IL-HBIEB ISEJHU

-
Frar 2002 | Harga Nru.426
-

 

-
+L-Iben t'Alla sar Bniedem

+:: L-Editorjal

George kien ragel qalbu tajba u sinjur. Ma kienx isibha difficli jdahhal idu fil-but u jaghti l-ghajnuna meta jara l-htiega. Imma kien gerguri wisq. Irid kollox perfett u jippretendi li kulhadd jimxi bi principju. Bizzejjed ghalih li habib ma jasalx ezatt ghall-appuntament iffissat biex jiehu sahna.

Darba ltaqa’ ma’ Norman Vincent Peale, awtur famuz u organizzatur ta’ diversi ghaqdiet ta’ karita' u bhas-soltu beda jilmenta ma’ dan Peale dwar hafna ntietef li lilu kien qed jaghmlulu hajtu infern. Peale bid-dahka wiegbu:

“Naf post li fih dawn l-intietef ma jigrux.”

George wiegeb:

“Naghtik $5000 jekk tehodni fih halli, jekk joghgobni, nibda noqghod hemm.”

“Bil-qalb kollha.  Ejja issa stess biex, jekk joghgbok, nirrangaw kollox halli tkun tista’ tmur malajr.  U ma ghandux ma joghgbokx ghax f’dan il-post ma tisma’ l-ebda tgergira u minn joqghod hemm ma jaghmel xejn li jista’ johloq tgergira.”

Tghidx kemm ferah George u xtaq li jitlaq ’l hemm minnufih. U telqu flimkien... it-triq kollha George jitkellem u jahseb dwar dan il-post magiku li fih kulhadd jagixxi kif suppost biex la jgerger u anqas jikkaguna tgergir mill-ohrajn.

U fl-ahhar waslu. Norman waqqaf il-karozza u stieden lil habibu jidhol f’dan il-post tant mistenni fejn it-tgergir ma jidhol qatt u fejn hadd ma jgieghel lil xi hadd igerger.  U George ntebah li habibu kien wasslu hdejn cimiterju.

Jekk tahx il-$5000 ma nafx imma naf zgur li George hadha t-taghlima u Norman jghid li minn dakinhar rari kien jilmenta mieghu George dwar dawk l-intietef li fuqhom kien tant jiehu shanijiet qabel.


+:: PIT STOPS

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Bidwi mdahhal fiz-zmien iddecieda li ried jitghallem jaqra.  Ma kinitx haga facli ghax meta tikber fl-età, it-taghlim isir ferm iktar difficli.  Imma dan kellu rieda ta’ l-azzar u lil bintu hadilha mohhha:

“Ghallimni ...nitghallem ibzax.”

U bellec tghallem ...ghal bidu jaqra bl-iskossi ...imma maz-zmien beda jaqra normali.  Ezercizzju li hadlu hafna xhur u mijiet ta’ sighat.  U hafna dahk u tbissim minghand dawk li qajla emmnu li fl-età tieghu l-bidwi seta’ jitghallem jaqra.

U meta kien tharreg sew xi hadd qallu:

“Imma dan l-isforz kollu kien fih sens ghalik fl-età tieghek?”

U l-iehor li dak il-hin inzerta jqalleb il-Vangelu qralu dan il-vers:

“Iva, Alla hekk habb lid-dinja li ta l-Iben tieghu l-wahdieni biex min jemmen fih ma jintilifx imma jkollu l-hajja ta’ dejjem.”

u kompla:

“Kieku dawk ix-xhur ta’ taghlim ghallmuni biss naqra din is-sentenza l-isforz tieghi kien ikun imhallas.”

Jien u int nafu naqraw hafna …Ma nghaddux bla gazzetta u xi magazine.  Tghid kapaci nsibu ftit hin u nqallbu l-pagni tal-Vangelu?

Jekk vers wiehed minnu kien hlas bizzejjed ghal xhur ta’ studju u tahbil il-mohh ara mela l-ahbar it-tajba kollha kemm tiswa izjed.  Imma ahna mhabbtin wisq u sikwit nibdlu l-valuri.


Ghalliem talab lill-istudenti jaghmlu sentenza fuq il-kelma ‘kumbinazzjoni’ u tifel minnhom kiteb:

Ommi u missieri b’kumbinazzjoni zzewgu fl-istess gurnata.

