|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Certi
rakkonti li jghidulna l-missjunarji jghaggbuk. Juru s-sincerità tan-nies tat-tribù li ahna nsejhulhom slavagg
imma f'qalbhom kultant ikun hemm imhabba u rispett li rari tiltaqa'
maghhom fil-hajja ta' kuljum.
U
wiehed minn dawn ir-rakkonti jghid li darba missjunarju mar izur tribù u
sab li dawn ma kellhomx numri fis-sistema ta' hajja taghhom.
Ma kinux jafu jghoddu u l-missjunarju hassu jinfixel.
Kif jista' jkun li tghix bla numri. U dlonk staqsa lil wiehed
minnhom:
"Rajtek
tmexxi merhla mdaqqsa ta' nghag u baqar. Ghidli kif tkun taf jekk ikollok xi wahda minnhom
nieqsa."
"Nintebah
mill-ewwel ghax wicc li s-soltu narah kuljum ma narahx u dlonk nitlaq
infittex biex ingib lil min ikun intilef."
Jolqtok
ir-rakkont ghax ghall-bidwi tat-tribù ma kienx hemm ghoxrin naghga jew
hames baqriet. Kien hemm ucuh
li hu kien jafhom sew. Kien
sar ihobbhom. Kienu qishom
membri tal-familja tieghu.
Hekk
jafna Alla lilna. Jafna b'isimna. Jafna
bit-tajjeb u l-hazin taghna. U
jhobbna xorta wahda. U tant
ihobbna li ma rahiex bi kbira li jitwieled fil-faqar biex lilna jehlisna
minn jasar id-dnub.
Ghal
min ma jemminx dawn huma kollha bluhat. Ghal min jemmen din hija l-garanzija li sserhilna rasna u
tghallimna nghixu b'hena gewwien, certi li Alla taghna jafna bhalma l-bidwi
kien jaf il-merhla tieghu... bhalma missier jaf lil uliedu.
Ghalhekk
ghandna ghax nifirhu fil-Milied. Ghax
ghat-tarbija ta' Betlem ma ahniex numri imma hbieb.
MID-DJARJU
TA' DR A J CRONIN
Meta
ddecidejt li ndahhal 'l Alla f'hajti, rajt bidla tremenda fija. Il-vojt li kont inhoss intela'.
Mhux ghax sirt qaddis jew ghaddejt minn xi esperjenza mistika. Bqajt ir-ragel ta' dari imma issa kont ghamilt f'mohhi li
naghti lill-Mulej dak li kellu dritt ghalih.
Fejn
qabel kont immur quddiesa l-Hadd bi drawwa issa bdejt immur bil-qalb. Anzi
nistennieha. U noqghod attent ghal kliem u ghac-cermonji. Bdejt insib iktar hin ghal marti u ghal
uliedi. Nilghab u nigri maghhom. Qtajt
hafna mill-impenji li kont drajt bihom. L-ikliet barra u t-tahdidiet letterarji hallejthom ghal haddiehor.
Imbaghad
fis-sajf iddecidejna li niehdu vaganza flimkien. Il-familja kollha. Spiccajna
fl-Italja, fil-belt ta' Verona. Kienu snin ta' wara l-gwerra u kien ghad hemm hafna herba. Izda kien hemm ukoll hafna
ottimizmu. Fil-pjazza tal-belt kien hemm zewgt itfal – ahwa jbieghu
l-frott... wiehed tat-tnax u l-iehor ta' tlettax-il sena. Il-kbir kien jismu Nicola u huh Jacopo.
Xrajna
bixkilla frott u tghidx kemm hadu gost li kienu bieghuh tant malajr. Ergajna rajniehom filghaxija jbieghu l-gazzetti u jibblakkaw
iz-zraben tat-turisti. Ingbidt
lejhom u xtaqt inkellimhom. Kienu
veru dhulin u lilna tghidx kemm ghenuna biex sibna l-ahjar ristoranti u
ndikawlna l-isbah postijiet ta' belthom. Hassejtni obbligat lejhom u meta sirt naf li kull nhar ta'
Hadd kienu jmorru jinvistaw lil xi hadd li kien joqghod 30 kilometru
boghod hassejt li ghandi noffrilhom rikba fil-karozza tieghi. Accettaw bil-qalb.
