|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Hrafa
Irlandiza tirrakkonta li ragel, halliel tal-prima, ghamel avviz li xtaq
ibiegh id-dar. U kien qed jitlob taghha prezz ragjonevoli hafna. Kwazi
kien qed jarmiha meta mqabbla ma’ djar ohra fl-inhawi.
Kien qed jitlob biss favur wiehed... li jzomm id-dritt li juza
grampun li kien hemm hdejn il-bieb principali.
Hafna ma thajrux jixtru l-proprjeta' ghax il-kundizzjoni li kien
qed jitlob ir-ragel dejqithom. Izda
fl-ahhar inqala’ xi hadd li ma ddarras xejn mill-kundizzjoni u xtara l-proprjeta'
bla ma qaghad jahseb xejn fuq il-kundizzjoni.
“X’jista’ jaghmel bi grampun hlief forsi jdendel kappell?”
Wara
xi ftit xhur il-halliel mar lura fid-dar li kien biegh u wera x-xewqa li
jerga’ jixtri d-dar.
Imma din id-darba offra biss nofs il-prezz li hu kien qala’
taghha. Is-sid
il-gdid ma riedx ibiegh.
Allura l-halliel beda kuljum igib xi annimal mejjet u jhallih
imdendel ma’ dak il-grampun... issa qattus... issa kelb... issa gurdien.
L-intiena kienet tqallaghlek l-istonku u hadd ma seta’ jkellmu
ghax il-grampun kien tieghu.
U
s-sid il-gdid kellu kontra qalbu jaghtih lura b’nofs prezz id-dar li
kien xtara. Ghax
mal-hazin ma tridx taghmel kompromessi.
Dun Gorg kien jghid... mill-hazin ahrab dejjem, malajr u fil-boghod.
U
d-drawwa, tajba jew hazina, hi hajta rqiqa... li kuljum tinghaqad mal-hajta
ta’ qabilha sakemm issir habel ohxon li ma tkun tista’ taqtaghha
b’xejn.
PIT
STOPS
2
Tentufiet
li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja
Bil-lejl
qam u hassu bil-guh. Ftakar li
hdejh kellu xi tamar.
Qabad wahda u fid-dawl tax-xemgha ntebah li kellha xi nemel fuqha.
Irmieha ‘l barra mit-tieqa u qabad tamra ohra li x’hin hares
lejha fid-dawl tax-xemgha ra li kienet ukoll xi nemel.
Rega’ rmieha. Imbaghad
tefa x-xemgha, u kiel it-tamar li kien fadal.
Bhal
dak li kien jitghatta b’kutra kull meta kien jirkeb il-karozza ghax is-sewqan
esagerat ta’ siehbu kien ibezzghu jekk jibqa’ b’ghajnejh miftuha.
U
anki ahna kultant nitfu x-xemgha tat-taghlim u nghattu s-sens komun biex
naghmlu dak li joghgobna.
Sewwieq
ta’ taxi rcieva messagg fuq il-mobile biex imur f’indirizz partikulari
biex iwassal lis-sinjura sa belt fil-qrib. B’kumbinazzjoni nzerta vicin
hafna tad-dar taghha u allura wasal ghandha f’inqas minn minuta.
Il-mara skantat u hu biex jimpressjonaha qalilha:
“Qed tara hux x’servizz noffrilek jien.
F’inqas minn minuta wasalt hdejk!”
Izda
l-mara qaltlu:
“Le,
mieghek ma nigix zgur.
Int mhux issuq imma ttir!”
L-istorja
tad-dinja hi mimlija b’nies li zbaljaw ...anke fil-hajja t-tajba.
Abraham
zbalja meta gideb u qal li martu kienet ohtu;
Mosè
zbalja meta ma emminx li Alla kapaci jnixxi
l-ilma minn blata samma;
David
zbalja meta ha l-mara ta’ haddiehor;
Pietru
zbalja meta qal li
ma jafx lil Gesù;
Pawlu
zbalja meta kien ifittex li jarresta lil min kien miexi mat-taghlim tan-Nazzarenu.