Jalla meta z-zghazagh taghna jizzewgu ma jizzewgux b’kumbinazzjoni imma wara hafna rifless u talb.  Jiftakru li din l-ghaqda hi dejjiema u trid hsieb hafna iktar minn xiri ta’ proprjetà, karozza ecc.


SAM GOLDWYN, producer celebri ta’ Hollywood kien ihobb jghid:

“Mhux dejjem ghandi ragun izda ma jien qatt zbaljat.”

Tiskanta kemm hawn min jirraguna bhal Sam Goldwyn.  


Ghax jekk tahfru lin-nies htijiethom jahfrilkom ukoll missierkom li hu fis-smewwiet - GESU` KRISTU (Mt 6,14)


+:: L-Id

:: jikteb Dr Coronato Grech

Hija l-ghodda universali – versatili, sensittiva, adattabbli, espressiva u indikattiva, u kif mistenni ta’ disinn meraviljuz.  Dawn kollha u iktar hija l-id li bhal partijiet l-ohra tal-gisem ghandha wkoll studju interessanti.

Bhala struttura l-id hija pjuttost ikkumplikata b’sensiela ta’ ghadam u gogi mcaqilqa minn sensiela ta’ muskoli u gheruq, b’manutenzjoni minn cirkulazzjoni tajba u kollox irregulat mill-mohh permezz ta’ xibka kkumplikata ta’ nervaturi.

L-id fiha 27 ghadma, 8 fil-polz, 5 fil-pala u 14 fis-swaba’.  It-tmienja tal-polz, li ma’ xulxin jissejhu karpali ghalkemm kull wahda ghandha isem li generalment jiddeskriviha, huma zghar u irregulari u bejniethom jippermettu l-movimenti tal-polz.  Dawk tal-pala li huma tawwalija jissejhu metakarpali (mil-Latin ghal ‘wara l-polz’) waqt li tas-swaba’ wkoll tawwalija jissejhu falangi (minn falang, meta s-suldati Griegi kienu jiffurmaw struttura bil-lanez ippuntati u jkunu qishom qaqocca).

Imbaghad hemm 35 muskolu li jcaqilqu l-id b’movimenti kultant fini hafna.  Hmistax minnhom jinsabu fid-driegh, mill-minkeb sal-polz, fejn minn hemmhekk jaghtu sahha qawwija lis-swaba’ minghajr ma jaghmluhom hoxnin ghax l-gheruq ta’ dawn il-muskoli, bhal hbula, jghaddu mill-polz biex imorru ghal gogi ta’ l-id.  Meta jingibdu l-muskoli tad-driegh tan-naha ta’ quddiem, is-swaba’ jinghalqu u meta jingibdu dawk tan-naha ta’ wara s-swaba’ jinfethu.  Imbaghad hemm ukoll 20 muskoli zghar li kollettivament jissejhu lumbrikals (mil-Latin ghal dudu) u interossei (mil-Latin ghal bejn l-ghadam) u li bihom l-id kapaci taghmel hafna movimenti precizi.

Bhall-bqija tal-gisem l-id ghandha sistema tajba ta’ arterji li jgibu d-demm mimli b’ossignu u ikel, fost l-ohrajn, kif ukoll sistema ta’ vini li jiehdu lura l-prodotti zejda tal-metabolizmu.  L-arterji, li peress li fihom iktar pressa huma iktar ta’ periklu jekk jinqatghu (fejn id-demm ahmar johrog qawwi u bl-iskossi), jinsabu ghaddejjin iktar fil-fond, waqt li l-vini, li fihom id-demm huwa iktar fil-blù, jidhru sew fil-wicc tan-naha ta’ wara ta’ l-id.  Però arterja li ghaddejja fuq ghadma fil-polz hija pjuttost fil-wicc u tintuza mit-tobba biex ikejlu r-rata tal-qalb.

Biex jikkordinaw dan kollu hemm, bhal fil-bqija tal-gisem, sistema ta’ nervaturi li gejjin mis-sinsla tan-naha ta’ l-ghonq u finalment mill-mohh.  Uhud minnhom igibu messaggi, ta’ natura elettrokemikali, biex jikkordinaw il-muskoli waqt li ohrajn jiehdu lura lejn il-mohh messaggi ta’ sensazzjoni.  Il-parti tal-mohh li tikkontrolla l-muskoli ta’ l-id (u li peress li n-nervaturi jaqsmu ghan-naha l-ohra tkun qed tuza l-parti opposta tal-mohh, ezempju ta’ l-id il-leminija tinsab in-naha tax-xellug u vici versa) hija relattivament kbira hafna.  Biex jirregistraw sensazzjonijiet differenti, bhal ugigh, pressa, shana ecc hemm hafna organelli zghar (ghalkemm ghad hemm kontroversja dwar ir-rwol partikulari taghhom).


