+ L-Iben t'Alla sar Bniedem  

DICEMBRU 2001 - Nru 424


Kepler, l-astronomu famuz, ma tantx sab xorti fl-ewwel zwieg u ghalhekk kien deciz li ghat-tieni esperjenza jidhol ferm iktar ippreparat.  Ried li jaghmel ghazla ferm iktar bil-ghaqal.

Ghamel ghalhekk lista ta’ tfajliet li setghu jigu kkunsidrati u beda jikteb hdejn kull wahda l-kwalitajiet tajba u hziena.  Imbaghad ghadda din il-lista minn skrutinju rigoruz ghax ried li jaghzel it-tfajla li kellha l-iktar doni u l-inqas difetti.

Izda t-tieni zwieg ta’ Kepler kien fjask ikbar minn ta’ l-ewwel minkejja l-istudju u l-listi kollha li ghamel.  Tant li l-astronomu kellu jammetti li l-problema ma kienx fiha soluzzjoni.

Ghax Kepler kien nesa li anke hu kellu d-difetti tieghu u dawn qatt ma nizzilhom fuq listi.  Fela bi shih lil haddiehor imma hu ghadda lilu nnifsu bla ma qaghad ghall-ezami.

Tfakkarni fl-istorja ta’ dak li ried jikkonverti d-dinja u meta mar fejn ir-raheb tad-dezert biex dan jghidlu minn fejn ser jibda qallu:

            “Habib, ikkonverti lilek innifsek u fid-dinja jkun hawn midneb anqas!”

Facli nongru lill-ohrajn.  Id-difficli meta nigu biex nongru lilna nfusna.


WAQTIET LI JSIRU MUMENTI DEJJIEMA

Konna corma tfal

noghxew nintasbu hdejn ix-xwejjah

li issa kien jghodd mas-sebghin u izjed

u nisimghuh jirrakkonta

grajjiet il-gwerra

kif hu bhala suldat zaghzugh

ghadda minn elf praspura.

 

Xi drabi kont tarah jirtghod

jghidilna fuq glidiet

li fihom safa ferut

fejn il-mewt kienet kuljum imdendla ...

biza’ u kuragg imhallta.

 

U darba ma nafx kif u ghala

staqsejtu

“Imma minn tant grajjiet

li ghext fil-gwerra

liema kienet il-grajja

li baqghet l-iktar f’mohhok?”

U sakemm ix-xwejjah ha nifs fil-pipa

bdejt nahseb liema seta’ jaghzel

...forsi meta kien fit-trunciera

u bomba splodiet qrib

u qatlet tnejn minn shabu.

...Jew meta ntilef f’masgar

u flok lejn in-naha taghhom

beda jterraq lejn nahiet il-ghadu.

 

Waqqaft il-hsieb ghax ix-xwejjah kien ser jitkellem

“Tiskanta habib ckejken.

Izda l-aktar grajja li baqghet f’mohhi

kienet meta jien u mieghi tnax minn shabi

morna f’jiem il-Milied f’orfanatrofju.

Kellna naghmlu xi xoghol fil-bini.

Niftakar dawk il-hlejjaq ckejkna

jigru madwarna

jitolbuna l-helu

u ahna, li konna hsibna fihom,

naghtu lil kulhadd minn bwiet mimlija.

Il-harsa innocenti

u l-hajr ta’ dawn il-qlub ferhana

ghadha f’qalbi

tnissini l-kefrija

li taf tisqik il-gwerra.”

 

Waqaf hesrem

u rajtu jtella’ idu ma’ ghajnejh

biex jimsah demgha.

 

Meta int u jien b’xi mod

naghmlu hajjet haddiehor iktar hienja

l-hena li tkun zrajt

tixxettel ferm kotrana f’qalbek

u tibqa’ thennik ghal dejjem.