Il-Hadd
wassalthom f'rahal ftit 'il barra minn Verona. U skantajt meta rajthom dehlin f'villa
kbira. Il-kurzità tieghi ta' kittieb dahhlitni warajhom. Intbaht li dik il-villa kienet qed isservi ta'
sptar. Qaluli li dawk l-ahwa kienu jigu kull nhar ta' Hadd hdejn ohthom
li kienet marida. Bix-xoghol
taghhom kienu qed ihallsulha ghall-kura li kienet tehtieg. Ghalhekk ghalkemm kienu jaqilghuha tajjeb kienu dejjem bi hwejjeg
qodma u mkaghbra. Ghax
il-qliegh ta' hidmiethom kien qed imur favur ohthom.
Rajthom hdejn soddtha u dehru ferhana. Gabulha ikel u anke bukkett
fjuri. Kienu xena ta' hena smewwija.
Ma
hallejthomx jarawni. Meta gew
lura wassalthom f'Verona bla ma qaghadt insaqsihom dwar ohthom. Hassejt li din taghhom kienet xi haga privata u ma kellix dritt
nindahal. Imma qabel spiccat
il-vaganza hadt hsieb li nwassal cekk bi ftit flus sewwa lil dak l-isptar
biex inhallas ghall-kura ta' din it-tfajla. Biex hekk hajjet l-ahwa ma tibqax daqstant iebsa ghal-gimghat
li kien fadal biex ohthom tohrog mill-isptar.
Hassejtni
ferhan ser intir. Kont sibt
il-formola magika tal-ferh. Fil-qosor
kienet tghid: ‘Tinsiex lil Alla u ftakar fil-bzonnijiet ta' hutek
il-bnedmin.'
Iktar
hu ta' ferh li taghti milli li tircievi.
IL-MILIED
FL-ARTI
(il-hames sensiela)
jikteb Dr Coronato Grech M.D.
ALBRECHT
DÜRER
Dan
l-artist Germaniz pitter l-Adorazzjoni tal-Magi, li llum tinsab
fil-gallerija Uffizi ta' Firenze, fis-sena 1504 f'nofs hajja mimlija
attività artistika. Albrecht
Dürer (1471 – 1528) kien bniedem ta' hafna talenti kif kien jaf sew
hu stess... ghax ma kienx fost l-iktar nies umli.
Fil-fatt
minn sensiela ta' pitturi-xbihat tieghu nnifsu li ghamel bejn it-tlettax
u l-erbghin sena ghadu jhares lejna b'harsa wieqfa u kwazi arroganti,
qisu jrid jghidilna kemm huwa bniedem sabih u kemm huwa artist kapaci.
Huwa hallielna wkoll hsibijietu fi djarju dwar il-vjaggi tieghu
madwar ic-centri artistici Ewropej kif ukoll f'sensiela ta' ittri
personali. Dan barra li ghamel studju fl-istorja tal-familja tieghu, xi
haga li kien bdieha missieru. Ghalhekk
l-istorici jafu aktar fuq dan l-artist minn kull artist iehor tan-Nord ta'
zmienu. Wiehed minn
tmintax-il wild, huwa studja l-Arti minn kmieni u uza kemm zebgha taz-zejt
kif ukoll zebgha ta' l-ilma b'effetti sbieh hafna.
Kien ipitter kulma jara: xeni ta' pajsagg, annimali, pjanti, nies
u suggetti religjuzi u mitologici.
Fost
il-hbieb famuzi kellu lil Erasmu, Melanchton u Federiku l-Gharef.
Fost l-isbah xoghlijiet tieghu nsibu ‘Il-Festa tal-Girlandi u tal-Ward',
‘Liebru', ‘Idejn' u ‘L-Adorazzjoni tat-Trinità'. Dürer kien
ukoll incizitur tajjeb hafna tant li llum huwa iktar maghruf
ghall-incizjonijiet tieghu milli ghall-pittura.