+:: Forsi Jinteressawk  

Meta tghaggel decizjoni ...

Robert Maxwell – proprjetarju ta’ hafna kumpaniji – kien fanatiku kontra t-tipjip u assolutament ma kien jaccetta l-ebda skuza.  Gie li tilef nies intelligenti li ma ridux jew ma setghux jaqtghu l-vizzju.

Darba kif kien diehel f’ufficcju minnhom ra haddiem ipejjep.  Mar bilgri fuqu u staqsieh:

“Kemm ghandek paga fil-gimgha?”

“$100,” wiegbu dak.

Maxwell hareg il-kartiera u qallu:

“Hawn $400 ...paga ta’ xahar.  U ara ma nergax narak f’dan l-ufficcju jew f’xi ufficcju iehor tal-kumpanija.”

Ir-rager twerwer.  Qabad il-flus u telaq.

Maxwell skanta kif dan la pprotesta u anqas dahal biex jiehu lura hwejgu.  Izda ma damx ma sar jaf li r-ragel li kien kecca ma kienx jahdem mieghu ...kien gie biss biex jaghmel xi negozju.


Twemmin gdid

“Xtaqt naghmel religjon qawwija daqs ta’ Kristu,” qal lil wiehed filosofu.  U dan wiegbu:

“Facli hafna.  Hallihom joqtluk il-Gimgha u l-Hadd ta’ wara ara kif taghmel u qum mill-imwiet.”

Jekk ma tista’ tiftakar xejn li tieghu suppost trodd hajr lill-Mulej, ikolli nghid li l-memorja qed thallik.


Tah milli kellu bzonn

Surmast kien qed jghallem fil-klassi u ntebah li wiehed mill-istudenti ftit kien qed jifhem.  Qallu:

“Mur hdejn l-gharef tad-dezert u ixtri minghandu ratal gherf?”

“Kemm jiswa sinjur?” staqsa l-istudent.

“B’hames liri taghmel festa!” qallu s-surmast.

Xi jiem wara l-istudent qal lis-surmast:

“Mort hdejn l-gharef tad-dezert u qalli li gherf ma fadallux.  Però baghatlek b’xejn xi haga ghalik.”  U newwillu pakkett.

Is-surmast skantat qabad il-pakkett u sab:

‘Ratlejn pacenzja.  Surmast bla pacenzja ma tantx jista’ jghallem!


Problemi li  jqawwuk

Dari l-kumpaniji li kienu jibnu l-vapuri kienu jhabbru li l-injam taghhom hu maqtugh minn sigar imhawla fit-tramuntana tal-muntanja.  L-esperjenza ghallmithom li dawn is-sigar ikollhom igarrbu hafna iktar rih, silg, kesha u maltemp imma dawn l-elementi kienu jaghmluhom iktar b’sahhithom.

Hafna nies huma bhas-sigar.  L-esperjenzi iebsa tal-hajja jimmaturawhom u jissodawhom.


Xi hadd staqsa lil George Burns kemm ghandu zmien.  Dan wiegbu:

“Ruhi qalbi ..meta kont tifel jien il-bahar il-mejjet kien biss marid!”


+:: Simetriji + Bejn grajja, riflessjoni u kwotazzjoni

 

Qrajt storja li wrietni

x’valuri ghandi.

L-istorja tghid li darba

kien hemm zooligista u habibu

mexjin fi triq traffikuza ta’ belt.

F’waqt minnhom l-istudjuz ta’ l-annimali

waqaf u lil siehbu staqsieh jekk kienx qed jisma’

l-hoss ta’ grillu.

L-iehor staghgeb, ma setax jifhem

kif f’dawk il-hsejjes

gharaf il-hoss tal-grillu.

Baqghu mexjin u ftit wara

z-zoologista waqqa’ munita.

Kienu bosta n-nies li waqfu biex jaraw x’waqa’.

“Qed tara,” qallu,

“Nisimghu biss dak li ahna disposti ghalih.”

 

Mhux hekk jaghmel il-player tal-football!

