+ L-Iben t'Alla sar Bniedem                         Frar 2000 - Harga Nru 402

Antropologista sar jaf dan l-ahhar bi tribł f'nofs l-Afrika li ghandu drawwa li ma rahiex fi tribujiet ohra.

Jghid li dan it-tribł partikulari jahtar sultan li jkollu awtoritą suprema.  Jikkmanda kollox hu.  Li jghid hu hu dejjem ligi.  U dejjem ghandu ragun.

Mhux biss imma dment li hu sultan ikollu servizz eccellenti.  Ikollu l-ahjar gharix.  Ma jahdimx ghax it-tribł jahdem ghalih.  U meta tinqabad il-priza hu jiehu l-ahjar parti.  Ma jkun jonqsu xejn.  Jghix litteralment hajja 'ta' re'.

Izda din il-hajja ma ttulx hafna.  Jista' jibqa' re biss ghal 90 qamar gdid ...bejn wiehed u iehor ghal seba' snin.  Wara li jghaddu s-seba' snin it-tribł jorganizza festa specjali bil-kant u zfin tradizzjonali.  U f'nofs il-festa r-re jigi maqtul u minfloku jinhatar re iehor.  Ghal seba' snin ohra ...u wara jghaddi mill-istess destin.  U kull darba l-kandidati ghal sultan ikunu bosta.

Ghalina din hi drawwa makabra ...krudila ...bla sens.  U ma nistghux nifhmu kif dan it-tribł jibqa' jsib nies li lesti jghixu ta' re ghal seba' snin u mbaghad jinqatlu hesrem.

Bhalma hu difficli tifhem kif in-nisrani jghix bhallikieku hajtu tispicca mal-mewt.  Jinsa li wara hemm eternitą.  Jaghzel li jghix 'ta' re' ghal sittin, tmenin, mitt sena u ftit jimportah li wara hemm hajja bla tmiem.


DAWN XEGHLU XEMGHA FLOK SEHTU D-DLAM

Ghajnejn kulhadd kienu fuqu kif dahal fix-xarabank.  Ragel twil, irqajjaq, b'ghajnejn sbieh jibru.  Izda b'dehra mdemma' donnhom kienu qed jibku.  Xuxtu bajdanija.  Ma kontx taghtih iktar minn sittin sena.  F'idejh bukkett fjuri sabih.

U tfajla li nzertat bilqieghda qrib tieghu donnha nnamrat mal-bukkett tal-fjuri.  Thares lejh u tiflih fjura fjura.  Anke r-ragel intebah li l-bukkett li kien qed ihaddan kien gibdilha l-attenzjoni.  U tbissem.

F'hin minnhom daqq il-qanpiena u meta waqfet il-karozza ratu jqum minn postu u dlonk halla l-bukkett fjuri f'hogor it-tfajla waqt li qalilha:

          "Naf cert li anke marti tifrah meta nghidilha li ghal dan ix-xahar il-fjuri taghha tajthom lilek."

U dlonk nizel bilgri bla ma qaghad jistenna risposta.  It-tfajla hmaret u tbikkmet.  Imbaghad tbissmet.  Jien komplejt inhares lejn ir-ragel u rajtu diehel ic-cimiterju.

Fakkritni din il-grajja f'esperjenza ohra ta' tfuliti.  Meta siehbi, guvnott fuq tieghu, kien qed ihares lejn Mercedes gdida.  U meta sidha hareg, rah imbellah iffissat lejha.

          "Thobbhom il-karozzi?"

          "Hafna u hija hafna izjed minni.  U weghedtu li xi darba meta nibda nahdem nixtri karozza sabiha u ndawru dawra biha ghax hija ma jimxix.  Iqatta' jiemu kollha fuq siggu tar-roti."

          "Imxi naghtuh dawra issa," qallu.

U t-tnejn marru ghalih u ma' xulxin daru u ghaqqdu ghal siegha shiha.  U dik il-lejla ma kien hemm hadd ferhan daqs it-tifel tas-siggu tar-roti ...u d-driver li hela hinu jdawru.

Esperjenzi li juruk kemm kellu ragun l-Imghallem meta qalilna li 'hu iktar ta' ferh li taghti milli li tircievi'.


