
|
+L-Iben t'Alla sar Bniedem - Dicembru 2005 | Numru 472 L-EDITORJAL
Izda mhux kulhadd kien qed jigri biex forsi jiskansa l-mewt. Wahda sinjura Rumana ftakret li f'darha ghandha hafna deheb u djamanti. Kif setghet thallihom warajha! Dahlet id-dar u bdiet tilbes curkett wara curkett, ktajjen u gizirani. F'qalbha thoss zewg ilhna… il-wiehed iheggigha titlaq ghax il-foga tal-lava kien gà bdiet tinhass sew u l-iehor icanfarha li ser thalli warajha tant gid. U t-tieni lehen donnu kien iktar qawwi. U meta mijiet ta' snin wara saru l-iskavi hemm sabuha… imlibbsa d-dehbijiet u d-djamanti… tipprova tehles mil-lava… imma kien tard wisq. Nithassruha lil mara Rumana ghax bidlet is-shih mar-rih. Imma bla ma nintebhu forsi anke ahna nghaddu mill-istess esperjenza meta fil-hajja nsibu hin ghal kulhadd u ghal kollox barra ghal dak li jibqa' ghal dejjem. Kemm drabi…
...tlifna l-laqgha ta' l-ewwel Sibt; ESPERJENZI LI JSERVU TA' LEHHA DAWL GHAL MATUL IT-TRIQ
"Niftakar
kont ghadni zghira
Iddecidejt li ma nehdilhiex centezmi.
Wiccha ddawwal bi tbissima
"Ma ridtx li jmiss mieghu.
"Mort hdejn ix-xwejjah. "U
meta tahuli lura qalli: "Ghadda
z-zmien u ghadni niftakarhom
Jalla ahna wkoll f'dan il-Milied li riesaq U
iktar ma' dan ikun minsi u mwarrab IL-MILIED FL-ARTI (l-ahhar artiklu f'din is-sensiela) jikteb Dr CORONATO GRECH M.D. TIEPOLO
F'dan ix-xoghol, li originarjament kien ghall-Benedittini ta' Schwarzach u llum jinsab f'muzew fi Munich, tidher sew l-inklinazzjoni ta' Tiepolo li jpitter kostumi ezotici u voluminuzi. Impressjonanti huwa s-sultan bilwieqfa bit-turbant f'rasu waqt li l-figuri l-ohra huma kollha mgezza fuq xulxin b'attenzjoni kbira fuq Gesù Tarbija f'hogor il-Madonna zaghzugha u fuqhom donnu jipprotegi x-xena kollha hemm San Guzepp, ukoll mhux xih. L-ambjent huwa rustiku u mdallam u realistiku hafna, apparti miz-zewg angli ta' fuq li jnehhu n-naturalezza kollha ta' din il-pittura. U bi Tiepolo tinghalaq din is-sensiela fuq xi artisti u x-xoghlijiet taghhom konnessi mal-Milied. Naturalment hemm hafna pitturi ohra u xoghlijiet ohra konnessi mal-Milied imma huma dawk imsemmija li laqtu l-attenzjoni ta' l-awtur. Forsi xi hadd iehor b'gosti ohra jaghzel sett ta' artisti differenti. Fil-fatt dawk maghzula ghal dawn l-artikli huma kwazi kollha mill-istess era, dik tar-Rinaxximent, era li taffaxxina l-awtur. Kien hemm hafna artisti ohra minn dik l-epoka, kollha brillanti u kollha supremi, imma li, safejn jaf l-awtur, ma ghamlux xoghol konness mal-Milied, artisti bhal Michelangelo, Raffaello, Rembrandt, Caravaggio, Rubens u l-bqija. Intant, l-istorja tal-Milied ghadha sal-lum tispira lil mijiet ta' artisti li jpingu din ix-xena attraenti fuq kartolini, karti tat-tgezwir, tila, hgieg ecc. U dan probabli jibqa' sakemm tibqa' l-immaginazzjoni umana. FORSI JINTERESSAWK Titlob u taghmel li tista' Tifla zghira mbezzgha marret fejn missierha u qaltlu li hutha kienu ghamlu xi trabokki biex jaqbdu l-ghasafar.
