi. Il-kunsill
tal-post hass li ghandu jaghmel xi haga. Nieda lotterija biex mill-qliegh
tinxtara ambulanza halli meta xi hadd jaqa’ jkunu pronti jehduh fl-isptar
tal-qrib. In-nies ma riditx titlef it-turisti u ghalhekk ikkonkorrew bi
shih u l-ambulanza nxtrat. Wasal
jum il-prezentazzjoni. Membri tal-kunsill mas-sindku kienu lebsin gala
biex iwasslu l-ambulanza lin-nies ta’ Tavona. Fost il-hafna nies kien
hemm ragel xwejjah li beda jofroq bil-mod il-mod il-folla sakemm wasal
hdejn is-sindku u b’vuci ftit gholja staqsieh:
“Sinjur, ma jidhirlekx li kien ikun ahjar li flok ma xtrajtu
ambulanza biex iggorr lil min jaqa’ ghamiltu ftit hadid biex hadd ma
jittarraf?” Kien
hemm min tbissem… kien hemm min ferahlu ta’ l-idea… is-sindku u ta’
madwaru hassew fawra ma’ wicchom u ghoqla telghet ghal grizmejhom. Ma
wegbuh xejn.
Ghax, kos, ahjar ftit attenzjoni qabel mill-kura ta’ wara. U
dan ma jghoddx biss ghan-nies ta’ Tavona izda wkoll ghal dawk kollha
li jixtiequ jghixu tajjeb u kultant forsi jinsew li l-ahjar triq quddiem
il-periklu… tahrab dejjem, malajr u fil-boghod. KUCCARINA GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA Ilkoll
skantajna bl-ghalliem taghna. Narawh
diehel fil-klassi bi
tliet borom zghar, xi ilma… Qalilna
li ried jaghmel esperiment quddiemna. U
ahna, zghazagh imqarba dhakna
bil-qalb – anzi ghoxejna bil-hsieb
ta’ dak li seta’ jigri jekk
l-esperiment ifalli. L-ghalliem
stedinna noqorbu lejn il-mejda u
fil-borom pogga l-ingredjenti li gab mieghu f’wahda
ghamel il-karrotti, fl-ohra bajda u
f’ta’ l-ahhar niskata kafè. U
f’kollha tefa’ l-ilma u halliehom jaghlew sewwa. U
meta l-ilma kien ilu jbaqbaq ftit minuti l-ghalliem
hareg il-karrotti li kienu rotob haxu hareg
il-bajda li kienet iebsa ghuda u
l-kafè kien issa sparixxa u
sar haga wahda mal-mishun ibaqbaq. U
l-ghalliem talabna mmorru f’postna. Imbaghad
qalilna: “L-ilma
hi l-hajja kultant
din taf tkun kiefra maghna. Issir
mishun ibaqbaq. Quddiem
dan it-tweghir uhud
jigrilhom bhall-karrotti li
minn frotta iebsa jsiru rotob haxu. Mhumiex
kapaci jirrezistu. Ddghajfu
quddiem l-iebes u t-tbatija. Ohrajn
jigrilhom bhall-bajda minn
qalb tenera u nobbli isiru
iebsa ma’ ta’ madwarhom ghax
il-hajja tkun dewqithom il-morr taghha. Ohrajn
jigrilhom bhall-kafè. Quddiem
l-iebes tal-hajja jaghmlu
hilithom biex flok
ihallu l-mishun ikiddhom ibiddluh
fir-riha u t-toghma taghhom. Fil-hajja
kunu bhall-kafè, hbieb tieghi. Thallux
l-iebes tal-hajja jdghajjifkom
u jaghmilkom bla sinsla. Jew
tant ikiddhom li jaghmilkom iebsa
u bla qalb ma’ ta’ madwarkom.” Daqshekk
ghallem l-ghalliem dik l-ghodwa. Baghatna
’l barra nilaghbu imma
t-taghlima li tana ghadha
maghna u
lili personali tibqa’
sservini ta’ kuccarina
ghasel fi triq il-hajja. Dr
Coronato Grech M.D. itemm
l-artiklu li beda f’Gunju 2006 XI
SKOPERTI LI SARU B’LAPES U KARTA Georges
Lemaitre (1894
– 1966), qassis Belgjan, li fil-1927 ghamel kalkulazzjonijiet mill-fatt