IX-XJENZA – MERAVILJA JEW MONOTONIJA?

Jikteb Dr Coronato Grech M.D.

Studju ta' l-ispektrum, din id-darba analizi matematiku, sar mill-Iskocciz James Clerk Maxwell (1831 - 1879) waqt li iktar tard id-Daniz Niels Bohr (1885 - 1962) ta spjegazzjoni ta' l-ispektrum ta' l-element ta' l-idrogenu permezz tat-teorija quantum li kien hareg biha l-Germaniz Max Plank (1858 - 1947) permezz ukoll tal-mudell atomiku ta' Ernest Rutherford (1871 - 1937) minn New Zealand.  Dan fetah studju fuq id-dinja atomika li finalment tana l-energija atomika (ghat-tajjeb u ghall-hazin) u d-dinja ferm stramba tal-quantum physics li fuqha tant hija bbazata l-industrija elettronika nkluz dik l-ispluzjoni ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li ghandna bhalissa.  Fl-astronomija mbaghad studju ta' l-ispektrum (ara Il-Hbieb Isejhu Lulju - Ottubru 1996) tana informazzjoni fuq l-origini u l-izvilupp ta' kwiekeb b'varjeta' shiha ta' kwiekeb minn white dwarfs ghal red giants, u skoperti drammatici u sorprendenti bhal pulsars, quasars, black holes, l-espansjoni ta' l-univers u tant affarijiet ohra.  Dawn huma kollha skoperti xjentifici li jaghtu panorama ta' univers immens ferm iktar vjolenti u spettakolari milli qatt seta' jobsor l-imsejken Walt Whitman meta xeba' jisma' fatti u figuri fuq l-astronomija u ried semplicement ihares lejn is-sema u joqghod kuntent jara kwiekeb trankwilli f'sema iswed.

Kemm hu ahjar li flok tibqa' sodisfatt b'li qed tara, sabih kemm hu sabih, tibda tahseb fuq linji xjentifici biex tiskopri sewwa x'inhu dak li qed tara.

Hija din il-kurzita intellettwali li trid tigi kkultivata specjalment fit-tfal, kurzita' li fihom tant hija naturali u friska.  Fiz-zghar l-iktar haga li tista' teqred din l-inklinazzjoni naturali huwa t-taghlim bl-amment jew xi duttrina dommatika.  Fil-kbar imbaghad forsi l-aghar haga hija l-familjaritą li bhal anastesija traqqadhom ghall-magija ta' kuljum li naraw madwarna, minn tlugh jew inzul ix-xemx, shab fis-sema, qtar tan-nida, sema bil-lejl, pjanti, annimali, gisimna stess ecc ecc.

Jekk inkunu nafu mqar ftit astronomija, bijologija, kimika, geologija, palentologija, meterjologija, anatomija, fizjologija (u sfortunatament patologija!) iktar napprezzaw id-dinja ta' madwarna, kemm hija prezzjuza u kemm hi temporanja.  Illum hawn hafna kotba u programmi fuq il-kompjuter ta’ livell baziku u popolari dwar dawn l-affarijiet.  U naturalment dan ghandu jghin ukoll ghal apprezzament ahjar fl-arti, fil-letteratura, skultura, muzika ecc ecc.

Forsi hija daqsxejn ta' ironija li l-kwotazzjoni ghal qrib l-gheluq ta' dan l-artiklu hija minn William Blake, karattru interessanti li tant kellu inklinazzjoni mistika (kif jidher mix-xoghlijiet tieghu ta' pittura, incizjonijiet, poeziji) u tant kien kontra x-xoghol ta' Newton (li min-naha tieghu lanqas kien xi karattru helu u kellu wkoll stramberiji tieghu ghax studja wkoll l-alkemija u s-sinifikanza ta' xi siltiet mill-Apokalissi.)

          To see a world in a grain of sand

          And a heaven in a wild flower

          Hold infinity in the palm of your hand

          And eternity in an hour.