Fost l-isbah minn dawn insibu ‘Melancolia' (ghamilha meta
mietet ommu, avveniment li tefghu fi krizi spiritwali u artistika),
‘Il-Kavallier u l-Mewt u x-Xitan'.
Barra minn dan Dürer kien ukoll skular u pubblikatur.
Fost il-kitba tieghu nsibu xoghlijiet fuq il-geometrija,
il-perspettiv u l-genju artistiku. Matul hajtu huwa dejjem kien preokkupat bil-fatt li
f'pajjizu l-artisti ma kinux stmati waqt li fl-Italja, pajjiz li tant
kien jammira, dawn kienu daqstant rispettati.
Fl-Italja kien iltaqa' ma' hafna artisti u umanisti li l-kurzità
xjentifika u l-hsieb hieles taghhom tant ghogbuh.
Dürer li kien bniedem religjuz izzewweg zwieg ta' konvenjenza. Jinghad li martu kienet gemgiema, gellieda u xhiha.
Li hu zgur hu li ma tantx hadha mieghu fil-vjaggi.
Ma kellhomx tfal.
Dürer
ghamel ‘L-Adorazzjoni tal-Magi' ghal Federiku l-Gharef u turi tahlita
ta' influwenzi Taljani u Nordici. Il-precizjoni
tal-linji u t-tendenza ghad-dekorazzjoni huma karatteristici tat-Tramuntana
waqt li d-dwal u l-ambjent kwazi arkeologiku juri distinzjoni tan-Nofsinhar.
Sa anke hemm ziemel jonfor bhalma ghamel da Vinci fil-pittura
tieghu fuq l-istess suggett u li qieghda fl-istess muzew.
Is-Slaten Magi huma f'pozizzjoni tradizzjonali, bil-wiehed
bil-wieqfa li ghandu l-iktar ilbies ornamentali – probabli Dürer stess,
ta' l-inqas xaghru twil u mfelfel jixbah lil ta' l-artist.
Il-baqra u l-hmara jinsabu wara l-Madonna (ukoll f'poza u kulur
ta' lbies tradizzjonali), bil-baqra iktar kalma u stoika u l-hmara
tinhaq. San Guzepp ma jidher imkien.
FORSI JINTERESSAWK
Sab
x'qallu!
Kienet
l-ahhar gurnata ta' l-iskola u ghalliem libes ta' Father Christmas u
kien qed idur il-klassijiet. Dahal
f'wahda minnhom u dar fuq wiehed mis-subien imqarqcin li kien hemm u qallu:
"Issa
hu hsieb li tlestili tazza sherry, halli x'hin ingiblek ir-rigal inkun
nista' nixrobha!"
"Imma
int ser issuq ic-criev, biex tkompli tqassam ir-rigali?"
"Ma
tafx. Mhux dejjem hekk jaghmel il-Father Christmas!"
"Mela
f'dak il-kaz ma naghmillekx. Ghax
mhux sew li tixrob meta tkun ser issuq!"
Karità
mitlufa
Ragel
kien ghaddej bil-lejl min-naha mudlama ta' belt u sema' mara tghajjat
ghall-ghajjut. Intebah li
kienet waqghet fix-xmara. Imma
beza' jmur lura ghax qal:
"X'jghidu
n-nies meta jsiru jafu li ghent mara f'dawn in-nahiet f'dawn
il-hinijiet… Forsi ghamluha apposta biex jistaduni u 'l quddiem
iperrcuni… Min jaf kemm hawn nies li semghuha tghajjat.
Ghaliex ghandi nkun jien li nghinha? Dik aktarx taf tghum u trid tidhak xi wahda
bija."
L-ghada
filghodu kulhadd kien qed jitkellem dwar mara mgharrqa fix-xmara. Ir-ragel baqa' ghal ghomru kollu jiddispjacih.
Meta
twettaq att ta' karità ma jiddispjacik qatt!
Bejn
il-veru u l-kopja
Is-sala
kienet imzejna b'sigra tal-Milied kwazi thokk mas-saqaf gholi.
