|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Iz-ziju
kien ihobb jaghmilha li kapaci jaqra l-qalb meta jkollu quddiemu n-neputijiet.
Jghidilhom x’kielu dakinhar... fejn marru... x’qalu l-ghalliema
l-iskola. U kellu habta jaqta’.
Tant ghac-ckejknin iz-ziju kien qisu profeta.
Kienu jhobbuh u jiftahru bih ghax fil-Milied u fl-Istrina kif
jiftakar fihom u jahsbilhom ghal xi rigal sabih.
Kien il-birthday taz-ziju u bhas-soltu n-neputijiet kienu
gejjin bir-rigali taghhom. Malli
lemah lil Joe, iz-ziju qallu:
“Grazzi hafna tal-ktieb li gibtli.”
U Joe skanta ghax ma setax jifhem kif zijuh kien jaf li
fil-pakkett li kien ghadu f’idu kien hemm ktieb.
“U prosit Tony tal-flokk sabih li xtrajtli.
Kont ili hafna nixtieq flokk ghax-xitwa,” qal bid-dahka z-ziju
x’hin Tony xiref fil-kamra.
“U anke lilek nirringrazzja ghaziz Paul tax-xorb li
gibtli. Nahseb li whisky.”
“Ma qtajtx zi,” qallu Paul ferhan li hu biss kien
kapaci jgiblu xi haga bla ma jintebah x’inhi.
Iz-ziju qabad ir-rigal ta’ Paul u dlonk xarrab subghajh
fl-ilma li kien ga ra jnixxi mill-pakkett u laghaq sebghu.
“Mela mhux whisky... dan bilfors li hu jew gin jew...
brandy!”
“U le jahasra zi ...jien mhux xorb gibtlek... jien
gibtlek geru zghir!”
Ahna nidhku bin-neputijiet li kienu jahsbu li z-ziju jaqra
l-qalb u jaf il-passat u l-futur. Imma
forsi mhux hekk qed jaghmlu dawk fostna li jaqraw u jisimghu bl-attenzjoni
x’jghidu l-istilel taghhom! Qed
jaghtu lill-istilel dak li hu biss tal-Mulej.
PIT
STOPS 2
Tentufiet
li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja
Kien
zmien il-Milied. L-omm hadet lil
binha ta’ xi sitt snin idur il-hwienet biex tixtrilu r-rigal tal-Milied.
Dahlu ghand Gimbels u
fil-bieb kien hemm Santa Claus li staqsa lit-tifel:
“Xi trid ghall-Milied?”
“Bicycle bhal dik,”
qallu t-tifel waqt li wrieh dak li xtaq.
“Halli f’idejja,” u
talab lill-omm id-dettalji ta’ fejn joqoghdu.
Izda l-omm riedet iddur
izjed qabel ma taghmel l-ghazla taghha.
Dahlet ghand Macy u hemm ukoll kien Santa Claus fil-bieb:
“Xi trid ghall-Milied?”
“Bicycle,” rega’
wiegeb it-tifel u wrieh liema tip xtaq.
“Tweghedni li tkun tifel
tajjeb, ma tghid qatt ‘le’ u tobdi mill-ewwel?”
It-tifel dar lejn ommu:
“Ma imxi ghand Gimbels
ghax dak kien ser jaghtini l-bicycle minghajr ma noqghod naghmel
promises!”
Hafna bhac-ckejken
jixxennqu ghall-genna izda jixtiequ jakwistawha bla ma jahdmu ghaliha.
Malli ra lil wiehed qassis
diehel fit-trejn, passiggier qal:
“Min ikollu tifel iblah
imissu jhajru jsir qassis!”
“Dnub li missierek ma
kienx ta’ l-istess fehma!” wiegbu l-qassis.
Xiha
kellha zewg ulied. Wiehed
kien ibiegh l-umbrelel u l-iehor il-kpiepel.
U ghodu ghodu, kienet tittawwal mit-tieqa u jekk tinzerta gurnata
kerha kienet tokrob f’qalbha:
“Miskin ibni, b’dan
it-temp ma jbieghx kappell wiehed!”