li l-univers qed jespandi, li kellu jkun hemm bidu meta kien zghir hafna,
bidu li sejjahlu ‘l-bajda kozmika’. George
Gamow (1904
– 68) fil-1948 ghamel hafna kalkulazzjonijiet fuq dan il-bidu ta’ l-univers
(bidu li iktar tard, gie msejjah biz-zufjett ‘Big
Bang’ minn Fred Hoyle li ma kienx jaqbel mat-teorija) u bassar li
minn dik l-energija tal-bidu illum baqa’ xi ftit minnha f’forma ta’
shana ta’ temperatura baxxa hafna (kwazi zero assolut) u li gejja minn
kull fejn tosserva l-univers. Fil-1964 instabet din ir-radjazzjoni. U
ovvjament dan il-process ta’ hsieb u tiftix b’karta u lapes (jew
illum forsi iktar bil-mouse tal-kompjuter)
ghadu sejjer. Xi whud minn dan it-tbassir, anke dak li issa sar ftit
taz-zmien ilu ghadu mhux ivverifikat. Fost dawn insibu: Murray Gell-Mann (1929
- ) li
minn kalkulazzjonijiet ta’ reazzjonijiet subatomici kiteb, fil-1961,
li jrid ikun hemm sensiela ta’ particelli izghar minn dawk li jaghmlu
l-materja u l-antimaterja u li sejhilhom quarks.
Dan ghamel ukoll hafna sens mill-kaos ta’ hafna particelli subatomici.
Xhieda ghal quarks qed kulma jmur dejjem tingabar. Alan Guth (1947
- ) li minn
kalkulazzjonijiet li ghamel hareg bl-idea li l-univers, wara l-Big
Bang, ghadda minn fazi ta’ inflazzjoni qawwija fejn id-dimensjonijiet
zdiedu immensament, idea li ghaliha sal-lum ngabret ukoll xhieda
konsiderevoli. Andrei Linde (1948
- ) li
hadem ukoll fuq it-teorija ta’ l-inflazzjoni ta’ l-univers bikri,
kompla zied it-teorija ta’ baby
universes fejn univers jista’ jfaqqas f’iehor u fejn dawn
jistghu jibqghu kkomunikati permezz ta’ wormholes
– speci ta’ mini goz-zmien u spazju. Din it-teorija sa issa (u forsi
hekk tibqa’) ghadha thazziz fuq karta. Dan kollu juri kemm kapaci jsiru skoperti b’daqsxejn ta’ karta u lapes, kemm il-metodu xjentifiku huwa metodu tajjeb kif insiru nafu l-affarijiet, kemm ix-xjenza fiha wkoll hafna immaginazzjoni, kif ukoll, xejn inqas, il-fatt stupend li l-univers huwa mibni b’tali mod li mohh li evolva fih kapaci jsir jaf xi ftit minnu. Jekk
xi hadd jghajrek ‘hmar’ taghtix kas, kompli ahdem. Imma jekk kulhadd
qed jghidlek ‘hmar’ ieqaf u irrifletti, u rranga hajtek. Inkella
ixtri kappestru. Qawl
Gharbi FORSI JINTERESSAWK Jiehu
hsiebi Debrah
Kerr – artista ta’ zminijiet ohra – kienet qed tiehu parti fil-film
Quo Vadis u f’xena minnhom kellha tkun wehidha f’nofs il-Kolossew
tistenna ghexieren ta’ ljuni resqin lejha. Wara l-gbid tax-xena
staqsewha jekk bezghetx mill-iljuni. Qaltilhom:
“Fil-film dhert wahdi izda
mohbija mill-camera kien hemm hafna jipproteguni.” Anke
ahna fil-hajja ghandna l-protezzjoni ta’ Dak li ma jhallina qatt
wehidna. Nidraw nghidulu kelma biex ikun jaf li nafu biH. Qalb
il-hajja Dr
Christian Barnard, l-ewwel kirurgu li rnexxielu jibdel qalb ta’
pazjent u jaghtih qalb ta’ donatur, qabad minn idu lil dak li kien
opera – Dr Philip Blaiberg – u hadu fejn bozza tal-hgieg li fiha
kien hemm il-qalb ‘l-antika’.
