
| + L-Iben
t'Alla sar Bniedem
Dicembru 2000 - Harga Nru 412
Fuq wiccu kien jidher gharaq shun u t-tikmix kien jixhed it-tbatija izda Bill baqa' jigri ...anke meta kien cert li l-atleti l-ohra ilhom li waslu. U fl-ahhar wasal ...saghtejn u ghoxrin minuta wara li kien telaq. Hafna mill-atleti l-ohra kienu gà hadu shower u biddlu. Imma mhux kulhadd kien telaq. Uhud baqghu jistennew lil Bill u ferhulu bil-qalb ghal kuragg tieghu. U fost dawk li baqghu hemm jistennewh kien hemm Bill Rodgers, l-atleta li kien rebah it-tigrija. Dan mar jghannqu u qallu: "Prosit tassew habib. Hawn hu l-medalja li ghadni kemm irbaht ghax iktar batejt int biex grejt din il-medda ta' sitt mili milli batejt jien biex irbahtha." U c-capcip ghal din l-ghotja kien jinstema' minn hafna metri boghod. Ghax il-generozità hi bhal-lingwa ta' l-imhabba. Jifhimha kulhadd. U meta tqis xi jfisser il-Milied nistghu nghidu li hu l-festa ta' generozità ...Alla jsir bniedem ghalina. DAWN XEGHLU XEMGHA FLOK SEHTU D-DLAMKienet esperjenza iebsa ghall-prigunieri tal-gwerra Amerikani. Il-Gappunizi ma kinux juru l-inqas sinjal ta' hniena. Ghal kull nuqqas, xbieghi kbar u mhux l-ewwel darba li prigunieri baqghu vittma ta' swat u torturi.
Kienu l-aghar xhur tal-gwerra fil-lvant.
L-allejati kienu bdew offensiva gdida bil-hsieb li jiksbu Darba wara jum ta' xoghol kienu qed jingabru l-pali u meta ghoddewhom sabu li kien hemm wahda nieqsa. Bilgri poggew il-prigunieri f'linja dritta u l-kmandant instema' jghajjat: "Min minnkom heba l-pala tieghu jaqbillu jmur issa stess u jgibha ghax inkella tbatu kollha kemm intom." Il-prigunieri bdew ihasu lejn xulxin. Kollha jistqarru li l-pala taghhom poggewha bhas-soltu fuq il-gozz li kien hemm quddiem il-kamra ta' l-ghodda. Il-kmandant tenna: "Ser naghtikom minuta ohra. Jekk il-pala ma tingiebx ma' l-ohrajn tmutu kollha!" Il-prigunieri twerwru. Kienu jafu li la darba qal it-theddida ma kienx ser jerga' lura minnha. Imma x'setghu jaghmlu? Iharsu lejn xulxin u donnhom jitolbu li l-hati jistqarr htijietu. U dlonk wiehed minnhom hareg fin-nofs: "Il-pala hadtha jien!" Il-kmandant resaq fuqu, tefghu ma' l-art u beda jaghtih bis-sieq fejn gie gie. "Mur u gibha!" "M'iniex lest li ngibha!" Bla ma hasibha l-kmandant hareg ir-revolver u spara ghall-prigunier. Shabu tbellhu. Ma setghux jifhmu x'kien ser jaghmel b'dik il-pala. Ma setghux jifhmu ghala kien tant stinat u ma marx u qallu fejn kien hbieha. Meta ftit wara ghoddew il-pali sabu li ma kienx hemm nieqsa. Sehibhom biex isalva lilhom kien ghazel is-sagrificcju ta' hajtu. "Imhabba ikbar minn din hadd ma ghandu li wiehed ihalli hajtu ghal hbiebu." Miet ghal shabu. Anke dawk li forsi ftit kien jinzlulu. Anke dawk li forsi bil-kemm kienu jsellmulu. Anke dawk li meta gie bzonnhom dawrulu harsithom. Min baqa' haj biex jghid l-istorja jsostni li l-atteggjamenet bejn il-prigunieri tbiddel bhal lejl minn nhar wara din il-grajja. Irnexxielu jixghel xemgha .... Dr Coronato Grech jiktbilna dwarXi artisti li hallewlna xoghlijiet dwar il-MiliedTINTORETTO
EL GRECO
'L-Adorazjoni tar-Raghajja’ li pittirha fil-1612 – 14 ftit qabel miet u li riedha ghall-kappella fejn kien ser jindifen, naraw li l-figuri huma kollha tawwalija, qishom spirti mgebbdin u kollha (l-angli fuq, ir-raghajja isfel u l-Madonna u San Guzepp fin-nofs) qishom f’estasi jaraw lil Gesù tarbija li huwa s-sors tad-dawl. (Din l-elongazzjoni tal-gisem tidher ukoll f’xi xoghlijiet ta’ Michelangelo, Tintoretto u Veronese, imma l-proporzjonijiet ma humiex daqs ta’ El Greco). Il-kuluri intensivi, kontrastanti u spiss qishom imzellga mbaghad ikompli johorgu s-sens estatiku, mistiku u ta’ staghgib. F’din il-pittura r-raghaj xih fuq quddiem jitqies bhala awtoritratt ta' El Greco. Din kienet drawwa komuni u devozzjonali ta’ l-artisti ta’ dak iz-zmien. (Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta' Jannar) FORSI JINTERESSAWK