"U int x'ghamilt?" Iz-zghira fehmet li Alla jghin lil min jghin ruhu. Gesù fil-proxxmu
Dr Norman Vincent
Peale, awtur imsemmi, jirrakkonta li darba, ftit qabel il-Milied, kien
ghaddej minn triq mimlija hwienet ibieghu hwejjeg u rigali tal-Milied, u
gie ragel fqir fuqu li b'insistenza u b'tustagni talbu xi flus… u beda
jigbdu minn idu biex jaghtih. Norman iddejjaq u mbuttah imma missieru
hadha mieghu… U jkompli Norman: "Ghajnejn ir-ragel harsu lejja bil-hniena. Nehha l-kappell u sellimli. Imbaghad qalli: 'Grazzi f'isem Gesù u l-Milied it-tajjeb.' Ghaddew ghexieren ta' snin u din il-grajja ghadha f'mohhi u tibqa' tferrahni ghal dejjem." Risposta f'waqtha Darba lil Fr Hayes kien hemm xi hadd li qallu: "Ghaliex il-Knisja Kattolika taghlaq l-isbah tfajliet fil-kunvent u ssakkarhom hemm biex ma johorgux?" Fr Hayes irrispondieh: "L-ewwelnett mhux it-tfajliet kollha tal-kunventi huma fost l-isbah fid-dinja u t-tieni dawk ma jsakkruhomx biex ma johorgux imma biex ma jhallux xi erba' bhalek jidhlu hemm gew!" Federiku l-Kbir baqa' maghruf kemm kien jaf jikkumplimenta lil hbiebu. Darba waqt ikla intebah li l-General Laudohn kien bilqieghda n-naha l-ohra tal-mejda u l-Imperatur dlonk ghajjatu u qallu: "Anqas waqt ikla ma nixtieqek thares f'wicci ahseb u ara fi glieda. Ejja hdejja u oqghod ma' genbi." Kienet recta tal-Milied u t-tfal kellhom jiffurmaw il-kelma CHRISTMAS fuq il-palk. Bi zball ic-ckejkna li kienet qed izzomm l-ittra M qalbitha u gabitha W. Minn CHRISTMAS il-kelma nqarat CHRISTWAS. U l-kap ta' l-iskola kienet ghaqlija bizzejjed biex turi lil migemgha li ftit ftit Kristu qed jitwarrab minn din il-festa li suppost tfakkar twelidu. Ahna ghandna responsabbiltà li npogguh fil-festa tieghu. Kull attività, tizjin, kartolini ghandhom iwasslu din l-ahbar ta' ferh.. AHBARIJIET TA' INTERESS IL-LAQGHA TA' NOVEMBRU Kellemna Dun Michael Said u peress li konna fil-bidu tax-xahar tradizzjonalment marbut mal-mejtin kellu zewg ghazliet ...ikellemna jew fuq il-mejtin inkejja l-hajjin – dawk li qeghdin il-genna. Dun Michael ghazel dawn ta' l-ahhar. Interessanti l-idea ta' dak il-kappillan li liz-zghazagh tal-Grizma – b'uhud minnhom b'ismijiet li jalludu ghal kollox minbarra qaddisin – jghidilhom jaghzlu qaddis, jaqraw il-hajja tieghu, jaraw meta tkun il-festa tieghu u forsi, aktar importanti, jaghzlu kwalità fih biex jimitawha. Il-Knisja tipprezentalna bosta qaddisin. Jekk naqbdu l-istorja ta' San Frangisk t'Assisi naraw li, il-qafas ta' dak li ghadda minnu hu, ghadna nistghu narawh jigri madwarna. Zgur li mhux f'dik id-drammaticità li ghadda minnha dan il-qaddis kbir imma fis-semplicità tal-hajja ta' kuljum. Insibu individwi li hajjithom inbidlet mil-lejl ghan-nhar… nies li forsi nafuhom ahna. Il-Papa Gwanni Pawlu II zidilna bosta qaddisin ricenti li forsi aktar nistghu nirrelataw maghhom minn min ghex mijiet ta' snin ilu. Irridu nzommu f'mohhna li