Imma
minkejja l-izbalji, dawn kollha sabu hniena quddiem il-Mulej.
Bhalma nsibu ahna li bhalhom zbaljajna, jekk nitolbu hniena.
Jghidu
li fuq il-mejda ta’ l-Ahhar Cena, Leonardo da Vinci kien pitter gmiel ta’
vazun ckejken. Kien
hadlu hafna granet tax-xoghol ghax dahal f’dettalji rqaq.
Meta wara tliet snin xoghol fuq il-pittura li kien fiha 13-il
persunagg, Leonardo esibiha ghall-pubbliku bosta fahhrulu l-vazun izda hu
qalilhom:
“Qed nara li l-vazun qed jiehu l-attenzjoni li jien xtaqt li
jehodha Kristu.”
U
fil-fatt nesa x-xoghol kollu li kien ghamel fuq il-vazun u ghattieh.
Kapaci ahna nwarrbu dak li qed itellifna f’mixjietna lejn l-istess
Kristu!
Dawk
li jghixu skond il-gisem, jahsbu fil-hwejjeg tal-gisem, u dawk li jghixu
skond l-ispirtu, jahsbu fil-hwejjeg ta’ l-ispirtu.
Ghax il-gibdiet tal-gisem iwasslu ghall-mewt, u l-gibdiet ta’ l-ispirtu
jwasslu ghall-hajja u s-sliem…
- S
PAWL (Rum. 8, 5-6)
FIEX
WASALNA!
jikteb
Dr Coronato Grech M.D.
Atti
terroristici, gwerer, refugjati, AIDS, abort, indicenza fil-hwejjeg ecc.
Dawn u hafna iktar narawhom u nisimghu dwarhom kuljum fuq il-media.
U mhux ghageb li xi whud jigu qishom meghluba minn din il-burraxka
kontinwa ta’ ahbarijiet koroh.
Pera' min jahseb li z-zminijiet tallum qishom l-ahhar tad-dinja jew
li dari kien hemm zminijiet ahjar, xi era tad-deheb, ikun juri biss kemm
hija parrokkjali l-vista tieghu.
Anzi skond it-tezi ta’ dan l-artiklu, dawn huma l-ahjar zminijiet
(almenu ghal hafna, inkluzi ahna), possibli sa issa, minkejja dawn l-avvenimenti
kontemporanji koroh (u xi whud huma tassew koroh).
L-atti
terroristici u l-gwerer
ma huma xejn godda; fil-fatt harsa anke hafifa lejn l-istorja turi li l-kapitli
kollha huma mimlija b’xi forma jew ohra ta’ glied.
Hafna rejiet baqghu jissemmew l-iktar ghal battalji li rebhu jew
tilfu – battalji li fihom mijiet u eluf ta’ erwieh anonimi spiccaw
meqruda. Xi
whud minn dawn il-gwerer (u tindif etniku) dawk Bibblici tal-Palestina (madwar
II seklu qabel Kristu); kif ukoll tal-Krucjati tas-sekli 11 – 13; jew
il-gwerer qaddisa ta’ l-Islam mis-seklu 7 lura (tista’ tghid sal-lum).
Kien
hemm imbaghad xi gruppi ta’ nies li ghal perjodi qosra xerrdu terrur
kull fejn resqu; l-Unni tas-sekli 5 u 6 li harbtu l-fdalijiet ta’ l-Imperu
Ruman (li gie mharbat qabel mill-Ostrogoti, Vandali ecc), il-Vikingi ta’
l-Iskandinavja li madwar is-sekli 9 u 10 nizlu u harbtu l-Ewropa; jew
il-Mongoli tas-seklu 13 li resqu mill-Asja ghal-Lvant nofsani u hallew
piramidi ta’ rjus; u f’pajjizna sa ftit iktar minn 200 sena ilu,
il-bdiewa jahdmu fl-gheliqi kienu fil-biza’ li jaqbzu fuqhom il-furbani
u jehduhom ilsiera.
