IL-HBIEB ISEJHU
Frar 2004 | Harga Nru. 4
50
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

Ikklikkja fuq il-banner sabiex taqra s-suppliment specjali tal-harga numru 450


L-EDITORJAL

Il-poplu Lhudi hu maghruf ghall-eluf ta’ stejjer u leggendi marbutin mal-mexxejja li mexxewhom tul iz-zminijiet. Fosthom, bla dubju, wiehed mill-ikbar kien Mose.

U l-istorja tghid li darba Mose kien ghaddej minn qalb it-tined tal-Lhud li kienu mieghu fid-dezert fi triqthom lejn l-art imwieghda. U waqaf f’daqqa meta sema’ lil xi hadd jitlob jghajjat. Gharfu. Kien Samel bin Xmun.

“Mulej kemm nixtieq li kont is-seftur tieghek. Kieku nqum kmieni u nlestilek il-kolazzjon. Inhejjijlek il-hwejjeg li zgur ikunu nodfa u bla tikmixa. Il-qorq ukoll nara li jkun jilma u sabih biex ma jaghmilx ghajb lill-hwejjeg l-ohra. U ngorrlok l-ilma u l-ikel biex malli thoss l-ghatx u l-guh inkun nista’ ntaffihomlok…”

Mose mtela’ bil-qilla ghal dan il-kliem. Ma setax jifhem kif minkejja t-taghlim kollu tieghu dan il-Lhudi kien qed jitkellem hekk. Dahal fuqu bil-herra.

“Imma kif ma taslu qatt li tifhmu li Alla taghna hu spirtu. La jehtieg l-ikel u anqas l-ilbies. Ma ghandux bzonn min iseftirlu ghax ma jonqsu xejn. Mela qis li ma tergax ittenni l-kliem li ghadek kemm ghidt ghax inkella nikkastigak bl-ahrax.”

Samel immuta. Hekk kien is-soltu jitlob u kien jaghmel hekk bil-qalb. Ma setax jifhem ghax Mose heddu b’kastig.

Dik il-lejla l-Mulej kellem lil Mose u qallu:

“Ghaliex ma hallejtux jitlob lil Samel kif dejjem kien jaghmel?”
“Ghax dak ma jafx jitlob. Kien qed jghidlek…”

Il-Mulej qataghlu kliemu:

“Hallih Mose lil Samel jitlob kif jaf. Ma tafx li jien qajla naghti kas tal-kliem li jinghad imma nisma’ biss il-lehen tas-sentiment wara l-kliem. U naf zgur li fil-qiegh ta’ qalbu Samel kellu mhabba u rispett kbir lejja. U dak hu l-importanti.”


MID-DJARJU TA’ DR A J CRONIN

Meta rajt li bqajt b’xiber imnieher u x-xoghol ta’ dresser fl-isptar tal-Professur MacEwen kien inghata lil haddiehor komplejt inhuf u nfittex u sibt li fi sptar qrib kien hemm post ghal student li kien lest iqatta’ xi hin iservi lill-pazjenti, wara li t-taghlim fl-Universita jkun spicca…

Grejt u applikajt u accettawni mill-ewwel.  Sibt ruhi student haddiem fl-isptar mentali ta’ Lochlea.

Kienet esperjenza gdida.  Qatt ma hdimt ma’ pazjenti morda b’mard mentali.  Imma malajr drajt.  Kien hemm tahlita shiha ta’ pazjenti.  Zghazagh u nies mezz’età.  Xjuh u morda.  Lili tawni z-zghazagh u kont immur tajjeb hafna maghhom.  Norganizzalhom loghob u nohorgu flimkien fil-gnien.  U kelli stipendju tajjeb hafna.  Barra l-fatt li kelli wkoll kamra fejn noqghod, ikla u breakfast b’xejn.  U stajt ukoll nistudja x’hin il-pazjenti jorqdu.  Kien xoghol stupend ghalija.

