IL-HBIEB ISEJHU
Frar 2004 | Suppliment Specjali | Harga Nru. 4
50
-
 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

Fl-okkazjoni ta’ l-450 sejha tal-fuljett taghna, dawn il-hbieb xtaqu jaqsmu maghna dawn il-hsibijiet:

Jiena nhossni wiehed mill-HBIEB ISEJHU u nixtieq nistedinkom biex flimkien nirringrazzjaw ’l Alla ghal grazzja kbira li tana li f’gheluq is-37 sena minn mindu hareg dan il-fuljett wasal biex jaghlaq in-numru sabih ta’ 450.

Zgur u mhux forsi li dan il-fuljett kien kawza ta’ gid kbir spiritwali mhux biss fostna hawn Malta izda wkoll barra pajjizna fejn hemm Maltin li meta saru jafu b’dan il-fuljett talbu biex jintbaghtilhom regolarment ghax jifirhu hafna bil-messaggi li jkun fih.

L-istejjer sbieh li jinkitbu fih jibqghu fil-memorja ta’ min jaqrahom u t-taghlim taghhom jghinu hafna fil-formazzjoni spiritwali ta’ min jircevihom.  Ic-cajtiet sbieh li jkun fih fihom ukoll messagg u t-taghlim taghhom iferrah il-qlub.

Naf xi persuni li dan il-fuljett wara li jaqrawh jerfghuh u minn zmien ghal zmien jergghu jaqrawh ghax f’kull wiehed minnhom isibu xi haga li tolqothom u li jkunu jixtiequ jibqghu jiftakruha.  Dan il-fuljett igorr fuqu l-kelmiet tal-Beatu Gorg Preca: “it-taghlim huwa l-ghajn ta’ kull gid.”

Victor Delicata
Superjur Generali MUSEUM


Il-messagg tas-salvazzjoni ta’ Kristu wasal fostna permezz tat-taghlim u b’mod specjali permezz tal-parabboli tieghu.

Jiena nqis li l-fuljett Il-Hbieb Isejhu ghadda minn esperjenza ta’ 450 harga u ghadu haj u attraenti minhabba l-kwalità ta’ taghlim li jkun fih u li jasal b’mod specjali permezz tal-grajjiet u stejjer.

Jiena nawgura lil dan il-habib taz-zghazagh ad multos annos.

Mons Salv Muscat
Arcipriet tan-Nadur
 


Niftakarni daqsxejn ta’ guvnott nitwi karta wara karta ma’ shabi tal-klassi, ilkoll herqana li nlestu l-fuljett fil-hin biex dan jintbaghat lill-qarrejja.  Dakinhar id-dehra kienet ifqar ghax il-computers kienu ghadhom holma, kollox isir bl-istencils u t-tidwir tad-duplicator kien isir bl-idejn.

Illum id-dehra tal-fuljett hi ferm iktar attraenti imma l-kontenut ghadu bhalma kien dejjem ...stejjer qosra b’taghlim sabih ghall-hajja u b’accenn ghall-messaggi attwali u pozittivi.

Illum bhala Sindku nifrah li l-Kunsill taghna qed jghin din il-pubblikazzjoni ghax jemmen li qed jitwassal messagg utli ghaz-zghazagh taghna kemm dawk li ghadhom fil-lokal taghna kif ukoll dawk imsefrin.

Komplu stinkaw biex l-istorja li bdiet 37 sena ilu tkompli tixjieh fin-numri imma tibqa’ zaghzugha fl-ispirtu.

Dr Chris Said LLD
Sindku tan-Nadur
 


Hafna jibdew u ma jkomplux, imma l-HBIEB Nadurin baqghu dawn is-snin kollha jsejhu bi stejjer u hrejjef helwin, b’tentufiet ta’ taghlim, b’messaggi u kitbiet imzewqa li taqrahom f’nifs.  Baqghu jsejhu forsi ghax bdew b’mod semplici u baqghu hekk, semplici u effettivi, minghajr frilli.  Nittama li ma jdumux ma johorgu r-raba’ volum.

George N Cassar
Ex-Surmast ta' Skola Sekondarja


Grazzi ta’ Il-Hbieb Isejhu ta’ kull darba li jasal ghandi.  F’ismi u f’isem shabi kollha nirringrazzjakom tax-xoghol li tiehdu biex flimkien mat-taghlim tat-tfal tohorgu l-fuljett Il-Hbieb Isejhu.  Ahna niehdu interess fih u nistennewh bil-herqa.  Inhoss li dan il-fuljett jaghmilli hafna gid u nirringrazzjakom talli tibaghtuhuli.  Toghgobni hafna dik il-faccata Pit Stop li tolqotni hafna.  Ninteressa ruhi wkoll fl-ewwel faccata bit-taghlim li jkun fiha.  Aghmlu kuragg u komplu aghtu s-sehem taghkom.