Huwa
veru li llum hawn armamenti ferm qerrieda (u forsi ghalhekk kien hawn,
mill-ahhar Gwerra Dinija ‘l hawn, nofs seklu ta’ relattivament paci),
imma hawn ukoll l-armati tan-Nazzjonijiet Uniti biex jaraw li, jekk jista’
jkun, ma jqumx xi dittatur qerriedi u mignun.
U
r-refugjati, dawk il-vittmi li
nqabdu f’cirkustanzi terribli, illum naraw kif nghinuhom.
Dari meta poplu kien jirbah iehor dawk li ma kinux lahqu harbu
kienu jispiccaw immassakrati jew mehuda prigunieri ez. fil-ktieb tan-Numri
kapitlu 31, versi 1 – 40; jew meta fil-1099 il-Krucjati hadu lil
Gerusalemm qatlu kwazi lill-abitanti kollha; kif imbaghad kienu ghamlu t-Torok
meta hadu lil Kostantinopli fil-1453.
U l-massakri li wettqu l-Ewropej, b’armamenti superjuri, fuq l-Amerindjani,
inkluz il-qerda ta’ l-Imperi Inka u Aztek tal-Amerika Centrali, jew
lill-indigeni tat-Tasmanja li kkaccjawhom bhall-annimali, jew lill-hafna
popli Afrikani.
Anzi
ma’ l-Afrikani, sar wiehed mill-aghar kapitli fl-Istorja Ewropeja, meta
bejn is-sekli 15 u 18 madwar 10 miljun Afrikan nhatfu u ttiehdu lsiera
lejn l-Amerika: it-tbatija, il-firda, l-imwiet huma indeskrivibbli.
B’xorti tajba s-sistema ta’ l-iskjavitù, tant komuni fid-dinja
antika, illum ilha li spiccat.
Mard:
Rigward mard jittiehed sesswalment, bhall-AIDS li veru llum hawn qisha
epidemija, imma ta’ l-inqas llum nafu minn fejn jigi, xi prekawzjonijiet
nistghu niehdu u r-ricerka ghadha dejjem sejra biex forsi nsibu l-kura.
Dari l-mard u l-epidemiji qatt ma kienu nieqsa, anzi kienu hafna
iktar komuni l-iktar fi bliet kbar minghajr igjene ta’ xejn (djar
minghajr ilma jew loki).
Mewgiet ta’ pesta (bhal dik tas-seklu 14 li qatlet terz
tal-popolazzjoni ta’ l-Ewropa) ta’ kolera u ta’ tuberkolozi hallew
tharbit socjali u ekonomiku barra l-mizerja u tbatijiet immensi.
Meta tfaccat il-marda tas-sifilida fit-tmiem is-seklu 15 (jinghad
li gabuha l-bahrin ta’ Kristoferu Kolombu mill-Amerika) din xeghlet
madwar l-Ewropa u peress li ma kinux jafu sew x’inhi l-kura spiss kienet
aghar mill-marda.
(Dr
Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta’ Marzu)
FORSI
JINTERESSAWK
La ghadna
hajjin ….
Qassis
iddecieda li jitlaq il-ministeru ta’ qassis u sar deffien.
Xi hadd staqsieh ghaliex telaq u dan wiegeb:
“Meta kont qassis kont nghid liz-zghazagh biex ihallu t-triq l-imghawga,
nipprova npoggihom fuq dik id-dritta izda wara ftit jergghu ghallikienu.
Kont inkellem lill-mizzewgin biex ihallu l-hajja hazina li kienu
qed jghixu u jergghu ghat-triq id-dritta.
Imma kliemi ma kinux jaghtu kasu.
Insomma, kont nipprova niddrittahom imma ghalxejn.
Issa nahdem fost il-mejtin... u dawn darba niddrittahom jibqghu
dritti ghal dejjem.”
Sakemm
il-bniedem jibqa’ haj jibqa’ jizbalja.
Imma jekk nitghallmu mill-izbalji l-waqghat ikunu inqas spissi.
U niftakru li min waqa’ u rega’ qam qisu ma waqax.