U fost il-pazjenti kien hemm certu George.  Dan kien jidher zaghazugh normali.  Jitkellem mieghek ma tintebahx li hu kaz mentali.  Qalli ghax kien qieghed hemm.  Ghax kien qatel lil kuginuh billi fgah ghax dan kien attakka lil ohtu.  U l-magistrat flok baghtu ghomru l-habs baghtu ghomru f’dan l-isptar.

Hassejt ghalih u ridt naghmel xi haga biex nehilsu.  Darba gibt id-diskors fuqu ma’ wiehed mit-tobba ta’ Lochlea – Dr Gavinton – u ghidtlu li ghalija din kienet ingustizzja.  Post George ma kienx f’dan l-isptar.

“Meta fl-idea tieghek ghamilna hazin li accettajnieh!”
“Forsi dakinhar li dahal kien marid imma issa fieq.  U la wettaq dak li wettaq meta kien marid dan ghandu jinheles.”

Dr Gavinton hares cass lejja.

“Ibqa’ cert li la accettajnieh hawn jiswielu.”

Id-diskursata waqfet hemm. Izda xi jiem wara kont sejjer lejn il-kamra tieghi wara serata ohra ta’ tahbit meta l-ghassies qalli li dakinhar George kien f’wahda mill-aghar burdati u li ghal dik il-lejla kienu ghalquh f’cella apposta.

“Ha mmur narah.”
“Li kont minnek ma nersaqx lejh il-lejla.  Imbaghad ghada, meta jghaddilu, mur u kellmu bil-kwiet.”

Ghax kellu l-ghassies jindahalli x’naghmel!  Fl-ahhar mill-ahhar jien kont student fl-Universita!  U dan l-ghassies forsi bilkemm jaf jikteb ismu!

U mort fic-cella.  Dhalt u ghajjatt lil habibi.  Ma niftakar xejn izjed hlief li nara lil George ihares bl-ikrah lejja u jkisser fuq rasi l-mug tat-tè li kont qed ingorr.  Imbaghad x’hin kont ma’ l-art hatafni minn ghonqi u hassejtu qed jifgani.  B’xorti tajba l-ghassies gie ma’ xi nurses u helsuni fil-hin.

Xi granet wara ergajt iltqajt ma’ George.  Gie jigri ghal hdejja imma jitbissem.

“Skuzani habib li d-darba l-ohra ghamiltlek hekk imma int ma kien messek qatt tattakka lil ohti.”

Issa fhimt ghax Dr Gavinton kien qalli li qalli.  George kien kultant johlom li habibu kien attakka sesswalment lil ohtu.  U hu kien irid joqtlu biex ipattihielu.  Il-helwa hi li dan l-imbierek George ma kellux hutu.  Kien tifel uniku.

Parir minghand habib iznu qabel tarmih.


MALTEMPATI FIS-SISTEMA LIMBIKA
jikteb Dr Coronato Grech M.D.

Forsi l-iktar kontinent li ghadu misterjuz huwa dak ta’ go rasna.  Hawnhekk kull wiehed u wahda minna ngorru l-iktar massa kkumplikata li, s’issa, nafu li tezisti fl-univers – massa ta’ xi 1.4 kilo, li taghtina dak il-fenomenu ta’ l-ghageb, il-konxju. Din il-massa tirregola u tikkordina wkoll il-processi kollha tal-gisem.  U ghalkemm illum nafu mhux hazin fuq il-fizjologija tal-mohh, però ghadna lura sew milli nifhmu hafna affarijiet ohra, bhall- emozzjonijiet u liema partijiet tal-mohh huma assocjati maghhom.  U fost l-istrutturi li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-emozzjonijiet nsibu s-sistema limbika1 li l-attivitajiet fiha, jew maltempati newronali2, tant jafu jgibu tibdil fl-istat mentali u fl-agir.