Li tkun taf kif iffurmat bicca ramel, kif inhi maghmula, minn x'hiex ghaddiet u kif ghad titbiddel; jew kif inhi mibnija fjura, kif tiffunzjona, kif tigi ffertilizzata, kif l-univers huwa mibni mill-galassiji, il-gisem mibni mic-celloli u l-materja mibnija mill-atomi, dawn kollha u hafna u hafna iktar (li huma bazikament xjenza) ghandhom izidu hafna mal-gost tal-hajja.

Apparentament, fost l-annimali kollha, huwa l-bniedem biss li ghandu l-fakulta' intellettwali li jara u jezamina n-natura, li jiehu idea ta' x'gara fil-passat, x'jista' jigri fil-futur, jirrealizza l-post tal-pjaneta madwar ix-xemx, ix-xemx fil-galassija u l-galassija fost gruppi ohra ta' galassiji, li jahseb fuq il-problemi ta' l-ezistenza u li forsi jipprova jiehu gost bil-prezent qabel ma jwarrab mid-dramm tal-hajja:

          "Now more than ever seems it rich to die

          To cease upon the midnight with no pain

          While thou art pouring forth thy sould abroad

          In such an ecstasy."

                             (John Keats - 'Ode to a Nightingale' 1820)

Iva, ix-xjenza hi meravilja!


FORSI JINTERESSAWK

Fomm ta' qaddis

Xi hadd staqsa lill-kappillan ta' Ars ...il-qaddis San Gwann Maria Vianney:

          "Ghaliex meta tippriedka tghajjat hafna u meta titlob bil-kemm tinstema'?"

          "Ghax il-midneb hu iebes biex jisma' imma l-Mulej jisma' anke l-haxix jikber."


Neputi intelligenti

Kiteb lil nannuh:

          "Nann, skuzani li anqas biss bghattlek christmas card ghall-Milied u haqqni li ma tibghatli xejn ghall-birthday tieghi li jahbat hmistax ohra."


Karitą

Ragel kien ihobb imur ihabbat il-bieb ta' sinjur ghall-karitą.  Is-sinjur kien qalbu tajba u mhux talli kien jaghtih il-karitą imma kien ukoll joffrilu ikla shuna f'daru.  Imma darba kien qed jippranza ma' xi hbieb u meta habbatlu l-fqir tah xi flus u qallu li dak inhar ma setax idahhlu gewwa ghax fuq il-mejda kien hemm hbiebu:

          "Ma jimportax.  Jien niekol anke fil-kantina."

          "Imma jimporta jekk il-laham ikun kiesah?"

          "Jien kiesah joghgobni iktar milli jahraq."

          "Mela ejja ghada ghax il-laham ghadu hiereg minn gol-forn!"


Vizzju

Pawlu kellu vizzju.  Kien jaf bih imma ma setax jaqtghu.  Kien ihobb jilghab ghall-flus.  Darba nqabad ma' xi ohrajn f'kazin u ttella' l-Qorti.  Il-magistrat wahhlu Lm250.  Pawlu nstema' jghid:

          "Jekk wahhalni Lm250 meta kont qed nilghab flusi, ara x'somma kien iwahhalni kieku kont qed nilghab flusu."

Ma tistax tonfoh 'il barra u tiekol fl-istess hin.


Parir ta' missier

          "Fejn naf x'inhu dmiri?" staqsa z-zaghzugh.

          "Dak li l-inqas ghandek aptit taghmel imma taf li jrid isir," wiegbu missieru.


Seher in-natura

Kieku l-qawsalla kellha tidher f'post wiehed biss f'xi jum ta' matul is-sena, kieku min jaf kemm jigu organizzati giti turistici biex ma nitilfux din id-dehra ta' seher.  Imma ghax tidher spiss u f'hafna postijiet bilkemm nintebhu biha.


Slogans

Ditta Amerikana ghandha dan is-slogan:

          "Dak li lbierah deher impossibli, illum sar possibli u ghada jkun ghalina facli."

Slogan li jista' jghodd ghalina wkoll.


KIF BDEW?: Il-Potato Chips

Illum dawn huma popolari hafna mhux biss f'pajjizna imma mad-dinja kollha.  Fl-Amerika biss jinbieghu b'$4,000,000,000 fis-sena ...industrija qawwija hafna.  Izda interessanti nkunu nafu kif bdew.