Sr Guliana Portelli
Soru tal-Klawsura
 


Mhux la kemm tghid kollox fi ftit kliem dwar pubblikazzjoni maghmula tant tajjeb, b’ghozza u mhabba li tasalli d-dar b’mod regolari.  Naraha b’dehwa kbira u nuzaha ta’ spiss fil-programmi tar-radio li regolarment naghmel kull nhar ta’ Erbgha u nhar ta’ Gimgha.  Id-dar ghandi wkoll it-tliet volumi li l-Qasam tan-Nadur (subien) ippubblika matul dawn l-ahhar snin imsejsa fuq il-materjal li nsibu f’dawn il-hargiet.  Ikolli nieqaf ghax nahseb li ksirthom sew il-hamsin kelma.  Tassew PROSIT u GRAZZI mill-qalb.  Komplu hekk!

Kav Joe M Attard
Prezentatur  tar-radio  


Li kelli naghmel xebh bejn is-sejhat li dehru fuq dan il-fuljett ma’ dawk li jidhru f’perjodici ohra, insib li l-ghan spiritwali li ghalih kien imfassal gie milhuq.  Fil-hargiet kollha, b’mod jew b’iehor, wiehed seta’ jahsad il-frott li tat il-kitba meqjusa li dehret fih f’kull harga matul is-snin.

“Iz-zerriegha waqghet f’art tajba, u tat il-frott min mija, min sittin u min tletin.”

Rev Julian Refalo Rapa
Sacerdot u Missier
 


Minn qalbi nifrah lill-Bord Editorjali tal-fuljett Il-Hbieb Isejhu fl-okkazjoni ta’ l-450 harga tieghu.  Jiena issa ili s-snin nircievi u naqra b’attenzjoni u bi profitt dak kollu li jidher f’dan il-fuljett li zgur jappella u joghgob liz-zghazagh kollha li jaqrawh.  Ghalkemm m’iniex zaghzugh fis-snin izda xorta wahda nhossni ghadni zaghzugh fl-ispirtu, tassew niehu gost u nitghallem mill-istejjer, mill-grajjiet kurjuzi, mill-kwotazzjonijiet, pariri, taghrif interessanti, artikli u cajt li bihom ikun mimli dan il-fuljett.  U fil-pagna ‘Ghalina z-zghazagh’ li tidher perjodikament fil-gurnal ‘Lehen is-Sewwa’ li ili snin twal niehu hsiebha, bi pjacir inhobb kultant inwassal ukoll lill-qarrejja ta’ dan il-gurnal xi materjal li nkun qrajt f’dan il-fuljett.  Waqt li nheggeg lill-Bord Editorjali jkompli fit-triq li ilu jterraq 37 sena kemm ilu johrog dan il-fuljett, nitlob lill-Mulej ikompli jqanqal il-qlub tal-qarrejja zghazagh ta’ dan il-fuljett, biex ikomplu jaqrawh bil-qalb u jixtarru sew dak li jaqraw fih ghax huwa fuljett li, bhal habib sincier, tassew jixtiqilhom il-gid.

Kan. Gwann Ciarlo’
Korrispondent regolari ta’ Lehen is-Sewwa
 


Huwa normali li nhossni niddejjaq meta nircievi pataflun ta’ karti kollha mimlija riklami jhajruk li jmissek ghandek din u l-ohra.  Kwazi b’mod istintiv indawwar biex nara jekk wara hux vojt, b’hekk dik il-karta ma tkunx inhliet.  Darba f’xahar però jkolli reazzjoni ohra, ikun wasal Il-Hbieb Isejhu li ghalija jfisser kuntatt ma’ persuni li naf.  Naqrah u nuzah, daqqa waqt xi assembly, imma l-aktar meta jmissni fil-laham il-haj ghax nghid: din tghodd ghalija.

Tonio Caruana
Asst Kap fi Skola Sekondarja
 


‘L-essenza fil-fliexken iz-zghar’ ..hekk nghid ghall-fuljett taghkom.  Billi ghall-konferenzi jkolli bzonn sikwit xi grajjiet, arani nfittex l-istejjer tal-fuljett taghkom.  Qabel inkun qrajthom u mmeditajthom jien, imbaghad nerfaghhom, niflihom, infittixhom u nghaddihom lill-ohrajn.  Grazzi tar-research li taghmlu.  Ezempji prattici, attwali li jispirawk.  Komplu dejjem hekk.

Mons Karm Mercieca
Arcipriet Xewkija
 


Minn mindu gie f’idejja l-ewwel darba l-fuljett Il-Hbieb Isejhu, dan mhux biss laqatni ferm ghall-ideat tieghu u l-kontenut uniku, izda bdejt nikkwota items minnu fil-kolonna regolari tieghi f‘It-Torca.