Prezenza dejjem ahjar minn ... Martu kienet tmur il-knisja kull nhar ta' Hadd imma Ganni qatt ma kien jersaq 'l hemm. Darba fettillu jsaqsiha x'tiftakar mill-priedka u Marija kellha tammetti li ftit li xejn wehel f'mohhha minn dak li kien qal il-qassis: "Mela inti qisek bixkilla taht vit!" "Bixkilla taht vit aktarx li dejjem tkun iktar nadifa minn wahda li ilha snin ma tmiss ma' l-ilma." Tarbija li ghamlet differenza
Izda gieh hsieb. Qal lil martu biex turihom 'il binhom ta' ftit xhur. Bdew iberrqulu. Kienu ghadhom qatt ma raw tarbija ta' gilda bajda. Meta t-tarbija tbissmet huma tbissmu. Iz-zghir ma bezax minnhom. Warrbu l-lanez. U accettaw lill-missjunarju fosthom. Tarbija ghamlet id-differenza kollha. L-istess fil-ghar ta' Betlem. Il-bniedem qatt ma ra wicc Alla daqstant fil-qrib. Ragel ried ihaffer spiera imma kellu diffikultà fejn ser ipoggi l-hamrija u l-blat li jaqta'. Habibu tah parir. "Flok spiera wahda haffer tnejn u fit-tieni spiera poggi l-hamrija u l-blat ta' l-ewwel." Tabilhaq li hawn min ghandu intelligenza tixghel.
Mhux int biss Meta George Bush Sr kien President ta' l-Amerika, ghamel zjara f'dar tax-xjuh. Riedha tkun zjara informali hafna ...bla hafna ritratti u korrispondenti ta' gazzetti. U kif kien hemm beda jdur is-swali ...jitkellem ma' dak u ma' l-ohra. Waqaf fejn wiehed li kien wahdu fil-kuritur u kif kien ikellmu staqsieh: "Habib, taf min jien?" "Le, ma nafx. Imma tinkwetax. Hawn gew hawn hafna li jinsew min huma. Isma' minni mur staqsi lil xi nurse. Dik tfakkrek ibzax min int!" Grajja ta' warda
L-ewwel missjunarji fil-Messiku nebbtu t-tradizzjoni
li jittiehdu kwantitajiet kbar ta' ward fil-maxtura tal-Bambin. Kien
lejlet il-Milied u n-nies tar-rahal bdew sejrin lejn il-knisja kulhadd
mimli ward biex iqeghduhom quddiem il-maxtura. Tifla ta' familja fqira
ntasbet tibki f'genb tat-triq. U aktar ma jghaddu nies bil-ward l-ilfieq
aktar jizdied. Il-qassis, li nzerta ghaddej minn hemm, resaq lejha u
staqsieha ghalfejn f'jum ta' daqstant ferh hi kienet qed tibki. Bejn l-ilfieq
qaltlu li hi ma kellhiex flus biex tixtri l-ward ghal Gesù Bambin.
Qalilha biex tixxotta dmughha u t "Imma," kompliet, "din haxixa hazina. Jien irrid warda!" "Int igbor dik," komplielha. "L-ubbidjenza kollox." U skond il-leggenda, ic-ckejkna gabret il-pjanta u l-weraq ta' fuq beda jihmar b'dawl sabih hamrani. U meta qeghditha quddiem il-grotta kulhadd qabel li dik kienet l-isbah warda li zejnet knisja. Minn dakinhar, il-ponsjetta bdiet tigi meqjusa bhala l-warda tal-Milied. INKWADRI TA’ ISPIRAZZJONI GHALL-HAJJA TA’ KULJUMMa kienx ha gost. Ried jiehu hsieb iqassam l-ittri tal-Milied
jissortjahom pajjiz pajjiz u jigborhom f'pakketti. Din is-sena ma kellux aptit Milied. Il-problemi tad-dar kienu kbar. In-niket kien kotor. Izda kif kien qed jigbor il-pakkett - Father Christmas ghan-North Pole - deherlu li ra ktiba familjari. Dawwar l-ittra u ra l-indirizz kien tieghu ... ...302 Triq il-...... Iva kien tieghu u l-kalligrafija kienet ta' bintu c-ckejkna. Gietu l-kurzità. Fetah l-ittra u qara: "Ghaziz Father Christmas, Din is-sena ma qed nistenna xejn ghall-Milied. Charlie, hija c-ckejken, tela' l-genna xi gimghat ilu u din is-sena ggiblix rigali mieghek. Minflok, hdejn ic-cumnija, ser issib ir-rigali tieghu f'daqsxejn ta' curniena. Min jaf kif inhu l-genna minghajrhom! L-iktar dak iz-ziemel iz-zghir. Ma kienx jafdah minuta. Hudilna hsiebu u aghtih dak li ghandu bzonn. Jien u l-mummy ma nehtiegu xejn izda d-daddy ghadu ma waqafx jibki. Smajtu jghid lill-mummy li l-eternità biss issabbru. Jekk joghgbok giblu ftit minnha." L-ISBAH RIGAL TAL-MILIEDMhux l-oggett fih innifsu izda t-taghlima li hadtjirrakkonta Marvin Wolf