Bazikament u fuq fuq hafna, il-mohh jikkonsisti minn zewg emisferi, l-emisferi cerebrali, fejn apparentament hemm ic-centru tar-raguni u l-personalità; speci ta’ mohh jew cerebellum, li jikkordina l-movimenti tal-muskoli; u speci ta’ zokk zghir centrali li jzomm dawn l-istrutturi u li jirregola fost affarijiet ohra, in-nifs u l-qalb; u xi strutturi fuq kull naha tac-centru.  U fost dawn ta’ l-ahhar nsibu s-sistema limbika li tikkonsisti, fuq kull naha u f’forma ta’ kwazi cirku, in-nukleju amigdolu3, il-qarn ta’ Ammon4, in-nukleju talamiku5, il-hippokampus6, il-forniks7; u l-ghoqod mammillari8.  Kotba u studjuzi differenti gieli jdahhlu strutturi differenti fis-sistema limbika, indikazzjoni cara kemm ghadna lura milli nifhmuha sew.  Bhal kull parti ohra tal-gisem, il-mohh huwa maghmul minn celloli specjalizzati msejha ‘newroni’.  Huwa stmat li fil-mohh kollu hemm madwar 100 biljun newroni, b’kull wahda b’mijiet jew eluf ta’ konnessjonijiet.  Mhux ghageb li l-mohh huwa l-iktar haga kkumplikata li nafu biha u li ghad baqghalna hafna u hafna x’nitghallmu dwaru.

Li s’issa ta’ l-inqas nafu li certi postijiet tal-mohh huma specjalizzati ghal certi funzjonijiet.  U fost dawn, is-sistema limbika, li hija parti mill-mohh pjuttost primittiva fis-sens evoluzzjonarju, tidher li hija assocjata hafna max-xamm9 kif ukoll, specjalment fl-inhawi ta’ l-amigdolu, ma’ emozzjonijiet bazici u annimaleski, bhall-akkwist ta’ l-ikel, glied u sess.  Esperimenti fuq annimali bhal qtates urew li jekk, b’kurrent zghir elettriku, tistimola l-amigdolu, ikun hemm agir tassew aggressiv; waqt li jekk l-amigdolu tnehhih, l-annimal isir docli hafna.

(Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta’ Marzu)

1 Mil-Latin ‘limbus’ ghal tarf.
2 Hemm tipi ohra ta’ maltempati newronali li ma humiex s-suggett ta’ dan l-artiklu.  Dawn huma disturbazzjonijiet elettrikali fin-newroni li jirrizultaw fl-attakki ta’ l-epilessija, fejn il-pazjent jintilef minn sensih, jaqa’ ma’ l-art, jaqleb ghajnejh, jiccaqlaq bla kontroll, jhezzez snienu, jikhal, ecc.
3 Mill-Grieg ghal ‘lewza’
4 Ammun kien alla mportanti Egizzjan (kultant l-anatamosti juru immaginazzjoni fertili).
5 Mill-Grieg ghal tip ta’ kamra, ghax ghal bidu r-Rumani hasbu li din il-parti hija vojta u allura tixbah kamra.
6 Hippokampus kien monstru tal-mitologija li kellu l-parti ta’quddiem ta’ ziemel u l-parti ta’ wara ta’ huta.
7 Mil-Latin ghal ‘arkata’ ghax din hi l-ghamla tieghu.
8 Mil-Latin ghal sider’ u ssemmew ukoll hekk minhabba l-ghamla.
9 Tant li isem bikri ghaliha kien ‘rhinecephalon’ jew ‘mohh tax-xamm’.


FORSI JINTERESSAWK

Missier u President

Iben il-President Amerikan William Howard Taft zelqitlu kelma iebsa kontra missieru meta f’mument ta’ rabja sejjahlu ‘bla sens’. 

Il-genituri ddecidew li haqqu kastig u kienu qed jiddiskutu x'ikun l-ahjar li jaghmlu. Bla ma ntebhu t-tifel qorob lejhom u qal lil missieru:

“Jien ghidtlek hekk bhala President ta’ l-Amerika mhux bhala missieri.”

"F’dak il-kaz ma haqqek l-ebda kastig ghax ahna qed nghixu f’socjeta hielsa u ghandek kull dritt issejjah lill-President ‘bla sens’.”