DR CORONATO GRECH M.D. jikteb

IL-MILIED FL-ARTI

MASACCIO:Artist li pitter l-Adorazzjoni tal-Magi kien it-Taljan Masaccio (1401 – 28).  Din il-pittura ghamilha fl-1426, sentejn qabel ma miet qasir il-ghomor, illum tinsab fl-Staatliche Museen f’Berlin il-Germanja.  F’dan ix-xoghol, li huwa parti minn xoghol ikbar li llum huma mifruda, hemm il-Bambin f’hogor il-Madonna li tinsab bilqieghda fuq speci ta’ tron, b’San Guzepp xih hdejha, il-baqra u l-hmara warajha u s-slaten Magi quddiemha.  Iz-zewg figuri prominenti wara l-Magi, lebsin ilbies kontemporanju, huma Giuliano di Ser Colino degli Scarsi, l-Ufficcjal legali li kkommissjona l-pittura u ibnu, waqt li l-pajsagg huwa probabli bbazat fuq il-kosta qrib Pisa.  Flok l-igmla tradizzjonali nsibu zwiemel b’sargijiet u attendenti medjevali.  Li jaghmel din l-istampa u xogholijiet ohra ta’ Masaccio importanti huwa li dan l-artist ghamel avvanzi nnovattivi kif jittratta d-dawl, l-anatomija u l-ispazju.  F’hafna affarijiet tista’ tghid li kompla fejn halla Giotto xi seklu qabel.  Barra minn hekk, ir-rapprezentazzjonijiet tieghu jolqtu hafna u realistici ghax jikkoncentra fuq id-drama tal-mument minghajr ma jipprova jwarrab l-attenzjoni jew jipprova jimpressjona b’hafna dekorazzjonijiet zejda.

Masaccio, li ismu proprju kien Tommaso de Giovanni di Simone Giudi, kien minn Firenze u fost hbieb artisti kellu l-arkitett Filippo Brunelleschi u l-iskultur Donatello.  Skond il-bijografiku Giorgio Vasari, Masaccio nghata dan l-isem jew laqam ghax kien daqsxejn traskurat fi hwejgu u fl-apparenza ghad li kien ta’ natural gentili.  Skond hafna li jafuh huwa kien bniedem serju, dejjem jahseb u habrieki.  Donnu kien jimpurtah biss mill-Arti u fil-fatt qatt ma zzewweg jew kellu tfal.  U meta tikkonsidra kemm wettaq
xoghlijiet f’hajja daqshekk qasira jidher li ma kellux hin ghall-ebda haga ohra.  F’certi xoghlijiet kien dahal f’kollaborazzjoni ma’ pittur iehor, Masolino de Pannicale.  Fis-Sajf tal-1428 huwa mar Ruma biex jghin lil Masolino imma wara ftit wara miet hesrem tant li kien hemm xnighat persistenti li kien gie vvelenat.  Fost ix-xoghlijiet kapolavuri religjuzi ohra li ghamel Masaccio nsibu ‘Il-Krucifissjoni’, ‘It-Tkeccija mill-Eden’ u ‘It-Tribut tal-Flus’.  Masaccio nghata t-titlu ta’ Fundatur tar-Rinaxximent ghax flimkien ma’ ohrajn (per ezempju Brunelleschi u Donatello) introduca l-umanizmu f’xoghlu billi pogga lill-bniedem fic-centru tax-xoghlijiet tieghu u ma halliehx mizerabbli u mwarrab f’univers teocentriku kif kien fl-Arti Medjevali.  Issejjah ukoll hekk ghax influwenza lil artisti ohrajn inkluz lil Da Vinci, Michelangelo, Raffaello u Botticelli.

VAN DER WEYDEN: Intant fost l-artisti famuzi li pittru l-Adorazzjoni tal-Magi nsibu lill-Fjamming Rogier van der Weyden (1399 – 1464) li kien l-ahjar u l-iktar pittur maghruf u nfluwenti ta’ Fjandra f’nofs is-seklu 15.  Ftit li xejn waslulna dettalji personali fuqu ghalkemm nafu li missieru kien landier u li tifel minn tieghu kien pittur.  Sfortunatament ukoll lanqas ma hemm pitturi ffirmati minnu u hafna mix-xoghlijiet tieghu nqerdu maz-zmien, imma dawk li jistghu jigu attribwiti lilu b’certezza ragjonevoli juru firxa ta’ suggetti u ta’ kapacitajiet li tista’ taghmel xi generalizazzjonijiet fuq il-vizjoni artistika tieghu.  Dawn juru li kien pittur b’kapacità kbira ghal kompozizzjoni, ghal kif jaqbad l-emozzjonijiet anke dawk sottili u kif johrog id-dinjità tal-karattri.  Jidher ukoll li kien osservatur kbir kif juru dettalji bhal rakkmu tal-hwejjehg jew il-vini tal-weraq jew petali.

