+ L-Iben t'Alla sar Bniedem  

FRAR 2001 - Nru 414


Kienu zminijiet ohra meta l-gazzetti kienu rari u r-radjijiet u t-televisions ma kinux ghadhom twieldu.  Ganni u Martin kienu jlegilgu pinta nbid fil-hanut ta' Saver meta l-argument waqa' fuq l-isponoz.  Ganni qal li x'imkien fl-ocejan kienu jtellghu eluf ta' sponoz kuljum.  Martin merieh ghax qal li l-isponoz ma jgibuhomx mill-bahar imma mis-sigar.

Gannu hassu nfern.  Kien cert minn dak li qal:

            "Tmerinix.  Naf cert li mill-bahar igibuhom."

            "U jien cert iktar minnek li l-isponoz jikbru fuq is-sigar.  Qishom frott."

U komplew jargumentaw.  Tant li kwazi gew fl-idejn.  Sakemm Ganni qallu:

            "Ara mhatra ghall-hmar.  Jekk ghandek ragun int tirbahli l-hmar u jekk ghandi ragun jien nehodlok tieghek.  Insaqsu ghaxra minn nies.  Jekk ikun hemm anke wiehed biss li jghid bhalma qed tghid int, tkun irbaht int."

Martin accetta bil-qalb u bdew iduru u jsaqsu.  U kulhadd jghid l-istess:

            "U ma tafx li l-isponoz jikbru gol-bahar."

Martin kontra qalbu kellu jaghti l-hmar lil siehbu.  Imma qallu:

            "Il-hmar tieghek imma ara tahseb li biddiltli fehemti tafx.  Jien cert li l-isponoz fuq is-sigar jikbru."

Hawn hafna li minkejja s-sabih kollu ta' madwarhom xorta jghidu li ma jemmnux f'Alla.  Jaraw ix-xemx setghana, l-univers bla tmiem, natura mimlija meravilji.  Bhal Martin jaghzlu li jibqghu imeru s-sewwa maghruf.


WAQTIET LI JSIRU MUMENTI DEJJIEMA

Il-gwerra tfisser glied

mohqrija

tbatija

guh u dmija

imma anke f'dan iz-zmien ta' qerda

jitfacca wkoll ragg ta' tama

fidi mill-gdid fl-umanitŕ.

 

Joseph Schultz kien zaghzugh Germaniz

fl-aqwa tieghu

aktarx ferhan

li kien parti mill-ikbar armata ta' zmienu.

Hadd donnu ma seta' jzomm qawwietha.

Hitler u l-idejali tieghu kienu ser jahkmu d-dinja.

 

U min jikkmanda ddecieda

li l-armata kellha tattakka l-Jugoslavia

biex izzid it-territorju

u mat-territorju tizdied ukoll

l-importanza tan-Nazi

f'ghajnejn id-dinja.

 

Il-Jugoslavi ftit offrew rezistenza

Kienu jafu li ma setghux jieqfu

kontra qawwiet Hitler.

 

Joseph Schultz ma' shabu s-suldati

dahlu f'rahal zghir

u l-kmandament ordna sebgha minnhom

jakkompanjawh.

Marru hdejn razzett

u hargu minnu hames irgiel u tliet nisa

u l-kmandant ordnalhom

jieqfu hdejn il-hajt

u lis-suldati tieghu

ordnalhom jiehdu l-mira.

 

Joseph hassu jirtoghod

qatt qabel ma beza' juza l-azzarin

fil-glied qalil tas-soltu

imma li tispara u teqred hesrem

tmien hajjiet

bla xejn raguni

kien genn

li ma riedx jaghmel parti minnu.

 

Bla kliem u sliem pogga l-azzarin fl-art

u telaq lejn il-Jugoslavi

u baqa' miexi anke meta l-kmandant tieghu

ghajjat u heddu shih biex jieqaf.

Baqa' miexi qisu mhux jisimghu.

 

U ha postu ma' l-ikkundannati.

 

Ftit wara, gismu mdemmi, imtertaq

ingabar ma' l-ohrajn

u maghhom ukoll indifen.

 

Ghaddew is-snin

imma d-dehra ta' Private Schultz

ghadha hajja

f'mohh dawk li raw mill-boghod

dan l-att erojku.

Xhieda ohra hajja

li kliem l-Imghallem ta' Nazaret

ghadu jaghmel sens anke fi zmienna.

 

"Imhabba ikbar minn din hadd ma ghandu

li wiehed jaghti hajtu ghal hbiebu."

 


L-GHAJN jikteb Dr Coronato Grech M.D.