Holoq tradizzjoni

Ir-Re ta’ l-Ingilterra hass li ghandu jonora l-produzzjoni tal-‘Messiah’ li kienet qed tindaqq ghall-ewwel darba fl-Ingilterra fil-prezenza tieghu. U tant ha pjacir li f’hin minnhom, kontra kull etikett, qam b’sinjal ta’ rispett... u hekk ghamlet il-bqija ta’ l-udjenza.

Minn dakinhar kull meta saret din il-produzzjoni l-udjenza dejjem tqum fil-hin ta’ l-Allelulia b’sens ta’ rispett. 


'Aghmlu dmirkom!'

Xi suldati dahlu fi knisja waqt li qassis kien qed iqaddes u ordnawlu jieqaf mill-quddiesa ghax l-ordni taghhom kienet li jisparaw.

“Wettqu dmirkom bhalma jien ser inkompli inwettaq tieghi.”

Il-quddiesa tkompliet... ma nstemghux tiri… 


Bejn zewg gellieda

Zewg guvnotti kienu mexjin u wiehed minnhom lemah gewza fl-art imma siehbu kien iktar pront minnu u gabarha qablu. It-tnejn bdew jitlewmu sakemm raw riesaq avukat u ddecidew li jirrikorru ghandu u jhallu f’idejh biex jaqta’ l-kwistjoni.

Dan gab gebla minn fuq il-hajt, qasam il-gewza. Ta nofs il-qoxra lil wiehed u nofs l-iehor lil siehbu waqt li hu kiel il-gewwieni.

Dan hlasi tas-servizz,” qalilhom u kompla fi triqtu.

‘Bejn zewg gellieda... igawdi t-tielet,’ jghid qawl barrani.  


Bejn kliem u provi ta’ ...

Ragel mar jissellef il-hmar ta’ habibu:

“Ghamilli pjacir u islifni l-hmar tieghek ghax tieghi sebah izappap.”
"Kont nislifulek bil-qalb imma b’kumbinazzjoni ga sliftu lil kuginuwi.”

Dak il-hin il-hmar beda jinhaq.

“Qed nisimghu jinhaq... kif tghid li ga sliftu?”
“Isma’ xbin... int lil min ser temmen... lill-hmar jew lili?”  


Kulhadd kif jahsibha!

Messmore Kendall kien segretarju tal-President Theodore Roosevelt li kien jiehu l-ittri li jikteb il-President bix-shorthand u wara jittajpjahomlu. Imma l-President dejjem kien jikkoregi xi kelma. U Kendall kien jerga’ jittajpjahom imma meta ntebah il-president tghidx kemm sahan:

“Hallihom bl-izbalji ghax hekk naghtihom xehta ferm iktar personali. Jahsbu li nkun ittajpjajthom jien!”


Ghal min irid jifhem ...

Mara baghtet storja ta’ xi mitt pagna lill-editur tal-World Work, Walter Hine – biex jikkunsidraha ghall-pubblikazzjoni. Xi granet wara rceviet l-karti lura b’nota qasira li l-istorja ma kinitx tilhaq il-livell mixtieq. Jiem wara Walter Hine rcieva r-risposta tal-mara:

“Int giddieb u falz u nista’ nippruvalek dan li qed nghid. Jien wahhalt ma’ xulxin il-pagni 20, 21 u 22 u meta l-istorja giet lura dawn kienu ghadhom inwahhlin.  Dan juri li int ma qrajtx l-istorja. Kif tista’ allura tghid jekk din hijiex ta’ livell jew le.”

Hine wegibha b’nota qasira:

“Sinjura biex nintebah li bajda hi hazina tahseb li ghandi nixtrobha kollha?”