Tama
tal-hajja
Xi
hadd darba qal:
“Tista’ tghaddi erbghin jum bla ikel... ghoxrin jum bla ilma…
erbat ijiem bla irqad, erba’ minuti bla arja u inqas minn erba’
sekondi bla tama. Min jghix bla
tama mhux jghix ikun imma jezisti.”
Gesù
qalilna: “Ejjew
ghandi intom imtaqqlin u mghobbijin u jien inserrahkom.”
Ateu
L-aghar
mument ta’ bniedem li ma jemminx f’Alla hu meta jhoss li ghandu
jirringrazzja lil xi hadd u jsib li ma hemm hadd li hu jemmen fih biex
jirringrazzjah!
Ftakar fih
Arthur
Miller kien qed jiehu drink f’bar meta ragel liebes pulit resaq fuqu u
qallu:
“Int Arthur Miller?”
“Iva, jien hu.”
“Lili tiftakarni?”
“Wiccek donnu mhux gdid ghalija.”
“Jien Sam. Kont
mieghek il-kullegg. Illum
ghandi xi department stores.
Int x’qed thawwad?”
“Jien!... Nikteb!”
“U x’tikteb?”
“Plays... l-iktar.”
“Ipproducejt xi tnejn fuq il-palk jew?”
“Iva, xi whud.”
“Tghid smajt b’xi wahda jien?”
“Nahseb li smajt b’Death of a Salesman!”
Sam
inhasad. Wiccu
bjad. Ma
kienx jaf li siehbu sar daqshekk popolari.
Ghal mument ma setax ilissen kelma u mbaghad qal:
“Mela dak int Arthur Miller!”
Ghal min
irid jifhem
Wara
li rtira mill-Università ta’ Chicago, Robert Hutchins staqsewh jekk
ghadhomx jghallmuhom dwar il-Komunizmu.
“Iva,” ammetta, “u dwar il-cancer fil-Medical School!”
L-umiltà
Kien
kappillan twajjeb u n-nies tal-parrocca tawh medalja li fuqha kien hemm
il-kliem:
‘Lill-aktar kappillan umli tad-djocesi.’
Izda
haduhielu l-gimgha ta’ wara ghax dan fettillu jilbisha.
AHBARIJIET
TA’ INTERESS
IZZEWGU
Ronnie
Camilleri ta’
Triq il-Knisja lil Janet Xuereb ta’
Triq Bingemma;
Simon Grima ta’
Triq il-Madonna ta’ Lourdes lil Maureen
Buttigieg (Xewkija);
Lisa Marie Portelli ta’
Triq Guzè Ellul Mercer lil David
Attard (Ghajnsielem).
Filwaqt
li nawgurawlhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb.
Qeghdin fis-sena ddedikata lir-ruzarju.
Jalla nsibu wisa’ fil-familji taghna ghal din it-talba.
It-talb hu garanzija ta’ ghaqda.
IL-LAQGHA
TA’ JANNAR
Bhas-soltu
nibdew is-sena b’dahka ta’ bejn il-hbieb fil-farsa ta’ Spiru –
farsa li zgur ma ghandha bzonn ta’ ebda introduzzjoni man-nies tan-Nadur.
Din is-sena kien jisimha ‘Spiru u l-Maratona tal-Football’.
Kienet mibnija fuq situation humour fejn id-dahka l-kbira tkun
minsuga fl-istorja kollha b’sorpriza fit-tmiem.
Numru
sabih ta’ guvintur attendew ghal din il-laqgha.
Maghhom kellna wkoll ghadd ta’ old boys.
Hadna gost li numru hekk sabih ta’ guvintur laqa’ l-istedina
taghna u jalla jibqa’ numru sabih minnhom li jzomm l-appuntament ta’
kull xahar. Il-laqghat,
fuq medda ta’ sena, ikunu mhawrin sew.
Ibqa’ cert li minn kull laqgha tiehu xi haga.
Nafu li llum il-hajja hi mghaggla u mhux dejjem issib il-hin biex
tattendi – forsi frott l-aljenazzjoni, minhabba xi harga mal-hbieb u l-bqija.