U meta kienet tinzerta
gurnata sabiha, kienet tilmenta u tghid:
“Miskin ibni, b’dan
it-tempma jbieghx umbrella wahda!”
Sabha l-gharef tar-rahal
ghax sema’ bin-niket taghha u qalilha:
“Fil-maltemp ifrah li
ibnek ser ibiegh hafna umrellel u fil-granet sbieh ifrah ukoll ghax ibnek
l-iehor ser ibiegh hafna kpiepel!”
U x-xiha ghexet il-granet
li kien fadlilha ferhana kuljum. Kemm
jiswa l-atteggjament fil-hajja!
Fil-kuritur tal-kunvent
kien hemm il-kliem ALLA JARANA. Vizitatur
hass li ghandu jikkummenta fuq dan il-kliem mal-gwardjan:
“Possibli tridu bilfors
tiftakru l-hin kollu li Alla qieghed jarakom biex ma tidinbux!”
“Habib, dak il-kliem
mhux qieghed biex ma nidinbux imma biex il-hin kollu niftakru li Alla qed
jarana... u jkun pront jghinna meta nehtiguh.”
Ghax ghad jigi zmien
meta t-taghlim tajjeb ma jkunux jahmluh imma, skond ix-xewqat taghhom u
b’widnejhom jekluhom, jigimghu qabda mghallmin, u jdawru widnejhom
mis-sewwa biex iduru ghall-hrejjef.
SAN PAWL (2 Timotju 4,
3-4)
IL-MILIED
FL-ARTI (4)
jikteb DR CORONATO GRECH M.D.
LEONARDO da VINCI
Leonardo
da Vinci (1452 – 1519) huwa artist iehor li pitter ix-xena ta’
‘L-Adorazzjoni tal-Magi’. Anzi
l-kelma artist biss mhux bizzejjed ghax Leonardo kien il-genju suprem fl-ispirtu
shih tar-Rinaxximent. Huwa
ghadda hajtu b’kurzità intellettwali jistudja kulma jolqtu; u kwazi
kull haga kienet tolqtu. Studja
u nizzel noti dettaljati (kien jikteb mil-lemin ghax-xellug u ghalhekk
trid mera biex taqra n-noti tieghu) fuq il-pjanti, il-proporzjonijiet u l-movimenti
tal-gisem, l-anatomija tal-gisem – dirett minn fuq il-katavri nkluz
embriju – annimali, arkitettura (fosthom kanali, pontijiet u katidrali),
il-perspettiv, id-dawl, il-kuluri, il-pittura, l-astronomija, il-gografija,
il-fizika, l-astronomija, il-muzika u ruxxmata ta’ invenzjonijiet (xi
whud fit-teorija biss) bhal krejn idur, tank tal-gwerra, libsa ta’
bughaddas, paraxut u helikopter. Barra
dan huwa kien ukoll skultur ghalkemm ma waslilna xejn mill-istatwi tieghu
hlief xi abbozzi li ghamel u d-deskrizzjonijiet ta’ ohrajn.
Fil-pittura mbaghad, ix-xoghlijiet li waslulna ghalkemm huma
pjuttost ftit però dawn huma kapolavuri mizmuma u apprezzati fl-aqwa
muzewijiet u knejjes. Fost
dawn insibu ‘L-Ahhar Cena’ f’Milan, il-‘Mona Lisa’ fil-Louvre,
Parigi u ‘Il-Vergni tal-Blat’ fin-National Gallery ta’ Londra.
‘L-Adorazzjoni tal-Magi’
ta’ Leonardo tinsab fil-Gallerija Uffizi ta’ Firenze u kien bdieha
fil-1481; fil-fatt qatt ma spiccaha ghal kollox.
U meta tqis kemm kellu progetti u studju ghaddej minn mohhu mhix
sorpriza anzi haga li tant kienet iddejjaq il-patruni tieghu kienet li
jdum hafna sakemm ilesti (jekk ilesti!) xi progett fdat f’idejh.