AHBARIJIET TA’ INTERESS  

IL-LAQGHA TA’ JANNAR

Kellna farsa ohra mis-sensiela ta’ Spiru li din is-sena kien jisimha ‘Meta Spiru thabbeb mas-Super’. In-numru sabih ta’ zghazagh li attendew kellhom serata ta’ dahk bejn il-hbieb. Hija hasra li dan l-istess numru ma narawhx regolari fil-laqghat l-ohra ta’ matul is-sena.  Dan kien l-avviz taghna fil-bidu tal-farsa.  Il-laqgha naghtuha nifs gdid jekk irridu ahna.  L-ghasfur qieghed f’idejna.  Hux haj jew mejjet jiddependi minna.  Jekk kull wiehed minna jaghmel proponiment li din is-sena jattendi ghal-laqghat li jkollna nkunu qed ninjettjaw hajja gdida f’din il-laqgha li issa diehla fit-38 sena taghha.  Numru sabih ta’ rgiel ukoll kienu prezenti ghal din il-farsa.  Kieku mistiedna maghna bhalma jkunu ghal-laqgha ta’ Awissu.  Il-prezenza taghhom hija apprezzata hafna.

Hajr lil Toni Debono li bhas-soltu madwaru kienet mibnija l-farsa, lil Darren Vella u Karistu Camilleri li flimkien maz-zghazagh taghna ffurmaw il-kast ghal din il-farsa.  Nixtiequ nirringrazzjaw lil Kevin Vella ta’ Wasabi Chinese Restaurant ta’ Pjazza San Guzepp, il-Qala tal-voucher ta’ Lm5 li tana li mess bix-xorti lil Savior Attard ta’ Triq il-Qala.  Hajr ukoll lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna waqt il-laqgha.

IL-LAQGHA TA’ FRAR

Nistedukom ghal-laqgha li ser issir nhar is-Sibt 7 ta’ Frar fis-7.15p.m.  Ser naraw video bl-isem ‘L-Akbar Trux’ dwar grajja, ambjentata l-Iskozja, li fiha taghlima li tiswa ghalina lkoll.  Jalla naraw lil dawk kollha li laqghu l-istedina taghna ghal-laqgha ta’ Jannar.  Jiehdu gost u jkun qed isirilhom il-gid.

Mela habib nistennewk.  Nhar is-Sibt 7 ta’ Frar fis-7.15p.m


EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA

[Ragel b’idu paralizzata dahal fis-sinagoga:]

“U kienu ghassa tieghu biex
jaraw jekk ifejqux nhar ta‘ Sibt,
biex ikolhom fuqhiex jugzawh.” {Mk 3:2}

F’rahal Ewropew, nies ta’ certa eta
kienu jroddu salib
hekk kif jghaddu minn qrib parti ta’ hajt.
Ma kinux jafu ghaliex,
ghajr li l-genituri taghhom
hekk kienu jaghmlu.

Meta’ waqa’ l-Gvern Komunista
xi haddiema kienu qed inaddfu t-tibjid
u sabu xbihat tal-Madonna u Gesu fil-hajt.
Ir-raguni tad-devozzjoni harget wehidha.
Izda kien sar ritwal mhux att ta’ fidi.
Xi Lhud ta’ zmien Kristu
kienu waqghu f’dan l-izball.
Ir-Religjon ghalihom kienet saret ritwal.
Kristu sfidahom biex ma jibqghux.

Kif qed nipprova ma nhallix ir-Religjon tieghi
tispicca ritwal biss -
flok storja ta’ mhabba?

Waqt it-talb ahjar ikollok
Qalb minghajr kliem
milli kliem minghajr qalb.

John Bunyan


BEJN KLIEM U GHEMIL

Ghad li kienet omm ta’ tlett itfal (ta’ 3, 12 u 14-il sena), Bertha xorta wahda marret il-kullegg biex tistudja ghal degree. U rnexxielha. L-ahhar klassi li kellha tattendi kienet tas-Socjologija.

L-ghalliem kellu l-kwalitajiet kollha li jispira lil dawk ta’ madwaru. Kemm kienet tkun isbah id-dinja kieku kulhadd kien imzejjen bhalu! Qal lill-istudenti tieghu, zghazagh u kbar, biex meta johorgu mill-klassi jitbissmu lil tlieta min-nies u jiktbu fuq x’kienet ir-reazzjoni tan-nies. Peress li Bertha kellha karattru ferriehi, dejjem mitbissma u tixtieq il-jum it-tajjeb lil dak u lill-ohra hassitha li ser tkun haga hafifa.