It-tifel ta' sentejn kien f'idejn ommu u nzertat hdejn is-sigra
meta t-tifel beda jaghti s-salt lil xi dekorazzjonijiet li kien hemm
imdendla. Izda hu donnu ried
jigbed oggett partikulari. Malli
afdatu ftit qala' tuffieha u pprova jikolha. Ghalxejn ipprova bi snienu ghax ma rnexxilhomx jinfdu
l-materjal leqqieni.
"Le,
qalbi," ippruvat tfehmu ommu. "It-tuffieh
tajbin ghall-ikel nixtruhom mis-supermarket. Dawk tas-sigar ma humiex
tajbin!"
Kulhadd
fl-istess dghajsa
Fuq
applikazzjoni ghall-università l-istudenti kienu mitlufa inizzlu dak li
fl-idea taghhom huma l-ahjar u l-aghar elementi fil-karattru taghhom. Wiehed mill-istudenti kiteb hekk:
Elementi
pozittivi: Kultant jien onest, altruwist, edukat, ubbidjenti, ferhan,
kuraggjuz, nadif.
Elementi
negattivi: Kultant jien m'iniex onest, altruwist, edukat, ubbidjenti,
kuraggjuz, nadif.
U jekk
ahna sincieri maghna nfusna jkollna nghidu kwazi l-istess. Ghax xi ftit jew wisq ahna lkoll inbatu bil-burdati...
illum angli
u ghada nintebhu li tlifna l-gwienah.
Dawn
il-festi oqghod attent...
Qtilt
eluf ta' nies ghad li f'idejja ma ngorrx armi.
Kissirt il-paci f'miljuni ta' familji ghad li ma nitkellimx
Bellaht ghorrief u dghajjift qawwija…
jisimni XORB ALKOHOLIKU
AHBARIJIET TA'
INTERESS
IL-LAQGHA
TA' NOVEMBRU
Kellemna
Mons Salv Borg, ex-arcipriet ta' San Gorg, u peress li konna fil-bidu
tax-xahar iddedikat lill-mejtin kellemna dwar il-purgatorju. Beda billi stedinna biex kull kelma tajba li nisimghu nkunu
kapaci nirrepetuha quddiem ohrajn u b'hekk noholqu cirku ta' gid
ghaliex il-kelma t-tajba tkun qed timmultiplika ruhha.
Fissrilna kif il-purgatorju huwa mibni fuq tliet imhabbiet: (a) dik
ta' Alla ghall-bniedem. Santu
Wistin kien jghid li Alla hu mignun fuq il-bniedem.
(b) l-imhabba tal-bniedem ghal Alla.
L-akbar sagrificcju li ghandha ruh fil-purgatorju hi li ma tkunx
tista' tgawdi lil Alla qabel titla' l-genna.
Izda minn naha l-ohra min ikun il-purgatorju ghandu garanzija li hu
ghall-genna. Mill-purgatorju
jibqa' biss triq wahda. (c)
l-imhabba taghna lejn l-erwieh gheziez taghna li jinsabu fil-purgatorju.
L-erwieh tal-purgatorju ma jistghu jaghmlu xejn biex jissagrifikaw
ghalihom stess. Huwa ahna li
rridu noffru talb u opri tajba ghalihom.
Nibqghu certi li ruh li ghenniha tippurifika fil-purgatorju
tpattilna meta tmur il-genna. Ghalhekk
ic-cimiterju ghandu jkun post ghaziz li niffrekwentawh b'mod specjali
f'dan ix-xahar partikulari. Tifel
li, flimkien ma' missieru dar ic-cimiterju kollu u qaghdu jaqraw dak li
nkiteb fuq dawk li kien hemm midfunin staqsa: "Pa, hawn fejn jidfnuhom
in-nies il-hziena. Kollha
tajbin minn dak li kitbu fuqhom!" Il-genna
ma mmorrux bil-kliem sabih li jistghu jiktbu fuq l-irhama li jaghmlu fuq
qabarna izda bil-merti li naghmlu matul hajjitna.
Importanti li niftakru f'dawk li marru qabilna u hekk anke ahna,
meta jasal tmiemna fuq din id-dinja, insibu min jahseb fina.