L-Adorazzjoni tal-Magi ta’ dan l-artist, li llum qieghda fl-Alte Pinakotek ta’ Munich tissejjah it-trittiku ta’ Kolumba ghax ghamlet zmien fil-knisja ta’ Santa Kolumba f’Cologne u wkoll ghax hija wahda minn tlett pitturi imqassmin fuq tlett panewijiet, bl-Annunzjoni fuq ix-xellug, il-Prezentazzjoni fit-tempju fuq il-lemin u l-Adorazzjoni tal-Magi fin-nofs.

 (Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta’ Jannar)


FORSI JINTERESSAWK

Il-Milied ta’ ohtu

 L-omm giet mill-isptar wara li kienet welldet tarbija tifla u lit-tifel zghir taghha qaltlu:

            “Gie l-anglu u gabilna baby girl sabiha.  Ejja halli taraha!”

            “Mhux il-baby girl irrid nara ...irrid nara l-anglu.”


Bejn giri ...u saqajn qosra ta’ giddieb

L-atleti li hadu sehem fil-maratona ta’ St Louis li saret fl-1904 kienu l-bicca l-kbira Amerikani jew Griegi u kellhom joqoghdu ghal maratona kollha ghat-telgha u biex taghqad f’temp shun u ghabra, trab u duhhan li beda hiereg mill-karozzi li kien hemm jakkumpanjawhom.  Atleta Amerikan bl-isem ta’ Fred Lorz qabad ma’ karozza u accetta lift li qatghetu bicca sewwa mid-distanza.  Izda gara li l-karozza gratilha xi hsara u ghalhekk kellu jkompli t-triq bil-giri.  Hekk kif dahal fl-istadium gie milqugh minn ghajjat u capcip kbir u sahansitra kien lahaq accetta l-kuruna tar-rand qabel ma gie skwalifikat.  Ir-rebbieh il-veru Thomas Hicks kien kwazi  hassu hazin hekk kif ra lill-iehor jaqbzu.  Izda gie f’tieghu meta qalulu bl-istorja ta’ Lorz.  Ta’ dan l-agir Lorz gie sospiz ghal sena minn tigrijiet ta’ dik ix-xorta.  Izda kemmxejn isbah kienet il-grajja ta’ dak li kiseb ir-raba’ post.  Kien pustier Kuban jismu Felix Carvajal u kwazi tela’ fuq il-podju minkejja li ma bediex it-tigrija b’mod sodisfacenti u fit-triq kemm-il darba waqaf jitkellem ma’ dawk li kienu jsegwu t-tigrija!


Fejn jidhlu l-flus u l-Lhud ...

Il-Lhud huma maghrufa bhala nies li jhaddmu mohhhom hafna fejn jidhlu l-flus.  Lhudi mar f’bank u ried jissellef $50.  Tal-bank accettaw basta jkollu x’jaghmel tajjeb.  Il-Lhudi dlonk hareg karti u kotba tal-bank li kienu juru li ghandu ’l fuq minn 50,000 dollar.  Tal-bank skanta lejh u qallu:

            “Ma nistax nifhem kif bniedem bhalek ta’ tant flus trid tissellef $50?”

            “Biex nissellef $50 irrid inhallas $4 fis-sena interessi imma ser izzommli l-kotba tal-bank b’xejn.  Kieku kelli nghidlek biex izzommli l-kotba tal-bank kont tehodli, ta’ l-anqas, $20 fis-sena.”

Tal-bank dam hafna b’halqu miftuh.


Fejn jghammar Alla?