Izda mil-laqgha ta’ Jannar nintebhu li fejn hemm ir-rieda wiehed
kapaci jsib hin u jattendi.
Il-futur tal-laqgha jiddependi minn dawk li jzommu l-appuntament
maghna u jaghtuna titwila fl-ewwel Sibt tax-xahar.
Hajr
lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li
qassamna wara l-laqgha.
IL-LAQGHA
TA’ FRAR
Ser
issir nhar is-Sibt 1 ta’ Frar fis-7.15p.m.
Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll ghal din il-laqgha ta’ l-ewwel
Sibt. Meta
thajjar lil shabek jigu wkoll tkun qed tghin fit-tixrid tal-kelma t-tajba.
Mela
habib narawk nhar is-Sibt 1 ta’ Frar fis-7.15p.m. wara l-ahhar quddiesa
fil-parrocca ...u jekk taf b’xi hadd li s-soltu narawh biss ghall-farsa
ghaddilu kelma.
Nixtiequ ferm li nkunu numeruzi bhalma konna ghal-laqgha ta’
Jannar.
NAF
LI NASAL
Jekk
tahseb li ser tehel, hemm tibqa’
Jekk
tiffissa f’xi fjask, ma tasalx.
Jekk
tahseb li m’intix ser tirbah, titlef
Jekk
tigri wara l-hin, ma tlahhaqx.
Jekk
tinfixel b’xi telfa, qatt glorja
Ghax
dak li hemm fil-mohh biss isehh.
Is-success
hu haga mentali
Aktar
minn dawl ta’ sajjetta jlehh.
Il-battalji
tal-hajja qatt ma ntrebhu
Mill-aktar
f’sahhtu jew ghani fil-hsieb
Izda
minn dak li go mohhu dahhalha
Li
ghalih is-success wara l-bieb.
SNAPSHOTS
Stejjer
u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom
Il-mexxej
Indjan Mahatma Gandhi
kien
inqatel minn estremista Hindu
fl-1948.
L-assassin
kien qed jistenna
bil-pali
ta’ idejh flimkien,
li
hu sinjal Hindi,
li
jfisser hbiberija.
F’idejh
kien qed jahbi revolver zGhir.
Kif
Gandhi kien ghaddej
sparalu
tliet tiri mill-qrib.
Hekk
kif Gandhi waqa’ fl-art
ghamel
idu ma’ mohhu,
li
hu sinjal Hindi,
ta’
mahfra.
Meta
kien fil-prova
Gandhi
wera tassew il-fibbra tieghu.
U
ahna min itellifna ftit
nehduha
kontrih
u
ta’ tazza nippruvaw niehdu barmil.
Ghal
xi whud il-mahfra hi biss
ghall-okkazjonijiet
li fihom ma tistax taghmel iehor.
Jahasra!
Jinsew
li l-mahfra tnehhi toqol mill-qalb.
Qal
sewwa dak l-gharef meta lissen:
“Meta
bniedem hazin jonqsok ahfirlu
ghax
inkella n-nies il-hziena jkunu tnejn.”
Fi
Frar tigi ccelebrata l-festa ta’ San Valentinu.
Din il-grajja turina li l-imhabba tmur ‘il hemm minn dak li
jidher.
WARDA
FUQ IL-PAVRU
John
Blanchard qam mill-bank fejn kien qed jistudja l-ghagha tan-nies ghaddejja
mill-istazzjon centrali ta’ New York.
Kien qed jgharrex ghal tfajla li kien jaf lil qalbha izda ma kellux
hjiel ta’ suret wiccha.
Kien ilu johlom biha tlettax-il xahar minn dik il-ghodwa f’hanut
tal-kotba wzati gewwa Florida.
Kien qed iqalleb il-kotba sakemm gie f’idejh wiehed li kien
mizghud b’noti hfief b’lapes.
Il-kalligrafija kienet tixhed persuna ta’ hsieb, metikoluza u
preciza f’dak kollu li taghmel.