Intant, din il-pittura, li hija fost l-ewwel xoghlijiet tieghu,
fiha kompozizzjoni simetrika sottili bix-xena centrali f’forma ta’
triangolu ffurmat mill-Madonna u tnejn mis-slaten Magi bil-bqija
tal-figuri f’nofs cirku madwarhom.
Il-figuri, sa fejn jistghu jingharfu, huma kollha f’attenzjoni
fuq il-Bambin. Fl-isfond hemm
bini kontemporanju u xi abbozzi ta’ zwiemel jonfru, suggett li donnu
kien jaffaxxina lill-artist (u zviluppah fl-istatwa tieghu ta’ Francesco
Sforza li kienet inqerdet mis-suldati Francizi fl-1500).
Il-kuluri, sa fejn lahaq ghamilhom jew ghax tfew maz-zmien huma fl-isfar
u l-iswed. Bl-enfasi
umanitarja din il-pittura hija tipika tar-Rinaxximent.
Leonardo, li twieled fil-belt zghira ta’ Vinci qrib
Firenze, kien tifel illegittimu, li rabbieh missieru u meta rah kapaci
ghall-pittura harrgu ma’ l-aqwa artisti inkluz Verrocchio li meta ra
kemm hu tajjeb l-istudent tieghu ma regax qabad pinzell b’idu!
Skond Vasari wkoll Leonardo kien ragel sabih, dhuli u cajtier (sa
l-ahhar baqa’ dilettant tac-cajt prattiku) imma li kien ukoll ihobb
jghaddi hafna hin wahdu jistudja. Kien ukoll vegetarjan u qatt ma zzewweg.
Fl-ahhar noti li kiteb (kien ihobb jikteb hsibijietu f’noti u
artikli) u meta kien marid sewwa nsibu li hazzez ‘hekk kif il-gurnata
xoghol tajba ggib raqda kuntenta, hekk ukoll hajja xoghol tajba ggib mewta
kuntenta’. U ftit wara miet.
Jalla
l-paci li gabitilna t-tarbija ta’ Betlem tghammar f’darkom u
f’qalbkom tul dawn il-jiem u matul is-sena kollha.
Il-Bord Editorjali
FORSI JINTERESSAWK
Diskors celebri
Waqt l-ikla tal-Milied
f’gieh is-Sindku, dan gie mitlub jaghmel diskors qasir qabel jibdew
jieklu.
“Ghandi mhejji diskors
qasir u iehor twil. Liema
tridu?”
“Il-qasir!” qalulu.
Is-Sindku qam u qal:
“Grazzi.”
U nizel bilqieghda.
“Jekk inhu tant qasir
nixtiequ nisimghu t-twil!”
Is-Sindku rega’ qam u
qal:
“Grazzi hafna.”
U nizel u beda jiekol.
U kulhadd infaqa’ jidhak u kiel bil-qalb.
Parir ta’ bniedem
kbir
Qabel ma Abraham Lincoln
telaq lejn Washington biex jibda l-hidma tieghu bhala President kellu dan
xi jghid lin-nies li ngemghu biex isellmulu:
“Ser inhallikom...
itolbu ghalija ghax minghajr l-ghajnuna tieghU ma nistax nirnexxi...
bl-ghajnuna tieghu ma nistax infellaq.”
Jekk nies kbar bhal
Lincoln kellhom tant fidi fit-talb ghaliex int u jien xi darba nsibuha bi
kbira biex nuru minn barra twemminna fis-Salvatur li tweldilna
f‘Betlehem.
Zewg tallaba f’bieb il-belt
kienu jitkellmu ma’ xulxin:
“Kemm hu ghazzien dak
it-tallab li hemm faccata taghna!”
“Fejn taf?”
“Ilni nhares lejh
saghtejn u ma tharrikx minn postu!”
Kieku l-gemel jara hotobtu...
Il-kritika ...kif
tilqaghha!
Artist
hassu urtat bil-kritika li rcieva meta nkixef il-monument li ghamel.
Tant hassu ddisprat li ddecieda li jitlaq mill-belt u jmur iqatta’
jiem ma’ habibu, bidwi li kellu razzett kbir ’il boghod minn beltu.