Meta r-Russu Gagarin tela’ fl-ispazju ftahar li ma ltaqax ma’ Alla.  Xi hadd qallu:

            “Habib, jekk ma rajtux fl-art anqas fl-ispazju ma tarah!”


L-estremi t-tnejn hziena

Kienu qed jixtru r-rigali tal-Milied.  Jigru mat-tfal taghhom minn xkaffa ghall-ohra u jippruvaw jersqu lejn il-counter biex imorru ’l barra.  It-tnejn spiccaw igergru mat-tfal:

            “Dawn ir-rigali kollha bil-kemm nistghu npogguhom fil-karozza u barra l-kartiera qaxqaxtuli l-credit card!”

U l-ohra tgerger mod iehor:

            “Iddur kemm iddur ma ssib xejn.  Kollox gholi nfern ...mhux bhal meta kont tfal jien ...joghgobni kollox izda bla sold fil-but.”


Tbissima ahjar minn tgergira

Jghidu li grat mijiet ta’ snin ilu fl-Amerika fost l-Indjani.  Indjan minnhom gab mera u malli harset lejha l-mara tghidx kemm bkiet.  Marret biha fejn ommha:

            “Zewgi qed jibdilni ma’ din it-tfajla...” qaltilha tolfoq waqt li tatha l-mera. 

Ommha qabditha, harset, fliet u assigurata:

             “Mela zewgek mignun biex jinnamra ma’ din ix-xiha kerha li hawn f’din il-hgiega!”


AMULETI

-         jew dak li l-bniedem holom li seta’ jehilsu mill-hazen

 

IR-ROTA

 Ghan-nies tal-qedem

ir-rota kienet tfisser

ic-ciklu bla tmiem tas-sema.

Ir-rota kienet tfisser l-univers;

ir-rota hi l-qawwa tax-xemx;

Ir-rota kienet dik

li permezz taghha

x-xemx taqsam is-sema kuljum.

Ic-centru ta’ l-istess rota

hi x-xemx u l-imghazel

huma r-raggi taghha.

Ir-Rumani sejhulha

‘Fortuna’ li kienet thares

l-istaguni u x-xorti tal-bniedem.

Illum sabet postha

fir-rota tax-xorti …

fuq  l-imwejjed tal-laghba.

 

Il-bniedem qatta’ zmienu

jigri wara s-seftur u mhux

wara l-imghallem.

X’sahha ghandha x-xemx

jekk ma hemmx Alla

li qed imexxi kollox?

L-effett qawwi tax-xemx u

l-importanza kbira taghha

ghall-hajja

sthajjel li seta’ jirtu

jekk fuqu jzomm

sinjal taghha.

Nesa li hu Alla

li jibghatha filghodu.

U l-hsieb fatalista

li dak li taghmel int

ftit jimporta.

Jghidu li x-xorti

tmexxi kollox.

Jinsew li kull min irnexxa

bata biex wasal fejn wasal.

U Alla li jiehu hsieb

il-gilju tal-wied

u l-ghasafar ta’ l-ajru

zgur mhux

ser jinsa lilna.


 

IR-RIGAL TAL-MILIED

Bobby beda jhoss il-ksieh idur fil-bitha tad-dar.  Kienet bdiet niezla l-borra u f’saqajh ma kellux zraben ...papocc hafif b’kemm-il toqba.  Zraben tqal ma kinux joghgbuh.  U anke li kieku ghogbuh ...ma kellux biex jixtrihom.  Kien ilu mas-siegha jdur u jaghqad jipprova johrog b’xi idea biex jixri rigal lil ommu.  Imma kien jaf li flus ma kellux.

Mindu missieru kien miet, xi tliet snin qabel, dejjem kienu gebbdu biex lahhqu ma’ l-ispejjez.  Ommu kienet tahdem l-iljieli fi sptar izda l-paga taghha kellha limitu kemm setghet tiggebbed.  Riedet titma hamest itfal.  Izda dak li l-familja ma kellhiex fi flus kienet tpatti fuq li tpatti b’imhabba u ghaqda familjari.  It-tliet hutu l-bniet kienu gà hasbu rigal ghal ommhom.  Kien lejlet il-Milied u hu ghadu idu f’idu.