Certu George Crum, kok f''Corey Moon Lake House f'Saratoga, l-Amerika, tilef it-tempra meta ragel li kien qed jiekol fir-ristorant baghatlu lura ghal darbtejn il-platt mimli patata moqlija bl-ordni 'il-patata rridha irqaq u moqlija iktar'.  Biex jinkih George qata' l-patata rqiqa daqs ostji u hallihom ghal hin twil fil-forn.  Imbaghad ipprezentahomlu.  Kien qed jistenna ghajta imma kien lest ghaliha.

Izda r-ragel tant ha gost bihom li ordna platt iehor.  Haddiema ohra daquhom u anke lilhom ghogbuhom.  U hekk twieldu l-potato chips li ghal hafna snin kienu jissejhu Saratoga Chips.


La darba dak li ghandek inghatalek ghalfejn tiftahar bih

bhallikieku qlajtu int?


INKWADRI …ta’ ispirazzjoni ghall-hajja ta’ kuljum

Kien ghadu jibda l-karriera ta' ghalliem

u fil-klassi kellu tnejn li kien jisimhom Johnny.

Izda x-xebh kien biss f'isimhom.

Wiehed habrieki u kwiet

u l-iehor ma jissaportix bilqieghda fuq bank.

Fl-ewwel laqgha mal-genituri

giet omm u ntroduciet ruhha bhala omm Johnny.

"Kif inhu sejjer ibni?"

"Ma ghandix iehor bhalu.

Habrieki, intelligenti, li tqabbdu jaghmel jaghmlu mill-ahjar li jista'!"

X'hin harget induna li kien bidel Johnny ma' iehor.

L-ghada Johnny l-imqareb

mar sab l-ghalliem u qallu

x'qalet ommu.

"Hadd qatt ma riedni fil-klassi tieghu.  Int differenti!"

U dak kien il-bidu ta' bidla.

Ma baqax ifalli homework.

Ghal-lezzjonijiet student ezemplari.

U l-marki fl-ezamijiet bdew juru.

U hekk haseb wahdu l-ghalliem.

Kemm timbri u tabelli

naghtu lil ta' madwarna.

U bosta drabi niehdu dak li nistennew.

Jekk nibdew naraw id-dinja ta' madwarna b'nuccali nadif nindunaw li d-dinja hafna isbah ghax tirrispondi ahjar ghal dak li naghmlu.


DETERMINAZZJONI U TALB

Hu u sejjer lejn id-dar, it-tifel kien waqa' u barax irkobbtu.  Xejn kbir ghax il-waqgha anqas fuq il-qalziet ma mmarkat, haseb it-tifel.  Izda sa filghaxija ghad li rkobbtu bdiet  tugghu  xorta qaghad ghorkobbtejh hdejn is-sodda u qal it-talb tas-soltu qabel raqad.  U xorta raqad fl-istess kamra mal-hames hutu l-ohra.

Sa filghodu l-ugiegh ma kienx taffa.  Izda hu ma qal lil hadd.  Ir-razzett kien ihaddem lill-familja kollha.  Kuljum ried iqum fis-sitta biex jaghmel ix-xoghol assenjat lilu.  U ma seta' jaghmel xejn qabel ilesti xoghlu kollu sewwa u kif suppost ...anqas kien jithalla jmur l-iskola.  Id-dixxiplina kienet kollox fid-dar.

Izda sa jumejn wara, siequ kienet tugghu wisq biex imur jaghmel ix-xoghol tieghu.  Kien il-Hadd u ghalhekk seta' jibqa' ftit iehor fis-sodda sakemm tad-dar imorru l-belt ghas-servizz religjuz.  Sa hin l-ikel it-tifel kellu jerga' jidhol fis-sodda.  Iz-zarbun kellu jitqatta' biex johrog minn siequ ghax bin-nefha ma setax jinzghu sewwa.  Ghaliex ma qal lil hadd?  Baghtu jfittxu tabib.

Ommu xarrbitlu u meshitlu siequ kemm-il darba.  Anke minn fuq mohhu bdiet timsahlu l-qtar ta' l-gharaq.  Il-hajja kienet ghallmitha tibqa' kalma anke quddiem infezzjoni li ma tridx tghaddi.  Kienet ghaddiet minn hafna mard ta' wliedha.  Sahansitra kienet tilfet iben.  Kienet tghallmet il-prezzjozitą tal-hajja.