Intenni dak li ktibt bosta drabi, li l-istaff dedikat tieghu haqqu kull tifhir ghall-materjal li dejjem sab – u jsib – ghal 450 harga.  Il-gid li sar bit-tixrid ta’ dan il-fuljett il-Mulej biss jafu.

Bravi, prosit, il-Bambin maghkom ghal 450 harga ohra, fejn bit-tbissima tghallmuna.

Charles Clews
Hassieb Umoristiku
 


Prosit tal-fuljett.  Appena li nircevih, naqrah mill-ewwel ghax in-nanna tieghi, li ghandna 93 sena, tkun fuq ix-xwiek biex nislifulha halli taqrah hi wkoll!  Nirringrazzjakom hafna.  L-artikli dejjem ikunu interessanti hafna.

Rachel Camilleri
Sta Lucia, Malta  


Nghid ghalija nsibu utli specjalment minhabba l-fatti li jkun fih.  Ta’ spiss nikkwota xi fatt minnu fil-priedki tieghi.  Anki gie li rajtu f’idejn membri ta’ ghaqdiet Kattolici u juzawh fil-laqghat taghhom. Komplu xerrdu l-verità biex it-tajjeb jirbah.

Dun Manwel Curmi
Direttur Respite Centre Ghajnsielem
 


Il-fuljett Il-Hbieb Isejhu nsibu interessanti ...stimulanti ...jipprovoka l-hsieb.  L-istejjer li jkun fih m’humiex biss interessanti fin-nisga tar-rakkonti imma wkoll iwasslu ghar-riflessjoni.  Mertu iehor tal-fuljett hu l-fatt li l-istejjer huma qosra, u ghalhekk ihajruk taqrahom.  Storja ckejkna, helwa u interessanti hija l-ahjar vettura biex twassal messagg siewi.  U dan hu li qieghed jaghmel il-fuljett.  Nifirhilkom u nawguralkom li tissoktaw ghax zgur li permezz tieghu qed isir il-gid.

Carmel G Cauchi
Awtur ta’ bosta kotba
 


Messaggi li kitbulna fuq is-sit taghna ta’ l-internet:  

Loved this web site.  I told all my friends about it.  I printed out the articles you have in Maltese so I can give them to my students who are interested in the Maltese language.

Mary Mifsud
Seal Beach, Ca USA
 


I read Il-Hbieb Isejhu every month and we all appreciate it very much.  It has always been very punctual and always interesting.  Even my children, who hardly speak Maltese, try to read it.

Michael Camilleri
Ontario, Canada

Pjacir kbir meta nircievu Il-Hbieb Isejhu.  Ifakkarni meta konna mmorru l-Museum go sqaq il-mithna.                

P Portelli
Toronto, Canada

Prosit lil min jikteb l-istejjer sbieh li hemm f’Il-Hbieb Isejhu.  Qed niehu tant pjacir naqrahom.  Prosit u zgur li nzur kull xahar biex naqra aktar stejjer tajba.  Awguri ghall-futur.

Manwel Mifsud
Mosta, Malta
 


I enjoyed reading all the Il-Hbieb Isejhu on the web.  They are really nice and they help me read Maltese.  I wish my children could read them as well.  Hopefully they will learn some Maltese in time.

Rose Mercieca
USA
 


Prosit lil tal-Muzew ghal Il-Hbieb Isejhu.  Ghadni nircevih id-dar imma xorta nerga’ naqrah fuq il-web.  Qed taghmlu hafna gid.  Komplu hekk.

Emigrant
USA
 


Hadt pjacir naqra r-rivista Il-Hbieb Isejhu.  U ghamilt print out taghhom halli nghaddihom lil shabi tal-Muzew.  Qari sabih hafna, miktub bellezza u b’ritratti li jzewqu kollox.  Prosit.  Zgur li ser nistennieh kull xahar.  Awguri dejjem. 

Tony Curtis
Hamrun, Malta
 


We always read Il-Hbieb Isejhu and we usually pass it on from friends to friends over here.  The on line version will save us time.  Good idea.  Prosit.

Frank Portelli
Ontario, Canada


Il-vera qed niehu pjacir naqra verzjoni daqshekk pulita ta’ Il-Hbieb Isejhu fuq l-internet.  Cert li b’hekk hafna aktar nies ser jaqraw dan il-fuljett u jitpaxxew b’tant artikli sbieh.  Jien ili naqra l-fuljett ghal hafna snin però l-website ta’ Il-Hbieb Isejhu ser theggigni nerga’ naqra ta’ l-ahhar sena kollha.  Prosit lill-membri kollha tal-Muzew.       

Peter Paul Camilleri
Nadur

Always a pleasure reading the nice articles in Il-Hbieb Isejhu.  Very punctual too and nice pictures.  Prosit and hope to keep reading it on line.

Rita Camilleri
New York, USA