dawn il-persuni ghamlu hwejjeg zghar ta' kuljum b'imhabba kbira. Il-hajja tal-lum tipprezentalna bhala idoli bosta nies maghrufa tal-kant, sport, spettaklu... u ssib min jaghmel minn kollox biex jixbahhom. U dawn huma nies li l-gid ghamilhom popolari u mhux bilfors xi kwalità fil-karattru taghhom li nistghu nimitaw. Ninsew li tonqoshom l-isbah haga li ghandna ...il-libertà. U din il-libertà li ghandna nuzawha biex inharsu lejn dawk li qeghdin igawdu lil Alla u nitolbuhom juruna t-triq. Imma b'mod specjali dan ix-xahar ma ghandniex ninsew l-gheziez taghna mejtin. Talb u sagrificcji ghalihom hu importanti aktar mill-ward u x-xemgha li nistghu naghmlu fuq qabarhom. John Paul Meilak ta' Triq il-Papa Pawlu VI tela' fil-ktieb 'Il-Hbieb Isejhu bl-Istejjer – 4'. Hajr lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. STEDINA GHAL-LAQGHA TA' DICEMBRU Ghal-laqgha tal-guvintur nhar is-Sibt 3 ta' Dicembru fis-7.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca. Mela habib tinsiex tigi… aghmel reminder fuq il-mobile biex tiftakar zgur. U gib lil shabek ukoll biex tisimghu messagg ta' gid. Jalla l-paci li gabitilna t-tarbija ta' Betlem tghammar f'darkom u f'qalbkom tul dawn il-jiem u matul is-sena kollha. Il-Bord Editorjali EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA
"U
l-kelma saret gisem
Darba f'jum il-Milied matul
Il-mistoqsija tat-tifel Fejn l-aktar li nhossu qrib lil Alla f'hajti? Hu
sewwa li terga' ssir tfal kultant. Charles Dickens L-ISCOUT TAL-MILIED
Kien qed ihoss in-nuqqas tieghu. Bilfors, kienu dejjem flimkien! Frank sellem lill-genituri u l-qraba migbura u qalilhom li htieglu jmur jara habib u minghandu jimxi t-triq lura d-dar. Peress li kien il-ksieh, Frank libes il-gakketta l-hoxna li kien ghadu kemm iddobba. Kien l-aktar rigal ghal qalbu. Pogga r-rigali l-ohra fil-karretta tas-silg. U telaq. Telaq biex isib lill-patrol leader tal-grupp ta' l-iscouts tieghu. Kien jiftehmu hafna. Habibu ghad li kien ghani fil-pariri, ma kellux gid materjali u kien jghix fil-flats fejn hafna mill-foqra tar-rahal kienu ngabru u kien ikollu jaghmel xoghlijiet differenti biex jghin lill-familja tieghu. Iddejjaq meta ma sabux id-dar. Hu u sejjer lura lejn daru qaghad ihares lejn id-djar imzejna ghall-Milied. Min mejjet fis-sakra u min mejjet ghal qatra. F'dar minnhom lemah kalzetti ghadhom vojta mitbiela mal-farxa ta' fuq il-fuklar. Hdejhom mara tolfoq f'bikja ta' qsim il-qalb. Ftakar kif huh u kien kienu jaghmlu taghhom. L-ghada kienu jkunu ser jinfaqghu bir-rigali. F'hin minnhom lil Frank gieh hsieb. Dakinhar kien ghadu ma ghamilx att ta' tjieba. Habbat il-bieb tal-fqajra. "Min hemm?" staqsiet il-mara. "Nista' nidhol!" "Merhba bik," wegbitu imma malli ratlu l-karretta mimlija rigali hasbitu li qed jigbor rigali ghall-foqra u kompliet, "...imma jiddispjacini la ghandi ikel u anqas rigali zejda. Ma ghandi xejn x'naghti lil uliedi!"