Nirringrazzjaw lil Mons Salv tal-laqgha sabiha li ghamlilna.
Hadna gost b'mod specjali ghaliex suggetti bhal dawn, ghad li
ghadhom attwali bhal dejjem, sfortunatament ftit nisimghu dwarhom.
In-numru sabih li attenda ghal-laqgha hadu gost b'din il-lezzjoni
interessanti.
Il-par
kanarini lizard li tellajna wara l-laqgha marru ghand Nathaniel Muscat ta'
Triq it-Tigrija. Hajr lil
Jeremy Vella li tahomlna u lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters,
tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.
IL-LAQGHA
TA' DICEMBRU
Ser
issir nhar is-Sibt 4 ta' Dicembru fis-7.15 u peress li nkunu digà
bdejna l-avvent l-laqgha ser tkun tikkonsisti f'feature varjat bhala
preparazzjoni ghall-Milied.
Mela
habib tinsiex. Nhar is-Sibt 4
ta' Dicembru fis-7.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.
Tkun preparazzjoni sabiha ghal din il-festa religjuza.
Jekk
ma ghandekx hin titlob int imhabbat iktar milli jridek tkun imhabbat
il-Mulej.
Jalla
l-paci li gabitilna t-tarbija ta' Betlem tghammar f'darkom u
f'qalbkom tul dawn il-jiem u matul is-sena kollha.
IL-BORD EDITORJALI
EKU
EVANGELIKU FI ZMIENNA
[Xi
Magi mil-Lvant waslu Betlem, ifittxu lir-re li twieled:]
"….raw it-tarbija ma' Marija, ommu
u nxtehtu wicchom fl-art u tawh qima;
imbaghad hargu t-tezori taghhom
u offrewlu rigali, deheb, incens u morr."
{Mt 2:11}
L-insara
tal-bidu qiesu r-rigali
bhala simbolici hafna.
Id-deheb hu r-re tal-metalli
u ghalhekk jissibolizza li
Kristu kien re.
L-incens
jintuza fir-ritwali religjuzi
u ghalhekk Kristu hu Alla.
Il-mirra jintuza fid-dfin,
u ghalhekk Gesù kien veru bniedem.
Li
kieku kelli naghti rigal lil Gesù
biex jissimbolizza dak li jfisser f'hajti
x'ikun dan ir-rigal?
X'qed
izommni milli nhalli lil Gesù
jkollu sehem akbar f'hajti?
Gesù
hu t-triq ghal min intilef
Hu l-hobz ghal min ghandu guh spiritwali
Hu spalla ghad-dghajjef
Hu kumpann ghal
min hu wahdu
Hu ragg ta'dawl ghal kulhadd.
BETLEHEM
jikteb Fr Pat Kelly s.m.a.
L-ewwel
darba li mort Betlehem kien fis-sena 2002 u mill-ewwel kissirt l-idea
romantika li kelli ta' din il-belt.
Ma kienx ir-rahal tal-presepju li kont nimmagina.
Minflok sibt rahal kbir, xejn atraenti mperrec fuq gholja, kollu
trab, hmieg u xejn ikkurat. Kellu
s-sinjali kollha ta' telqa sforzata frott is-sitwazzjoni politika xejn
sabiha. In-nies ma kinux
ferhana ...ma tantx kellhom ghalfejn.
Bi ftit pellegrini u turisiti hajjithom kienet difficli.
Betlehem tinsab fil-parti Palestinjana (ftit mili 'l boghod minn
Gerusalemm). Izda l-armata Israeljana tikkontrolla lil kulmin jidhol jew
johrog. Il-belt kienet sfat
attakkata jumejn qabel iz-zjara li ghamilt u t-tifrik kien ghadu frisk. F'din l-atmosfera ghamilt zjara lill-knisja tan-Natività
– knisja tar-raba' seklu. Frott
l-istorja mqallba taghha ma ghandhiex faccata sabiha ghad li hi
interessanti. Iktar qisha
faccata ta' mahzen milli ta' wahda mill-aktar knejjes importanti
mibnija fuq wiehed mill-aktar postijiet qaddisa.