Hija l-organu principali tas-sensi taghna; hija meravilja ta’ l-anatomija u l-fizjologija; tifthilna tieqa fuq dak kollu ta’ madwarna; meta mqajmin nuzawha kontinwament; it-telfa taghha hija dizastru mudlam; ghandha studju affaxxinanti …hija l-ghajn.

Fl-istruttura, l-ghajn bazikament hija ballun mimli likwidu, b’fuq quddiem trasparenti u miftuh ghad-dawl.  Dan id-dawl jghaddi minn lenti trasparenti biex jigi ffokat fuq ir-retina, dik ir-rita li tiksi l-ballun minn gewwa u li fiha madwar 132 miljun cellola, li minnhom madwar 125 miljun huma sensittivi ghal dawl baxx u jintuzaw ghal vista ta’ bil-lejl u madwar 7 miljun huma sensittivi ghall-kulur u jintuzaw ghal vista ta’ bi nhar.  Dawn ic-celloli kollha ghandhom processi twal, li b’parenzi u komunikazzjonijiet ftit ikkumplikati, jwasslu lura ghan-naha ta’ wara tal-mohh fejn il-vista mbaghad tigi interpretata (u fejn daqqa fuq in-naha ta’ wara tar-ras fl-immaginazzjoni popolari titpitter bhala l-famuzi stilel iduru).  Il-mohh jirranga wkoll l-immagni tar-retina, li bhal fil-kaz tal-kamera tar-ritratti, tkun progettata rasha ’l isfel.  Incidentalment il-lenti tal-kamra jiffoka billi jitmexxa ’l quddiem u lura waqt li dak ta’ l-ghajn jaghmel dan billi jbiddel l-ghamla.  Biex jirregola l-ammont ta’ dawl diehel fil-ghajn hemm zewg setti ta’ muskoli (ta’ kulur kannella jew blů u msejha ‘iris’ ghal l-alla mara Griega tal-qawsalla) li fid-dlam jifthu l-mimma u fid-dawl icekknuha; u biex icaqilqu l-ghajn lejn direzzjonijiet differenti (f’koordinazzjoni ma’ l-ghajn l-ohra) hemm sett ta’ sitt muskoli li bejniethom jghollu u jnizzlu, jmexxu lejn ix-xellug jew lemin; jew idawruha xi ftit skond l-arlogg jew il-kontra ta’ l-arlogg.  Il-parti ta’ quddiem ta’ l-ghajn, il-korneja, li ghandha kurvatura ghaliha u hija mportanti daqs il-lenti biex jigi ffokat id-dawl, ghandha l-protezzjoni ta’ purtiera, it-tebqet il-ghajn, li meta mqajmin tinzel u titla’ kull ftit sekondi, u tant bil-ghagla li ma ttellifx il-vista.  U biex titnaqqas il-frizzjoni, jevitalha li ma tinxifx u jipprotegi minn xi infezzjoni, hemm id-dmugh li kontinwament jifforma fi glandola, fuq in-naha ta’ barra ta’ l-ghajn, jghaddi minn fuq in-naha ta' quddiem ta’ l-ghajn u jingabar isfel minn fejn jghaddi minn kanal ghall-imnieher.

Ghaliex ghandna zewg ghajnejn? (U mhux bhac-ciklopi tal-mitologija Griega li kellhom ghajn wahda biss f’nofs mohhhom.)  Ir-raguni tidher li hija li b’zewg ghajnejn ikollna vista steroskopika u nistghu naraw ahjar fi tliet dimensjonijiet.  U peress li huma fuq quddiem naraw fi kwazi 180° quddiemna.  Hafna mill-ghasafar (ghalkemm mhux il-kokka li ghandha vista eccellenti ghal bil-lejl) jaraw sew fil-gnub ta’ rashom imma ma jarawx dirett quddiemhom u li hija r-raguni li tiggiega trid tmejjel rasha biex thares lejk jew qabel tnaqqar xi haga fl-art.

U jerga’ annimali ohra ghandhom ghajnejn differenti, xi whud differenti hafna; u jerga’ x’uhud li jghixu f’gherien mudlama jew f’qiegh il-bahar jew ghandhom sistema tajba ta’ navigazzjoni (bhal certi friefet il-lejl) ma ghandhomx ghajnejn.  Huwa possibli li l-mammiferi, l-ghasafar u l-hut li jaraw bil-kulur (u l-anqas bil-kuluri kollha, il-barri ma jarax l-ahmar!)  L-ghajnejn ta’ dawk li johorgu jduru bil-lejl huma sensittivi hafna u kapaci jaraw anke f’dak li ghalina huwa dlam cappa ghax fic-celloli ghandhom qishom mirja li jirriflettu anke l-ftit dawl.  Kultant l-ghajnejn jidhru qishom jixeghlu.

(Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta' Marzu)


FORSI JINTERESSAWK

Gurija ta' hsibijiet

Kienu erba' nisa mdahhlin sew fiz-zmien qeghdin jiehdu kikkra kafč u xi pastini f'ristorant.  U dlonk jaraw diehel ragel ta' l-etŕ taghhom li tbissmilhom u qaghad fil-mejda tal-qrib.  Hu jhares lejhom u huma jifluh minn rasu sa saqajh.

U wahda minnhom issugrat tghidlu:

            "M'intix minn dawn in-nahiet."

Ir-ragel qalilha:

            "Ili ma nkun barra ghax l-ahhar ghoxrin sena kont il-habs."

U l-ohra pronta pronta qaltlu:

            "Ghoxrin sena l-habs!  Mela x'ghamilt x'wahda din?"

            "Qtilt!!" qalilha xott xott.

U t-tielet staqsietu mill-ewwel:

            "Qtilt?  U lil min qtilt?"

            "Lill-mara!"

U r-raba' qabzet:

            "Qed taraw kif ghidtilkom jien!  Dak jew guvni jew armel.  La gie hdejna jrid jizzewweg xi wahda minna!"


Parir ta' mghallem 

Qabel miet Michelangelo kiteb nota qasira lil certu apprendista li kien jahdem mieghu.  Fiha kien hemm il-kliem:

            "Antonio kompli pitter u titlifx zmien!"

Hu stess baqa' jpitter u jahdem sakemm kellu kwazi 90 sena!


Il-bidla mill-qalb

Mickey Cohen kien gangster famuz.  Xi hadd hajru jibda jmur il-knisja.  Mar xi darbtejn imma xorta baqa' gangster.  Meta xi hadd kellmu u qallu li jekk kien sincier ried jibdel hajtu.  Imma Cohen wiegeb:

            "Hawn pulizija insara ...players tal-basketball insara, politici nsara... Haga kbira jkun hawn ukoll gangsters insara?"

Facli nxiddu religjon tal-qoxra.  Religjon mghixha tibdlek.  Imma mhux kulhadd irid jinbidel ghax kif ikun jghix ihossu komdu.


Kieku kulhadd jifhmu!

Ragel mar hdejn Socrates - l-gharef Grieg - u qallu:

            "Irrid nghidlek xi smajt fuq habibek."

Socrates wiegbu:

            "Dan li ser tghidli xieraq li nkun nafu?

             Dan li ser tghidli mehtieg ghalija li nkun nafu?

             Dan li ser tghidli zgur li gara jew intqal?

             Dan li ser tghidli jghin biex titkattar il-paci?

             Jekk ghal xi wahda minn dawn il-mistoqsijiet ir-risposta hi le, nippreferi ma tghidli xejn."

Ir-ragel sellem lil Socrates u telaq.


Ragel kien jiftahar li ma jemminx.  Darba kien ma' ibnu ghal mixja fil-kampanja u dahal jistrieh f'kappella tal-benedittini.  Kif kien hemm sema' kant u talb sabih u bilgri qal lil ibnu:

            "Isa ..ejja nohorgu.  Jekk nibqa' hawn ikolli nibda nemmen." 

Sib ftit hin kuljum biex thalli lill-Mulej ikellmek.

 


AMULETI

-         jew dak li l-bniedem holom li seta’ jehilsu mill-hazen

 

ILSIEN TA' SAN PAWL

 

Hija uzanza tipikament Maltija

Snien iffossilizzati ta' sharks

li jinsabu fi blat pajjizna.

Jissejhu 'ilsien ta' San Pawl'.

Ghandhom storja twila

Mijiet u eluf ta' snin.

Mindu San Pawl

farfar il-lifgha gon-nar.

Bosta jqisuh bhala

dak li jehles mill-velenu.

Fis-seklu 17 l-ebda vapur

ma kien ihalli lil Malta

minghajr ma jiehu mieghu

bosta minn dawn il-fdalijiet lill-aktar

familji sinjuri Ewropej.

Kienu jemmnu li b'ilsien

San Pawl qribek, l-ebda velenu ma seta' jaghmillek hsara.

U llum ghadek tara minnhom

Inkastati f'deheb jew fidda

u mdendla ma' l-ghonq.

 

Jahasra!

Jinsew kemm marru zmerc.

Jinsew li lsien San Pawl veru ghandu l-forza

izda mhux meta tal-gebel.

Izda meta tqis li dak li ghallem u dak li hallielna miktub.

X'jiswa meta tistenna

Li forma ta' lsien tal-gebel

-li mhu lsien xejn -

ser jehilsek mill-hazen?

X'differenza meta taqra

U tixtarr kliem dan l-appostlu!

Tkun zgur sirt qawwi

biex tehodha kontra l-hazen

li hawn madwarna.