"Ghalhekk gejt. Aghzel
liema rigali trid ghal uliedek!" Din il-vista kebbset ferh f'qalb Frank. Intebah li d-dwejjaq tieghu ma kinux l-uniku niket fid-dinja. Sakemm halla l-blokka ta' flattijiet kien qassam ir-rigali kollha. Sahansitra l-gakketta l-hoxna kien taha lil tifel iterter bil-bard. Frank dawwar ir-rotta lejn daru. Hassu mifxul ghax ma kienx jaf x'ser jaqbad jghid lill-genituri tieghu. "Fejn huma r-rigali tieghek?" staqsieh missieru hekk kif rifes l-ghatba. "Qassamthom!" Kienet l-unika kelma li kellu s-sahha jlissen. "L-ajruplan minghand iz-zija Susan? Il-gakketta tan-nanna? It-torc? Konna nahsbu li ghogbuk." "Ghogbuni ...hafna," qal minn taht l-ilsien. "Imma Frank, kif tista' tghix b'daqshekk impuls?" qaltlu ommu. "Kif ser tispjega lill-familjari x'ghamilt bl-ghotjiet taghhom meta huma taw daqshekk kas tal-gosti u l-bzonnijiet tieghek?" Missieru kien sod fi kliemu. "Ghamilt l-ghazliet tieghek. Ma nistghux nixtrulek iktar rigali." B'huh li telaq u l-familja ddizappuntata b'ghemilu, Frank hassu wahdu. Ma kienx qed jistenna rigal ta' ghemilu ghax kien jaf li att tajjeb hu rigal fih innifsu. Inkella jispicca l-mertu. Hassu maqtugh mill-passat. Il-ferh kien ghadda malajr wisq. Ftakar f'huh u beka sakemm ghajnu marret bih. L-ghada mas-sebh nizel ghall-kolazzjon u l-genituri kienu qed jisimghu r-radju komunitarju. Imbaghad ix-xandâr qal: "Il-Milied it-tajjeb. L-isbah grajja dalghodu gejja mill-flattijiet. Tifel maghtub ghandu karretta gdida tas-silg, iehor iddobba gakketta sabiha hoxna, u bosta familji ohra cemplulna biex jghidulna kemm ghandhom uliedhom ferhana permezz ta' rigali li tahom guvnott li xtaq li jkunu jafuh semplicement bhala l-iscout tal-Milied. Hadd ghadu ma sar jaf x'jismu izda l-familji in kwistjoni huma certi li hu qarib ta' Santa Claus." Frank hass lil missieru jhaddnu mieghu u lemah lil ommu titbissem b'ghajnejha bi zliega dmugh. "Ghaliex ma ghidtilniex? Ma fhimniekx ilbierah. Kemm ahna kburin bik!" Is-sagrificcji ta' dan l-iscout jaghtuna idea ckejkna ta' dak li ghamel Alla l-Missier meta baghtilna lil Ibnu biex jitwieled u jmut biex jifdina mill-ktajjen tad-dnub. "F'kollox urejthom li bit-tahbit jehtieg li tghinu d-dghajfin u li tiftakru fi kliem il-Mulej Gesù, li qal: 'Ahjar taghti milli tiehu'." (Atti 20,35) "Imma int, meta taghmel karità, thallix 'l idek ix-xellugija tkun taf x'ghamlet idek il-leminija, biex tkun il-karità tieghek mohbija, u missierek, li jara dak li hu mohbi, ihallsek." (Mt 6, 3-4) ________________________________________ |