Xi jiem wara flimkien ma’ zewgha u binha z-zghir inzertaw fi stabbiliment tal-McDonald’s. Kienu qeghdin fil-kju meta f’daqqa wahda, hafna minn dawk li kien hemm warajhom u qabilhom telqu u ftit wara anke zewgha hallieha hemm fin-nofs wehidha. Izda Bertha ma tharrkitx pulzier. Harset madwarha mifxulha ghax immaginat li xi haga terribli kienet qed tigri u hi kienet l-unika li ma ndunatx. Gisimha qam xewk xewk.

Hekk kif daret xammet riha tinten taqsam u ezatt warajha kien hemm zewg irgiel li jghixu fit-toroq... mahmugin u mitluqin. Hekk kif harset lejn il-qasir – l-eqreb lejha – dan tbissmilha. Hekk kif hares lejha, ghajnejh blu car kienu jirriflettu d-dawl ta’ Alla hu jfittex min jaccettah. Qalilha ‘il-jum it-tajjeb’ hekk kif beda jghodd il-ftit centezmi li kellu.

It-tieni ragel kien qed jilghab b’subghajh hekk kif kien bil-wieqfa ezatt wara habibu. Kien jidher li mohhu mhux mija fil-mija u r-ragel b’ghajnejh zoroq kien is-salvazzjoni tieghu. Demgha xirfet f’ghajnejn Bertha.

It-tfajla tal-counter staqsiethom xi jridu u ta’ ghajnejh zoroq qalilha:

“Kafe kulma rridu Miss,” [ghax dak li setghu jhallsu. Jekk ridu joqoghdu fir-ristorant biex jishnu kellhom jixtru xi haga.] Bertha gietha t-tentazzjoni li tghannaq lil dak ta’ ghajnejh zoroq izda dak il-hin indunat li ghajnejn dawk kollha prezenti kienu msammrin fuqha. Bertha tbissmet u lit-tfajla tal-counter qaltilha li riedet zewg kolazzjonijiet ohra fuq tray separat.

Imbaghad qabdet dan it-tray ta’ l-ahhar u marret lejn il-mejda fejn kienu xehtuha dawk iz-zewg irgiel. Poggiet it-tray fuq il-mejda u ghamlet idha fuq id ir-ragel ta’ ghajnejh zoroq. Hu hares lejha, u bid-dmugh f’ghajnejh qalilha: “Grazzi!”.

Filwaqt li mellsitlu idejh qaltlu: “Ma ghamiltx dan minn rajja. Alla qed jahdem permezz tieghi biex inkompli naghtik it-tama.”

F’qalbha bdiet tibki u mxiet lejn zewgha u binha. X’hin poggiet bilqieghda zewgha qalilha: “Ghalhekk Alla tani lilek, biex jurini t-tama.”

Kienet il-gurnata li fiha rat l-imhabba ta’ Alla ghalina. Meta marret lura l-kullegg, fl-ahhar jum ta’ lezzjonijiet, tat din il-grajja lill-ghalliem. Hekk kif qraha f’qalbu hares lejn Bertha u talabha l-permess biex jaqsamha mal-kumplament tal-klassi. Ma kellhiex x’tahbi.

Hekk kif semghet lill-ghalliem jaqra l-grajja taghha bdiet tahseb fuq kemm ahna familja wahda u kemm nistghu nfejqu nies u kemm dawn lilna jaghmlulna gid.  Bil-mod taghha, Bertha kienet tat lezzjoni lil dawk li kien hemm f’McDonald’s f’dik l-ghodwa, lil zewgha u lil binha u lil dawk li semghu din l-istorja fil-kullegg.  It-taghlima li taccetta lil kulhadd bla ebda kundizzjoni kienet iktar importanti mid-degree.

Ghandna bzonn nidraw inhobbu n-nies u nuzaw l-affarijiet u mhux inhobbu l-affarijiet u nuzaw in-nies.