Kien kwazi certi li ma jiskolpixxi l-ebda monument iehor f’beltu.
Meta l-bidwi sema’ bl-istorja ma qallu xejn. Hajru biex johrog mieghu ghall-mixja fl-ghelieqi bil-lejl.
U l-artist staqsa lill-bidwi ghaliex il-kelb kien il-hin kollu
jinbah.
“Hekk jaghmel meta
jidher qamar kwinta. Izda minkejja
l-inbieh, il-qamar jitla’ xorta wahda!”
“U jien hallejt l-inbieh
ta’ erba’ kritici jkissruli hajti!”
L-ghada filghodu l-artist
kien lura f’hanutu jahdem fuq monument iehor.
Sabih vs ikrah
Kien
l-istagun tal-Milied izda mhux kulhadd kien ferhan.
Ragel kien imperrec fuq pont lest li jaqbez ghal isfel. Lemhu pulizija li beda jkellmu bil-hewwa u qallu:
“Ghidli x’hemm idejqek
u jien nghidlek ghaliex m’ghandekx ittemm hajtek!”
Ir-ragel beda jilmenta
dwar dak kollu li jara, li jisma’, li jaqra u li jiltaqa’ mieghu
fil-hajja. U tant dam jirrakkonta
li l-pulizija resaq qribu, qabadlu idu u qallu:
“Naqbzu flimkien habib
ghax x’hin toqghod tqis kollox ma’ kollox ahjar nehilsu milli nibqghu
hawn.”
Hrafa... izda b’messagg
veru. Meta tikkoncentra zzejjed fuq
l-ikrah tal-hajja ssir pessimist u l-hajja tidher tqila wisq.
Min jitqarben kuljum
ikun qed jghix il-Milied kull jum.
AHBARIJIET TA’ INTERESS
IZZEWGU
Philip Farrugia ta’ Triq
Xandriku lil Sandra Attard (Santa Lucia);
Michelle Buttigieg ta’
Vjal l-Imnarja lil Patrick Camilleri (Zebbug);
Priscilla Hili ta’ Triq
ta’ Said lil Sandro Spiteri (Ghajnsielem);
Aldo Meilak ta’ Triq
Dahlet Qorrot lil Leeann Xuereb (Sannat).
Filwaqt li nixtiqulhom
futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb.
Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.
IL-LAQGHA TA’
NOVEMBRU
Kellemna s-Superjur Malti
Tonio Caruana u sfida l-hsieb taghna b’diversi mistoqsijiet.
Pogga quddiemna l-gideb li tipprova tbellghalna d-dinja.
Tghidilna li r-risposti jinsabu fix-Xjenza u mhux fil-Fidi.
Tipprezenta x-Xjenza bhala l-intelligenza u r-Religjon bhala
superstizzjoni. Irridu
noqoghdu attenti li ma nkunux ahna stess li naqghu u naccettaw dan l-izball.
Nilbsu domna b’sens ta’ fidi u mhux ghax ghandha xi qawwiet
magici li ser jehilsuna minn xi incident.
Jekk inharsu sewwa lejn l-ewwel kapitlu tal-Genesi nsibu li Alla
halaq lill-bniedem fuq xbieha tieghu ...jew kif qieghda ahjar fit-traduzzjoni
Ingliza in his image and likeness. Ahna
bnedmin, superjuri ghall-hlejjaq l-ohra ghax Alla qieghed go fina u
qieghed jistedinna biex nohorgu ’l barra minna nfusna.
Permezz tal-fidi nkunu kapaci naghmlu pass ’il quddiem.
Hu veru li x-Xjenza ghandna risposti ghal bosta problemi – matul
is-seklu ghoxrin saru passi ta’ ggant li rnexxielhom jeliminaw certu
mard li kien jaghmel herba minn popli shah – izda x’tghid lil dak li
rcieva rizultat ta’ test li wera li ghandu kancer terminali?