San Pawl kiteb u ghallem

Lin-nies ta' elfejn sena ilu.

Izda l-eku tieghu ghadu car.

Kliemu ghadu relevanti

Ghal dawk kollha li jridu

jehduha kontra l-hazen

-mhux hazen f'velenu mhallat ma' l-inbid -

Izda l-hazen ta' min irid ibeghedna mill-hajja t-tajba.

San Pawl uriena kif nehilsu minnu.

 


SAN VALENTINU 

Jinghad li jum San Valentinu beda jigi ccelebrat fi zmien l-Imperu Ruman.  F'Ruma l-antika l-14 ta' Frar kien meqjus bhala btala ad unur ta' Guno - ir-regina ta' l-allat rumani.  Ir-Rumani kienu jsibuha wkoll bhala l-alla tan-nisa u z-zwigijiet.  Il-jum ta' wara, il-15 ta' Frar kienet tibda l-festa ta' Lupercalia.

F'dawn iz-zminijiet is-subien u l-bniet kienu jitrabbew separatament.  Madanakollu wahda mid-drawwiet popolari kienet li jaghmlu lotterija ta' l-ismijiet.  Lejlet il-festival ta' Lupercalia, l-ismijiet tat-tfajliet Rumani kienu jinkitbu fuq bcejjec ta' karti u jitpoggew f'buqar.  Kull guvni kien itella' isem mill-buqar u b'hekk ikun sab is-siehba ghal tul il-festa.  Kultant kienu jdumu flimkien is-sena kollha ...gieli hajjithom.

Taht l-Imperatur Klawdju II, Ruma kienet imdahhla f'bosta kampanji mdemmija.  Il-krudil Klawdju kien qed isibha difficli jsib suldati ghall-glidiet tieghu.  Kien jemmen li dan qed jigri ghax hadd ma kien irid ihalli lil mahbubin tieghu warajh.  B'hekk Klawdju ordna li f'Ruma ma jibqghux isiru aktar zwigijiet.  It-twajjeb San Valentinu kien qassis f'Ruma f'dawn iz-zminijiet.  Hu u San Marius kienu jghinu lill-martri nsara u jzewgu bil-mohbi.  Kienu jzewguhom fi kmamar zghar ghad-dawl tax-xemgha, bil-kliem impespes minn taht l-ilsien u l-hin kollu jissemmghu ghal xi hoss ta' passi tqal ta' suldati mat-tarag.  U darba nstemghu u Valentinu ttiehed quddiem il-prefett ta' Ruma, li kkundannah ghal swat sal-mewt u mbaghad tinqataghlu rasu.  B'xorti tajba l-gharajjes irnexxielhom jaharbu.  Gie maqtul fl-14 ta' Frar tas-sena 269.  Jinghad li meta kien il-habs, bint l-ghassies saret habiba tieghu.  Missierha kien ihalliha tidhol hdejh u gielu qattghu sighat twal jitkellmu flimkien.  Ghenitu ferm izomm ruhu ferhan.  Kienet taqbel mieghu perfettament li kien baqa' jzewweg bil-mohbi.  Matul iz-zmien li qatta' l-habs bosta zghazagh marru jarawh.  Kienu jwaddbulu ward u noti minn got-tieqa tac-cella.  Riduh ikun jaf, li anke huma, kienu jemmnu fl-imhabba.  U meta kien sejjer ghall-martirju halla nota lil bint l-ghassies u ffirmaha 'minghand il-Valentinu tieghek'.  B'hekk jinghad li bdew in-noti ta' l-imhabba f'dawn il-jiem.

L-insara ta' l-ewwel sekli gharfu jibdlu festi pagani f'okkazjonijiet religjuzi u peress li f'dik l-istess gurnata kienet tibda l-festa ta' l-imhabba sabu 'l San Valentinu bhala l-patrun tal-mahbubin.  U dan il-jum baqa' maghruf ghall-imhabba u l-hbiberija.  Bosta meta jiftakru fl-Imperatur Klawdju jistaghgbu kif ipprova jieqaf fi triq l-imhabba, jafu li hadd ma jista' jehodha kontriha.

"L-imhabba hi siebra; l-imhabba hi twajba, ma tghirx, l-imhabba ma tiftaharx, ma titkabbarx; ma taghmilx dak li ma jixraqx, ma tfittixx dak li jaqblilha, ma tehux ghaliha, ma zzommx f'qalbha ghad-deni, ma tifrahx bid-dnewwa, imma tifrah bis-sewwa.  Kollox taghder, kollox temmen, kollox tittama, kollox tahmel.

                        L-imhabba ma tmut qatt."

                   San Pawl

(1 Kor. 13, 4-8)