Anke l-pjazza ta' quddiemha ma timpressjonakx.
U jghidu li ntefqu l-miljuni biex sebbhuha ghall-millennju!
Ma nistax nimmagina kif setghet kienet qabel!
L-assedju
tal-knisja tan-Natività beda ftit gimghat wara li mort.
Madwar 200 militant Palestinjan dahlu jistkennu fiha biex jaharbu
mill-armata Israeljana. Madwar 60 qassisin, patrijiet u sorijiet inqabdu fil-bini
maghhom. Il-Lhud dawru l-belt
ta' Betlem. L-assendju dam
38 jum u l-kundizzjonijiet fil-knisja – nuqqas ta' ikel, ilma u igjene
– marru mill-hazin ghall-aghar. Numru
ta' Palestinjani, fosthom dak li kien idoqq il-qniepen, spiccaw maqtula
u ohrajn feruti qabel ma sar il-ftehim li temm dan l-assedju. L-ahbarijiet internazzjonali tawh importanza kbira.
Jumejn
wara tmiem l-assedju mort ma' grupp ta' hbieb biex inqaddsu fil-knisja
Frangiskana ta' Santa Katerina li tigi biswit dik tan-Natività.
Il-Lhud waqqfuna u kellna nimxu l-ahhar 4 kilometri.
Jekk il-belt ma mpressjonatnix l-ewwel darba issa rajtha aghar. Bankini, sinjali tat-traffiku, ecc kienu mithuna
mit-tankijiet tal-gwerra Lhud. Zibel
mifrux ma' kullimkien. Marki
tal-bullets kienu xhieda ta' dak li gara.
Ma kienx Betlehem li kont stennejt!
Kulhadd
kien jaghti d-daqqa t'id tieghu biex inaddaf il-post, religjuzi,
reporters, krews tat-television ...kulhadd.
Inzilt fuq l-istilla tal-fidda li timmarka l-post fejn tweldilna s-Salvatur.
Sibt madwar 20 ruh jitolbu gharkobbtejhom.
Kien hemm silenzju u kalma smewwija.
Hemmhekk la kien hemm hmieg, la rwejjah u anqas storbju.
Ma kinitx tinhass il-qaghad imwieghra politika li tidher impossibli
li tissolva. Ma nhassitx
ir-rabja ta' poplu oppress ibati l-ingustizzji.
Ghal dawk il-ftit waqtiet hassejtni mkebbeb f'paci tremenda fejn
il-princep tal-paci, l-Iben ta' Alla, twieled.
Kien mument li jibqa' ghal dejjem ittimbrat f'qalbi.
Hsibt
fuq li hsibt fuq din l-esperjenza biex nipprova naghtiha sens.
Fil-qalba ta' tant glied, sibt oazi ta' paci – post fejn
thoss lil Alla. Laqtitni kemm
dan hu s-sens tal-Milied u l-inkarnazzjoni ta' Gesù.
Gesù
ma twelidx f'Betlehem tal-kartolini.
Dahal fit-tahwid tad-dinja biex jifdina u jaghti l-paci lil dawk
kollha li lesti jifthulu qalbhom. Il-paci
li jgibilna Gesù mhix nuqqas ta' glied u gwerer.
Hija paci li tezisti fost u minkejja dan it-tahwid kollu ghax mhix
paci li hi marbuta fuq ic-cirkustanzi ta' barra imma fil-fidi soda ta'
salvazzjoni. Hija rigal ta'
dawk kollha li lesti jimxu warajh.
Gesù
ma nehhiex it-tahwid... ghadu maghna... mhux biss fid-dinja in generali
imma f'kull wiehed minna. Imma
ghal dawk li jinteressahom ifittxu fihom infushom, kapaci jsibu grotta
zghira fil-fond ta' qalbhom fejn jistghu jgawdu t-toghma tal-genna...
post fejn jistghu jirtiraw kull x'hin iridu u jsibu lill-Hallieq taghhom.
"Xtiequ
s-sliem ghal Gerusalemm." (Salmi 122: 6)
"Il-Paci
tigi, ha tibda minni." (Tom Paxton)
|