“Int
l-ewwel bniedem li tista’ tara l-qalb li twelidt biha barra minn
gismek.”
“Mela
dik kienet il-qalb li tant gaghlitni nsofri. Fl-ahhar ma ghadhiex iktar
tinkwetani!” Kultant
il-bniedem ikun hemm bzonn li jbiddel hajtu ghax il-qalb l-antika tkun
rabbiet rabtiet li qed ibeghduh mill-ideal li ghalih halqu l-Mulej. Bla
rispett uman Hugh
Latimer kien predikatur famuz. Darba ghall-priedka tieghu mar ukoll
is-sultan Enriku VII. Latimer ma biddel xejn mill-kontenut u f’xi
partijiet taghha kkritika wkoll lill-awtorità li thalli jsiru certi
ingustizzji maz-zghar u l-batuti. Is-sultan
ha ghalih u ried apologija pubblika nkella Latimer kien ikollu jhallas
qares. Meta qalulu, Latimer qalilhom li lest jaghmel din l-apologija fuq
l-istess pulptu quddiem l-istess nies, fil-prezenza tas-sultan. U
l-Hadd ta’ wara Latimer beda l-priedka hekk:
“Ghaziz
Latimer. Taf li int ghadek quddiem is-sultan. Quddiem dan kulhadd ibaxxi
rasu ghax kelmtu setghana. U jekk int ma taghmilx bhall-bqija tista’
facilment tispicca hesrem. Mela qis li ma tghid xejn li bih tista’
toffendih. Imma ghaziz Latimer ftakar ukoll li int suppost twassal
il-messagg ta’ Dak li quddiemu dan is-sultan qawwi mhu xejn hlief
wiehed bhalna… bniedem bhall-bqija. U jekk tonqos li twassal
il-messagg ta’ Alla tieghek il-kastig tieghek itul ghal dejjem.
F’dawn ic-cirkustanzi, ma ghandix ghazla hlief li nirrepeti l-messagg
li wassaltilkom il-gimgha l-ohra.” U
min kien prezenti jghid li din id-darba l-priedka kienet moghtija
b’iktar hegga u energija. Principji Bubba
Smith kien player imsemmi
hafna fil-football Amerikan
tant li l-istat ta’ Michigan hatru bhala marixxall. Ghamlulu festa
kbira li spiccat b’parata ta’ unur. Hassu ferhan hafna izda mtela’
b’dieqa meta ra corma zghazagh jixorbu l-birra li kienet iggorr ismu
ghax kien ghamlilha hafna reklami. Rahom kollha fis-sakra u hassu hati
ta’ ghemilhom. Ir-reklami tieghu kienu qed jitfghuhom f’daghbien. Iddecieda
li jwarrab dawk ir-reklami ghad li permezz taghhom kien jircievi eluf ta’
dollari. Quddiem il-principji Bubba ma qaghadx jilghab. Kif
ikun pessimist Xi
hadd staqsa lil wiehed bidwi kif mar mal-marda tal-fniek.
“Kelli
tletin fenek u kollha mietu bil-marda hlief disgha u ghoxrin!” AHBARIJIET TA’ INTERESS IZZEWGU Sammy
Mercieca ta’
Triq Grunju lil Alison Gatt (Victoria); Omar Joseph Schembri ta’
Triq l-Arcipriet Saver Cassar lil Miriam
Grech (Victoria); Filwaqt
li nawgurawlhom futur hieni nfakkruhom fit-talb. Il-familja li titlob
flimkien, tibqa’ flimkien. IL-LAQGHA
TA’ LULJU Kellemna
l-Arcipriet Mons Karm Refalo fuq kemm hu importanti li naghmlu l-ghazliet
it-tajba f’hajjitna. Id-dnub igaghalna nixxennqu ghal iktar. Qatt ma
nkunu kuntenti. Irridu aktar. Hu Alla li jimla lil qlubna. Gabilna bosta
ezempji minn stejjer veri ta’ individwi li ghazlu lil Alla quddiem l-akbar
tentazzjonijiet tal-hajja – dik is-soru li harget biex tghin, kif
dejjem ghamlet, imma kienet nasba mill-assassini taghha u tmut tirrepeti
l-kliem ta’ mahfra ta’ San Stiefnu; il-qassis novell li ha lil grupp
ta’ zghazagh jghumu u jhalli hajtu biex isalva lil dawk li sabu ruhhom
f’diffikultà. Ghad fadal hafna tajjeb madwarna izda hu l-hazin li
jaghmel l-ikbar storbju. Bhalma kien jghid il-Beatu Gorg Preca ‘il-gid
ma jaghmilx storbju u l-istorbju ma jaghmilx gid.’ Illum hu aktar
difficli ghal dak li jkun biex imur lura lejn it-triq it-tajba. Issib
uhud li malli jmorru Malta jingarru mal-kurrent ghax ma jibqghalhomx min
iressaqhom ghat-triq it-tajba.. Is-sahha tal-grupp hi qawwija hafna.