Trid tkun il-Fidi li f’waqtiet bhal dawn tohrog lill-bniedem
mill-biza’ u turih dawl gdid. Il-fidi
tghinna nghixu ta’ bnedmin kemm naghrfu li ahna mahluqa fuq xbieha u
xebh ta’ Alla
Wara l-laqgha ghamilna
league ta’ table soccer, billiards u table tennis u r-rebbiehna nghataw
medalja. Dawn kienu Joseph
Muscat – table soccer, Joseph Vella – billiards, Peter Paul Camilleri
– table tennis.
Hajr lil Robert Borg –
barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.
Tellajna kartiera – hajr lil Raymond Muscat ta’ New York – li
messet bix-xorti lil Clint Camilleri ta’ Triq il-Qala.
IL-LAQGHA
TA’ DICEMBRU – STEDINA
Ghal-laqgha
tal-Guvintur nhar is-Sibt 6 ta’ Dicembru 2003 fis-7.15p.m.
Ser
ikellimna Joe Portelli – socu tal-MUSEUM.
Ejja
u xi haga ta’ gid tiehu mieghek zgur.
Mela habib, nistennewk.
SNAPSHOTS
Stejjer
u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom
Arthur
Tonne jfakkar
nies
li ghexu fil-hames seklu.
Dawn
kienu patrijiet
maghrufa
bhala ‘dawk li ma jorqdux’.
Ragel
twajjeb bl-isem ta’ Alessandru
gabar
madwar 300 patri u qassamhom
f’sitt
gruppi.
Kull
grupp kellu l-hin tieghu
biex
joqghod ghassa
ghat-tieni
migja ta’ Gesù
l-gharus
u l-imhallef finali.
L-istorja
ta’ dawn li ma jorqdux
ggaghalni
nahseb
li
kieku Gesù kellu jigi ghaxar minuti ohra
lili
jsibni lest?
Dan
ix-xahar niccelebraw il-festa
tat-twelid
ta’Gesù -
grajja
ta’ elfejn sena ilu ...u aktar.
Jien
x’qed naghmel biex il-Milied tieghu
jsir
kuljum f’qalbi
permezz
tat-tqarbin?
Jew
forsi jien wiehed minn dawk
li
niggosta l-istatwetti tat-tarbija ta’ Betlem
filwaqt
li ninsa li l-veru
jinsab
fl-Ewkaristija li nircievu
u
f’hutna li ghandhom bzonn l-ghajnuna taghna?
Il-Milied
ma ghandux ikun festa tal-25 ta’ Dicembru biss
izda ta’ kull jum matul is-sena.
IL-MILIED
TA’ PULIZIJA
Kienu
ghadhom kemm daqqew il-11.00p.m. meta daqq alarm.
Kienu dahlu f’department store tal-qrib.
Sam, il-pulizija beda jtella’ u jnizzel jekk ghandux jirrispondi.
Jekk imur fuq il-post u jsib li tassew serqu jkollu jdum sighat
shah jimla karti kontra karti. Siegha kulma kien fadallu ghax-shift ta’ lejlet il-Milied u
kien ghad irid jixtri r-rigali lill-mara u t-tfal... is-soltu kien ihalli
ghall-ahhar! Izda telaq lejn
id-department store. Hass id-dmir
isejjahlu.
Meta wasal sab li l-bini
kien mitfi u kollox kwiet. U kif
kien qed idur mal-bini jara li bieb kbir in-naha ta’ wara deher sgassat.
Cempel lil shabu ghal rinforz u hareg mis-shana tal-karozza biex
jinvestiga. Ra par saqajn stampati
fis-silg frisk. Kienu jaghtu ’l
gewwa biss. Xeghel it-torc u
bl-id l-ohra hareg ir-revolver. Ixxarrab bl-gharaq meta ftakar fil-grajja
ta’ ghaxar snin qabel.
Kienu ghajtulu ghal serqa
f’hanut tax-xorb. Jiftakar
biss li dawl ghamieh u sema’ hoss ta’ tir.
Kien intlaqat izda hu minn naha tieghu spara lejn id-dawl u qatel
lill-halliel. Ghad li ghaddew
ghaxar snin il-kustilji kien ghadu jhosshom jugghuh.