Jien ma kontx inwaddab il-gazzetta fejn giet giet. Kont inhalli l-basket fuq il-bankina u mmur inqieghed il-gazzetta f'post ghal kenn. Fix-xita jew is-silg kont naghmel gakketta qadima fuq il-gazzetti biex ma jixxarrbux. S'intendi r-ronda tieghi kienet tiehu hafna iktar hin minn dik ta' shabi izda ma kontx ninkwieta. B'dan il-mod kont qed insir naf il-girien taghna. Meta missieri gie lura mill-isptar zamm xoghol wiehed biss u beghna r-rota biex nakkwistaw xi haga tal-flus ...x'jimporta kont ghadni ma nafx insuqha!! Is-Sur Miceli qatt ma qalli xejn ghad li nahseb li kien jaf li ma kellix rota. Kien jikkummenta biss lil min ihalli xi klijent barra jew ixarrablu l-gazzetta. Fi tmien xhur zidt l-abbonati minn 36 ghal 59, hafna drabi ghaliex girien bdew jibaghtuni ghand ohrajn. Uhud kienu jwaqqfuni fit-triq u jghiduli nzidhom mal-lista. Kien jibqaghli penny ghal kull gazzetta mit-Tnejn sas-Sibt u hames centezmi nhar ta' Hadd. Kont nigbor l-abbonament kull nhar ta' Hamis u billi kwazi l-abbonati kollha kienu jhalluli bejn hamsa u ghaxar centezmi malajr bdejt indawwar tips kwazi daqskemm kien jaghtini s-Sur Miceli. Kont ferhan, ghaliex missieri kien ghadu ma jistax jahdem u kont naghti hafna minn dak li naqla' lil ommi. Kien il-Hamis filghaxija qabel il-Milied tal-1951 cempilt il-qanpiena ta' l-ewwel klijent tieghi. Kollox mixghul izda ma wegibx. Hadd. L-istess fil-familja ta' wara u ta' wara. Fi ftit hin kont habbatt lill-familji kollha, familja wahda biss kien ghad fadal ...u donnhom kienu qeghdin gewwa. Kont inkwetat. Kelli nhallas ghall-gazzetti nhar ta' Gimgha. U peress li daqt kien il-Milied qatt ma bsart li kienu ser ikunu kollha barra jixtru. U ghalhekk hadt ir-ruh meta smajt il-muzika u nies jitkellmu fid-dar tal-familja Gordon. Cempilt il-qanpiena. F'tebqa ta' ghajn infetah il-bieb berah u s-Sur Gordon dahhalni gewwa. Fis-salott tieghu kien hemm kwazi d-59 ruh li kienu abbonati ghandi. U f'nofs il-kamra rota ...gdida fjamanta. Kienet hamra u armata b'dinamo ghall-fanal u b'basket ikkulurit imdendel mal-manku. "Din ghalik," qaltli s-Sinjura Gordon. "Hallasnihielek ahna."
"Int l-ahjar tifel li qatt qassam il-gazzetti f'din it-triq. Ma kellniex gurnata wahda li fiha ma rcivejniex il-gazzetta nkella sibnieha mxarrba. Konna narawk, xita u xemx, shana u silg, iggorr dak il-basket bir-roti u twasslilna l-gazzetta. Hsibna li ghandek bzonn rota." Ma stajt inwiegeb xejn hlief: "Grazzi, grazzi." Meta wasalt id-dar ghoddejt iktar minn $100 f'tips - nixxiegha ta' flus li ghall-familja tieghi kienet waqghet mis-sema u ghamlitni l-eroj. Kien l-isbah Milied taghna. L-abbonati tieghi zgur li kienu cemplu lis-Sur Miceli ghaliex l-ghada filghodu sibtu jistennieni u qalli biex l-ghada mmur ghandu u jghallimni r-rota. Meta drajtha s-Sur Miceli tani ronda ohra ta' 42 abbonat. Iz-zewg rondi f'daqqa bdejt naghmilhom aktar malajr mill-ewwel wahda bil-basket tar-roti. Izda meta kienet tkun ix-xita xorta kont ninzel u nqieghed il-gazzetta ghall-kenn. U jekk bi zball il-gazzetta ma waqghetx fejn xtaqtha kont ninzel u npoggiha fejn xtaqha sidha. Meta spiccajt l-iskola dhalt fl-armata u r-rota wiritha Ted, hija z-zghir. Ma naf x'kien sar minnha izda l-abbonati kienu tawni ghotja ohra ...lezzjoni sabiha ta' kif ghandek tkun ferhan bl-iktar xoghol umli li taghmel. Forsi dan ta' l-ahhar kien l-isbah rigal li qatt ircivejt. |