Izda int trid tkun li temmen li dak li hu tajjeb ghandek taghmlu –
tisma’ quddiesa ghax int konvint, tqerr ghax temmen fil-qawwa
tal-mahfra, ma tidghix ghax ma hux ta’ unur ghall-bniedem, thobb lil
kulhadd ghax dak li jridna Alla, taghmel il-gid ghax ghalhekk ahna
mahluqa.... Hajr
lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. John Paul Meilak ta’ Triq Papa
Pawlu VI tela’ fir-rigal. STEDINA GHAL-LAQGHA TA' AWISSU Il-laqgha
ser issir nhar is-Sibt 5 ta' Awissu fit-8.15 p.m. fi tmiem il-Gimgha
Museumina fl-okkazjoni tal-41 anniversarju mill-ftuh tal-MUSEUM il-gdid.
Ghalhekk ser infakkru l-41 birthday
mhux biss tal-qasam il-gdid izda wkoll tal-laqgha taghna li bdiet
mal-ftuh tal-bini l-gdid. Ser
ikollna laqgha specjali ghaz-zghazagh tal-lum u dawk li llum ma ghadhomx
zghazagh imma ghadhom jiftakru fiz-zmien li qattghu l-MUSEUM.
Wara l-laqgha jkollna zewg partiti football fuq il-pitch ta‘ l-artificial turf. Wahda bejn dawk ta' fuq it-30 sena ma' dawk ta' fuq l-40 sena u ohra bejn iz-zghazagh tal-Youngsters u dawk li ghadhom jattendu fil-klassijiet taghna. Jekk tixtieq tiehu sehem ejja u ibqa’ cert li ssib postok ma‘ xi tim. Wara l-laqgha ntellghu rigal sabih. EKU BIBBLIKU FI ZMIENNA [Il-Mulej
jghid:] “Arani,
sa nahlaq smewwiet godda u art gdida; l-imghoddi
ma jiftakarx izjed u
ma jigix aktar fil-mohh. Imma
jifirhu u jithennew ghal dejjem minhabba
f’dak li Jien se nahlaq.” {Isaija
65: 17–18} L-iskultur
taljan Donatello ma
accettax blokka rham ghax
kienet difettuza. Meta
tawha lil Michelangelo accettaha
mill-ewwel. Hares
’il hemm mid-difett lejn
xi haga sabiha Marbuta go fiha. Eventwalment
skolpixxa lil David. Meqjus
bhala wiehed mill-aqwa
kapulavuri ta’ l-Arti ta’
kull zmien. Alla
ghamel xi haga hekk mad-dinja
u d-dnubiet taghna. Alla
hares ’il hemm mid-difetti taghna u
ra xi haga sabiha fina. Alla
qed jerga’ johloq kollox fuq
xbieha ta’ ibnu Gesù. Kemm
jien konvint li Alla ghandu
pjan ghalija u lest li jaghmilni f’xi
haga sabiha bla ebda difett? Meta
l-qxur tad-dnub jaqghu minn ghajnejna
- nibdew
naraw id-dinja tleqq. JOHN
MICHAEL TALBOTT Dr Michael Galea PhD jaghtina
l-ewwel parti tat-tmien artiklu minn sensiela ta’ psikologija
applikata: 8.