Beza’ li l-istorja ser terga’ tirrepeti ruhha.
Ghajnejh bdew joqoghdu
ghad-dlam ta’ gewwa. Min
jaf kemm-il darba kien dahal. Mhux
l-ewwel darba li dan il-hanut kien insteraq.
Ftakar fejn kien is-circuit breaker tad-dawl biex jitfi l-alarm. Xeghel is-swicc u mill-bieb mnejn kien dahal ra figura ta’
xi hadd tahrab ’il barra. Ghalxejn
gera ghax ma lahqux. Fil-pront
waslu shabu. Hadd ma ra xejn.
Izda Sam kien determinat li jimxi mal-passi li issa kienu jaghtu
’l barra. “Ha ndur ftit
hawn barra,” qal lil shabu u hareg wara l-passi. Ma damx jimxi wisq ghax il-passi dahlu f’dar block u nofs
’il boghod. ‘Qbadtek!’
qal f’qalbu Sam hu u tiela’ z-zewg turgien tad-dar fqira.
Sema’ lehen ta’ tfajjel imbikki u mara msahhna tghajjat mieghu.
Habbat u wara ftit fethulu... mara, mezz’eta u warajha tifel ta’
xi tnax-il sena mbikki.
Sam seta’ josserva
garbage bag sewda u minnha hiereg coat tal-mink.
Id-dar dehret fqira bi ftit li xejn ghamara. Osserva li l-forn tal-kcina kien miftuh berah bil-burners
jaghtu ...l-uniku mezz ta’ shana fid-dar.
Fid-dar kien hemm ukoll tlett ibniet zghar.
“Ghandi kull dritt nahseb li ibnek dahal f’Sears ta’ 110th
Street u seraq dak li hemm f’dik il-garbage bag!”
Il-mara ssummat.
It-tifel beda jibki. It-tlett
ibniet ma dehrux iktar.
“Ridt ingib xi rigali
lil ommi u lil huti. Kulhad
jircievi rigal u l-hwienet il-kbar mhux ser ifallu x’hin tisirqilhom xi
haga.”
“Jiddispjacini imma ser
ikollok tigi mieghi!” qallu Sam.
“Ma’ min ser
inhallihom iz-zghar l-ohra?” qalet l-omm.
“Nghid lil tas-Social
Services jiehdu hsiebhom huma!”
Harsa tal-biza’ waqghet
fuq l-omm.
‘Dak ghaliex ma ghandux
missier fuq min isawwar il-karattru!”
“Mela fejn hu missieru?”
u hekk kif lissinha Sam iddispjacih ghax milli jidher kienu wehidhom.
Ma kinitx affari tieghu.
“Missieru nqatel meta
mar jisraq minn hanut tax-xorb... bhal-lum ghaxar snin ilu!”
Li kieku Sam intlaqat minn
stanga ma kienx jistalla hekk. Mela
dak kien li sparalu ghax snin qabel! Dejjem haseb fih bhala xi hadd sbandut – qatt ma ftakar fih
bhala missier ta’ familja.
Sam dahhal il-manetti
f’posthom, qabad il-garbage bag u fela x’kien hemm fiha ...coat tal-mink
u pupi. Rigali ghal hutu u
ghal ommu u ghalih... xejn.
“Ara x’ser nghidlek!
Ghal lum ser nahfirlhielek. Ha
niehu dawn mieghi lura l-hanut izda jekk terga’ tisraq xi haga, tpatti
ta’ kollox!” Dahhal idu
fil-but – hareg karta ta’ $50 u taha lil omm.
“Dawn biex thallas l-ikla tal-Milied ghall-familja tieghek.
Hu hsiebhom. Hasra li tfal
bhal dawn jaghtuha ghas-serq. Merry
Christmas!” U hareg ’il
barra bla ma lisser kelma ohra.
“Ma, mela l-Father
Christmas mhux l-ahmar ikun liebes?” staqsew innocentament it-tfal
iz-zghar lil ommhom.
Sam tbissem f’qalbu u
hassu li b’dawk il-$50 kien ta l-isbah rigal li qatt seta’ joffri.
|