Is-suffara tar-referee jaghrafha fost elf hoss iehor.

Go gegwegija ta’ nies jitkellmu

kulhadd jaqbad id-diskors li jkun jistenna.

 

Sewwa nidraw naqbdu l-frekwenza taghna

u nimbarraw widnejna

ghal dawk il-bosta hsejjes

bla uzu li hemm madwarna.

 

“Jekk xi hadd ghandu widnejn biex jisma’

ha jisma’.”

(Mk 4:23)


+:: Jekk

JEKK … ….tifhem dawn tintebah kemm int fost dawk ta’ xortihom tajba.  Ahjar tahseb kif ser tghin lil haddiehor milli tgerger kemm jonqsuk affarijiet.

Jekk ghandek kotba sbieh – b’materjal li jqawwilek qalbek meta thossok taqta’ qalbek, li jsahhnek f’waqtiet xitwin – ghandek grazzja kbira.  Terz tal-popolazzjoni tad-dinja anqas ghandhom access ghal kiteb wiehed biss – ahseb u ara jkun taghhom.

Jekk dalghodu qomt b’aktar sahha milli mard, inti ahjar mill-miljuni ta’ bnedmin li mhumiex ser jispiccaw il-gimgha.

Jekk qatt ma ghaddejt mill-perikli ta’ gwerra, is-solitudni ta’ cella tal-habs, it-tbatija tat-tortura, u l-ugigh tal-guh, inti ahjar minn 500 miljun bniedem madwar id-dinja.

Jekk tmur il-knisja minghajr biza’ ta’ tpattija, arrest, torturi inkella mewt, inti ahjar minn tliet biljun bniedem fid-dinja.

Jekk fil-frigg ghandek l-ikel, hwejjeg fil-gwardarobba, saqaf fuq rasek u sodda fejn timtedd, inti aktar sinjur minn 75% tal-popolazzjoni dinjija.

Jekk ghandek il-flus il-bank u fil-kartiera u tista’ taghti xi karità – int fost l-iktar 8% tan-nies sinjuri tad-dinja.

Jekk il-genituri tieghek ghandhom mizzewga (lil xulxin) u hajjin – int fost numru ta’ iffortunati li l-ghadd taghhom qieghed dejjem jonqos.

Jekk izzomm rasek wieqfa bi tbissima fuq xofftejk u bi hsieb ta’ radd il-hajr jimrah f’ruhek, inti ghandek grazzja ghaliex il-bosta li jistghu ma humiex konxji tas-sabih li qed jghumu fih.

Jekk tista’ zzomm id xi hadd, tghannaqhom mieghek u semplicement ittaptpilhom fuq spallejhom, ghandek grazzja kbira ghaliex Alla jista’ jinkoraggixxi lil dak li jkun permezz tieghek.

Jekk tlabt ilbierah, ergajt tlabt illum u bi hsiebek tkompli titlob ghada, int xortik tajba ghax huma bosta li ma gharfux lil Alla bhala missier li jhobb u jiehu hsieb uliedu.

Jekk qed taqra dan l-artiklu inti imbierek ghaliex fid-dinja jezistu l-biljuni li ma jafux jaraw – ghaliex hadd ma ghallimhom.

Mela habib ghodd il-barkiet li ghandek u mhux dak li jonqsok.


+:: Fl-Amerika

  • Pizza tasal id-dar qabel l-ambulanza.

  • Ihallu spazju ghall-vetturi ta’ nies bi bzonnijiet specjali quddiem skating rink.

  • In-nies jordnaw double cheeseburgers, chips u diet coke.

  • Il-banek ihallu l-bibien ta’ barra miftuhin u mbaghad jorbtu l-pinen mal-counter.

  • Ihallu karozzi jiswew l-eluf ta’ dollari fid-driveway u jzommu l-imbarazzfil-garage.

  • Jinqdew bl-answering machines biex jirrispondu biss lil min iridu izda
    eta jkunu fuq il-linja ghandhom servizz li jghidulu call waiting li bih jirrispondu lil
    min xtaqu jhallu barra.

  • Jixtru l-hot dogs f’pakketti ta’ ghaxra u l-panini f’pakketti ta’ tmienja.

  • Ghandhom ATM’s apposta ghax-xufiera u l-buttuni taghhom mahsuba wkoll ghall-ghomja.

  • Ihassru sahhithom biex ifaddlu l-flus u mbaghad jonfquhom biex igibuha lura.