Fin-naha
ta’ gewwa tal-qoxra sab l-isem ta’ dik li xi darba kienet sidtu: Miss
Hollis Maynell. Kellu
jaghmilha ta’ ditektiv biex irnexxielu jakkwista l-indirizz taghha.
Kienet tghix New York.
Kitbilha ittra u stedinha biex tirrispondih.
L-ghada kellu jhalli pajjizu ghal missjoni fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Matul
is-sena u xahar ta’ wara ghaddew bejniethom bosta ittri.
Kull ittra kienet zerriegha tajba fuq art ghammiela.
L-imhabba bdiet toktor. Blanchard talabha ritratt izda dan qatt ma
wasal. Kienet
thoss li jekk ihobbha bil-verità, suritha ma kellhiex taghmel differenza
ghalih.
Meta
seta’ jmur lura d-dar iffissaw appuntament – fis-7.00 ta’ filghaxija
fi Grand Central Station ta’ New York.
“Taghrafni
mill-warda hamra li jkolli fuq il-pavru,” kitbitlu.
Ghalhekk fil-hin miftiehem kien qieghed fil-post maghzul jistenna
lit-tfajla li kien sar jafha lil qalbha izda mhux lil wiccha.
Mr
Blanchard ikompli l-grajja:
“Rajt
tfajla riesqa lejja: irqiqa u twila; xagharha kollu nokkli jilaghbu ma’
widnejn delikati; ghajnejha blù daqs is-sema car tax-xitwa; xofftejha u
l-haddejn fini daqs il-kristall; kienet liebsa libsa hadra li fiha stajt
tilmah il-bidu tar-rebbiegha.
“Tant
kont mifxul inhares li anqas biss intbaht li ma kellhiex warda fuq
il-pavru. Malli
qomt, tbissima ghawget ix-xofftejn sbieh taghha u lissnet: “Sejjer xi
mkien bahri?”
U donni bla ma naf ghamilt pass iehor lejha u b’hekk stajt nara
lil Hollis Maynell. Kienet
ezatt wara dik it-tfajla angelika.
Sibt ruhi quddiem mara ta’ aktar minn 40 sena, b’xagharha kwazi
beda jibjad migbud taht kappell.
Kienet aktar minn mibruma, b’saqajn hoxnin go zarbun catt.
“It-tfajla
liebsa l-ahdar baqghet miexja u jien hassejtni ninqasam fi tnejn, tant
kont imxennaq biex nimxi warajha izda l-ahhar tlettax-il xahar ma hlomt
b’hadd ghajr b’Hollis.
“Bqajt
hemm qisni statwa tal-melh.
Wiccha mfaqqa’ kien juri certa mhabba matura u ghajnejha grizi
kienu leqqiena. Ma
kienx hemm x’taghmel!
“Urejtha
l-ktieb b’qoxra blù tal-gild li kellu juriha jien min jien.
Forsi din ma kinitx ser tkun imhabba, forsi xi haga aktar,
hbiberija li taghha kelli ghalfejn inkun obbligat.
“Waqqaft
spallejja u sellimtilha, newwiltilha l-ktieb hekk kif ghoqla telghet ghal
grizmejja bid-dizappunt li hassejt f’qiegh qalbi.
‘Jien Lieutenant John Blanchard, int Miss Maynell, hux hekk?
Ili hafna biex niltaqa’ mieghek.
Immorru nieklu?’
“Wicc
il-mara sar tbissima wahda.
‘Ma nafx din xi storja hi, ibni.
Jien m’iniex Maynell u kienet dik it-tfajla liebsa l-ahdar li
qaltli biex naghmel din il-warda fuq il-pavru.
Qaltli li jekk toffrili biex tehodni niekol ghandi nghidlek li hi
qieghda tistenniek f’dak ir-ristorant il-kbir li qed tara n-naha l-ohra
tat-triq. Ippruvat
tfissirli li dan hu forma ta’ test!’”
Mhix
haga difficli li tintebah u tammira l-hsieb ta’ Miss Maynell.
In-natura vera tal-qalb tidher kif wiehed igib ruhu ma’ l-ordinarju
u n-normali.
|