B’demgha gGelben m’ghajnejh Bobby beda jimxi tul it-triq u jittawwal fil-vetrini.  Kollox kien gholi ]afna.  Li tkun orfni ta’ sitt snin, zmien li sewwa li jkollok ragel ma’ min titkellem ...kienet esperjenza iebsa.  Bobby beda jdur minn hanut ghal iehor ...xejn ...ridt bosta dollars biex takkwista xi haga.  F’qalbu beka li ser jisbah il-Milied u ma jkollu xejn x’jaghtiha lil ommu.  Izda hu u hiereg minn hanut ra xi haga tleqq ma’ genb ta’ bankina.  Tbaxxa u jsibha ‘dime’ ...10¢ Amerikana.

Ferhan, ferhan dahal f’hanut tal-ward.  Kemm kienet thobbhom il-ward ommu!!  Imqar kieku seta’ jixtri warda wahda ...ommu tifhem is-sentiment ...ikun bizzejjed.  Kellem lil sid il-hanut u qallu x’seta’ jixtri b’10¢.  “Int stenna ftit hawn u nara x’nista’ naghtik!”

Bobby seta’ jimmagina ghalfejn ommu u hutu l-bniet kienu joghxew iharsu lejn il-ward.  Izda ghalihom warda d-dar kienet lussu li ma kinux ilahhqu mieghu.  Il-bieb tal-hanut inghalaq ma’ l-ahhar parruccan u qalbu waqfet.  F’hanut vojt hassu jibza’.  F’hin minnhom sid il-hanut dahal wara l-bank.  F’idejh kellu 12-il rose l-gmiel taghhom ...b’zokk twil sabih, madwarhom ward irqiq abjad, ilkoll marbuta b’zigarella fiddenija.  Bobby skanta jhares lejn is-sid hu u jpoggi l-ward f’karta mlewna tar-rigali.

            “Dawn jiswew 10¢!” ...filwaqt li newwilhomlu.  Bobby hareg idejh u tah id-dime.  Imma din holma jew realtà?  Hadd qatt ma xtara daqstant ward sabih ghal 10¢!!  Is-sid induna li t-tifel qed jaraha stramba s-sitwazzjoni.  “Bhalissa dan il-ward qed inbieghhom 10¢ it-tuzzana.  Ghogbuk?”

Din id-darba Bobby ma qaghadx lura ghax induna li ma kinitx holma.  Malli qabad il-bieb ta’ barra biex johrog, is-sid ghajjat: “Il-Milied it-tajjeb, habib ckejken.”

X’hin, sid il-hanut dahal fil-kamra ta’ gewwa martu staqsietu ma’ min kien qed jitkellem u ghal min kien il-ward li qartas.  Hares ‘il barra mit-tieqa u b’ghajnejh jghumu fid-dmugh qalilha:

            “Xi haga mhux tas-soltu gratli llum.  Jien u niftah il-hanut dalghodu smajt bhal vuci go fiha li bdiet tinkoraggini biex inwarrab tuzzana mill-isbah ward li kelli ghal rigal specjali.  Ma nafx ghaliex ma stajtx nghid ‘le’.  Imbaghad ftit minuti ilu dahal dan it-tfajjel li xtaq jixtri xi ward ghal ommu.  Kulma kellu dime!  Malli harist lejn ghajnejh miksura rajt fihom lili nnifsi bosta u bosta snin ilu.  Jien ukoll kont tfajjel fqajjar li xtaqt naghti rigal lil ommi.  Ragel bid-daqna, li bqajt qatt ma sirt naf min hu, tani ghaxar dollars.  Malli rajt lil dak it-tfajjel fhimt ghalfejn smajt dak il-lehen.  Kont erfajtlu l-isbah tnax-il rose li kelli.”

Sid il-hanut tghannaq ma’ martu u ghad li baqghu hergin fit-temp xitwi ta’ New York, ma kinux qed ihossu l-ksieh ta’ barra.