L-Ansjetà (L-ewwel
Parti) Qatt
smajt lil xi hadd jghid
kemm hu anzjuz? Ghal xiex ikun qed jirreferi? Bazikament, l-ansjetà
hi biza’
ezistenzjali. Biza’
li xi darba, jien mhux se nezisti iktar. Biza’
li se mmut. Biza’
li hajti tintemm fix-xejn, minkejja l-holm kollu tieghi.
Ghalkemm
l-ansjetà
hi parti integrali
fis-sahha mentali tal-bniedem, hemm ukoll ansjetà
li
tista’ tkun perikoluza u li tohloq problemi fil-hajja ta’ kuljum. Sintomi
ta’ din il-kundizzjoni huma meta inti tkun dejjem alert, tkabbar spiss
ir-reazzjoni tieghek ghal affarijiet zghar, sens kbir ta’ ghejja u
nuqqas ta’ sahha quddiem kull intopp (sew jekk reali u kemm jekk immaginarju),
tibdil radikali fil-burdati (minn tama ghal disperazzjoni). Barra dan,
wiehed jista’ facilment ihoss sintomi fizici, bhal tensjoni
fil-muskolatura, halq niexef, gharaq, zieda fit-tahbit tal-qalb, qisek
ghandek ghoqda fl-istonku, thossok fizikament imhawwad, ecc. Minn
xiex tigi l-ansjetà?
L-ansjetà
tista’ tinholoq minn diversi cirkustanzi, bhal: ezamijiet,
appuntamenti medici (immaginak qed tistenna ghand id-dentist!), konflitt
u/jew separazzjoni fiz-zwieg, problemi sesswali, infertilità,
possibilità
ta’ adozzjoni ta’ tarbija, tqala u tarbija gdida, xjuhija, mard,
trawma fit-tfulija, xoghol gdid, laqghat ma’ nies importanti, interviews,
driving test,
incident tat-traffiku, ahbar hazina, relazzjonijiet (ma’ partner,
genituri, ulied, haddiema tax-xoghol, stranieri, bidu jew tmiem
relazzjoni, ecc.). L-ansjeta’ tista’ tohrog f’diversi forom. Per ezempju, nitkellmu minn panic attacks jew attakk nervuz. Dan isehh meta thoss l-art iddur bik, forsi kulhadd ihares lejk, thoss l-gharaq ixoqq ghalik, ghejja tremenda, mejt, shana kbira. Attakki simili jistghu jwaqqfuk milli tghix hajtek b’mod normali. Hemm imbaghad il-phobias. Il-Fobji huma biza’ estrem u bla sens, spiss gej minn oggetti specifici (djuq, wirdien, sriep, gholi, ecc.). Fobja socjali hija biza’ li tidher fil-pubbliku (tiekol, titkellem, ecc.). Nies li jbatu minn agoraphobia jibzghu johorgu barra minn darhom, ghax jibzghu li jinqabdu f’massa nies u ma jkunux jistghu jaharbu. Nies tali spiss jispiccaw vittmi f’darhom stess, f’hajja verament limitata u ta’ tbatija. Hemm imbaghad kundizzjonijiet ta’ ossessjoni. L-obsessive compulsive disorder, jew kif maghrufa l-OCD, hi kundizzjoni fejn persuna tghaddi minn purgatorju shih ta’ hafna hsibijiet difficli ta’ ossessjoni, b’hafna ritwali ripetuti sabiex tissodisfahom. Hekk per ezempju, frott xi ansjetà mohbija, persuna tista’ thoss u temmen li hi mahmuga u sabiex tindaf verament, tiffissa li trid tinhasel ghal siegha bl-ezatt kuljum. Minuta inqas tista’ twassal lill-persuna terga’ tibda dan ir-ritwal, sabiex verament tistrieh u tissodisfa din l-osssessjoni. L-OCD tista’ tizvolgi f’kundizzjoni perikoluza fejn il-funzjoni normali tal-persuna jista’ jigi arrestat b’mod totali. Persuni tali spiss ikollhom bzonn kura professjonali fl-isptar. Kundizzjoni simili hi dik tal-iskruplozità, qisha l-verzjoni religjuza tal-OCD. Issib per ezempju persuna skrupluza li temmen li trid tqerr kuljum, inkella ma thossx li tista’ titqarben jew tkun denja tal-grazzja divina. (...ikompli) |