It-tabib xwejjah Conklin kemmex xofftejh, u wara li ezamina s-sieq qal: "X'aktarx mhux ser jirnexxielna nsalvawha!"  "Xi trid tghid biha din?" staqsa l-marid.  "Ifisser," komplielu t-talbib, "li jekk tmur ghall-aghar ikollna naqtghulek sieqek."  "Mhux lili!" ghajjat it-tifel.  "Mhux lili.  Nippreferi mmut!"  "Aktar ma ndumu aktar ikollna naqtghu," heggu t-tabib.  "Ma int ser tnehhi xejn!" wiegeb it-tifel filwaqt li ommu taghtu daharha biex ma jarax l-espressjoni ta' wiccha.  Ma kienx fadallu l-harsa ta' tifel ta' tlettax-il sena izda ta' wiehed ferm aktar matur.

Dr Conklin mexa 'l barra mill-kamra u ghamel sinjal lill-mara biex timxi warajh.  Meta kien fil-kuritur jispjega lill-genituri x'jista' jigri semghu lit-tifel jghajjat lil huh: "Ed! Ed! Ejja hawnhekk.  Iddumx!"  Huh dahal fil-kamra u semghu jghid minn bejn snienu mhezza bl-ugiegh: "Jekk ma nibqax f'sensija, Ed, thallihomx jaqghuli sieqi.  Weghedni, Ed - weghedni!"  F'mument wiehed Ed hareg jigri mill-kamra u ommu riedet tkun taf x'ried.  "Furketta, biex ikollu fuqhiex jigdem; biex hadd ma jisimghu jghajjat."  Imbaghad Edgar qaghad fil-bieb tal-kamra, b'idejh marbuta u qal: "Hadd ma hu ser imissu lil hija." "Imma Ed, ser jiddispjacik," wissieh it-tabib.  "Jista' jkun, Dott, imma jien tajtu kelma."  U xejn ma seta' jibdilli fehemtu.

Il-genituri bdew itellghu u jnizzlu x'kien l-ahjar ghal binhom izda Ed kien deciz.  It-tifel u huh kienu certi li ma jhallu lil hadd imissu.  Hadd qatt ma kien mar kontra r-rieda tal-genituri f'dik id-dar.  "Nistennew sa ghada mbaghad naraw," qal il-missier lit-tabib.  Ghal jumejn shah, l-iben il-kbir qaghad fejn il-bieb tal-kamra.  U hemm ukoll raqad ghad li n-nefha bdiet tiela' 'l fuq lejn gismu u kien beda jikhal. 

Il-genituri kienu jafu li binhom ma jahfrilhom qatt li siequ nqatghet.  Minn zmien ghal zmien it-tabib kien jittawlilhom.  "Imma dan delitt li qeghdin tippermettu intom.  Xejn ma jista' jsalvah hlief miraklu."  Il-genituri u Ed giehom l-istess hsieb.  Kienu nsew lin-nannu li kien jemmen hafna bil-fejqan permezz tal-fidi.  U issa, fis-siegha tal-prova, it-tlieta li huma marru fejn is-sodda.

U talbu, jmexxu lil xulxin x'ghandhom x'jghidu u f'hiex jahsbu.  Ftehmu bejniethom biex f'kull hin ikun hemm xi hadd jitlob.  Anke l-erba' subien l-ohra taw sehemhom.

L-ghada filghodu, meta rega' ttawwal it-tabib, l-ghajnejn esperti tieghu ndunaw li n-nefha ma kinitx ghadha l-istess.  Ghalaq ghajnejh u rringrazzja lil Alla!  Anke r-raqda tat-tifel kienet kwazi normali.  Izda xorta baqghu jitolbu hdejn is-sodda.  Sal-lejl ta' wara n-nefha kienet nizlet gmielha u sahansitra beda gej il-kulur normali.  Fi zmien tliet gimghat it-tifel kien lest biex jimxi ...ghad li kien xi ftit dghajjef.

U b'hekk Ike Einsenhower kien kapaci jerga' jaffronta 'l hajtu mill-gdid.