+L-Iben t'Alla sar Bniedem - Frar 2005 | Numru 462

L-EDITORJAL

Pawlu kien ferut f'qalbu meta arrestaw lil ibnu fuq suspett ta' serq ta' somma kbira ta' flus. Ibnu kien haliflu li hu bla htija imma l-pulizija kienet issostni li ghandha l-provi kollha biex takkuzah. U spicca l-habs ghax ma kellhomx biex ihallsu l-plegg.

U darba missieru kitiblu ittra qasira u fiha, wara li tah xi ahbarijiet tal-familja, qallu:

'Ibni din is-sena l-familja ser tbati hafna. Wahdi ma niflahx nahdem l-ghelieqi taghna. Is-soltu dawn jaghtuna frott u hxejjex ghas-sena kollha imma mitluqa kif inhuma ma nistenna xejn minnhom. Nixtieq li naf nuza l-mohriet ghax kieku facli tizra' jekk ikollok l-art mahduma imma dan qatt ma tghallimtu ghax kont niddependi fuqek.'

It-tifel kitiblu lura:

'Pa jiddispjacini li din is-sena m'intix ser tahdem l-art ghax jien m'iniex hemm. Imma ara ma jfettillekx tghid lil xi hadd biex jahrathielek. Halliha kif inhi u mbaghad nahdimha meta nohrog mill-habs.'

Meta ccensuraw l-ittra l-pulizija hassew li f'idejhom issa ghandhom xamma tajba. Kienu certi ghaliex it-tifel ma riedx li tinhadem l-art. Hemm kien heba l-flus misruqa. Ghexieren minnhom marru ghand il-bidwi u hartulu kullimkien bit-tama li jsibu l-flus li t-tifel kien heba. Izda ma sabu xejn. Xi granet wara l-missier ircieva t-tieni ittra tat-tifel:

'Pa, nemmen li dak li s-soltu naghmel jien ghamluh il-pulizija. Issa tista' tizra' l-ghelieqi bhas-soltu.'

Min jibni hsibijietu fuq is-suspett facli jasal ghall-konkluzjonijiet hziena.


ESPERJENZI LI JISTGHU JSERVU TA' LEHHA DAWL GHAL MATUL IT-TRIQ

Princess Alice, bint ir-Regina Vittorja ta' l-Ingilterra, ghexet meta l-monarkija kienet ferm iktar ghaqlija u mahbuba. Alice kellha tifel wiehed ta' 4 snin u fuqhom thobbu daqs dawl ghajnejha u forsi izjed.

Tniktet bi shih meta qalulha li binha jinsab marid b'marda qerrieda maghrufa fid-dinja tal-medicina bhala 'Black Diphtheria'. Twassal aktarx sal-mewt u tittiehed hafna, specjalment minn dawk ta' sahhithom dghajfa.

U ordnawlha shih lil Alice biex ma toqrobx lejn binha peress li sahhitha ma kinitx mill-isheh. U Alice ntasbet hdejn il-bieb ta' kamret binha tibki xortiha u xorti binha, tittama li b'xi mod dan jikseb lura sahhtu.

Ghaddew il-jiem u sahhet binha kompliet tiddghajjef u darba meta n-ners kienet qed tkellmu dan infaqa' jibki. Alice nhasdet u semghetu jinghi:

"Ghaliex il-mummy ma ghadhiex terfaghni? Ghala ma ghadhiex tbusni?"

U Alice griet ghal fuqu.

Nsiet il-marda u l-konsegwenzi taghha. Haddnet maghha lil binha u bisitu bil-qalbghal darba, tnejn, tlieta... u mija.

Ftit granet wara Alice u binha kienu jistriehu taht it-trab ta' qabar il-familja rjali.

"Gennata" jghidu bosta meta din il-grajja jisimghu. Izda hemm ohrajn li jlaqqmuha 'Mhabba ghamja' anke quddiem il-periklu ta' mewt bikrija.

Mhux li kieku int u jien ikollna ftit minn din l-imhabba ghal DAK li habbna shih qabel stajna nhobbuh ahna!


DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna dwar…
FRAR

Frar huwa t-tieni xahar tas-sena ghalkemm mhux minn dejjem kien hekk. Anzi f'Ruma tal-qedem, sa ma' Gulju Cesri (m100– 44qK) poggieh it-tieni xahar. Frar kien l-ahhar xahar tas-sena. U fil-fatt jismu hekk mill-kelma Latina februarius ghal 'tnaddaf' ghax fih kienu jsiru cerimonji ta' purifikazzjoni ghas-sena l-gdida.

Frar, bi 28 gurnata huwa l-iqsar xahar tas-sena, ghalkemm, biex il-kalendarju jahdem tajjeb1, kull erba' snin, f'sena msejha bizestili, ikollu 29 gurnata. Din trid tkun f'sena li tista' tigi diviza bin-numru erbgha minbarra sekli li ma humiex divizibbli b'400 – ghalhekk is-sena 2000 kienet bizestili filwaqt li s-sena 1900 ma kinitx.

Fil-klima taghna Frar jigi fix-xitwa u ghalhekk il-maltemp, il-kesha u x-xita huma prominenti.  Dan jidher fil-qwiel agrikoli ta' dari meta kienu jiddependu hafna mir-raba' u ma kellhomx kumditajiet ghal kontra l-kesha.

Kienu ghalhekk jghidu: 'Frar fawwar jimla l-bjar', ghalhekk jekk ifawwar hafna f'daqqa jaghmel hsara: 'Meta Frar ikun fawwar f'daqqa, il-biedja tmur fl-ibjar'.  Generalment imma l-ucuh huma tajba, 'Frar fawwar, il-bidwi ghana fid-dar', ghalkemm, ta' l-inqas skond qawl minnhom, 'Il-kabocci ta' Frar mhix tajba' u 'Fi Frar il-kabocci tiha lill-hmar'.  U mhux sena bilfors tkun bhall-ohra, 'Frar daqqa jfawwar u daqqa jqattar'2.

Imbaghad hemm il-kesha3, li dari bi djar u hwejjeg inqas komdi, kienu jhossu hafna iktar bard 'Frar jghakkes ix-xjuh u z-zghar', ghax 'Jannar kiefer, imma Frar bi dwiefer'.  Hadd ma jkollu aptit johrog barra zzejjed: 'Frar jigbor lil kulhadd id-dar'.

Fi Frar ma jonqosx ukoll il-mard, specjalment dawk l-influwenzi tant komuni u generalment mhix gravi, ghalkemm kultant jitfacca t-terrur tal-meningite.

Imma fi Frar jigi wkoll il-karnival: 'Fi Frar jindaqqu l-gliegel', fejn ghal ftit granet ninsew daqsxejn is-serjetà zejda u ghandna permess ufficcjali biex nitbellhu u nizvogaw xi ftit.  Jaghmlilna tajjeb!  Anzi bit-tensjoni tal-hajja moderna4 ma tkunx idea hazina li l-karnival isir mill-inqas darbtejn fis-sena!

Fi Frar il-kampanja Ghawdxija tkun fl-aqwa taghha bil-hdura u l-fjuri, fjuri bhal gargir, pepprin u silla, u li tant jaghtu dehra sabiha, 'Fi Frar kull laqxa ttella' l-inwar'.  Huwa zmien eccellenti ghal mixjiet fil-kampanja f'xi gurnata sabiha, mixjiet li tant iserrhu l-mohh u huma tajbin ghall-gisem.

Ghall-ahhar ta' Frar, il-granet dejjem jitwalu, it-temp dejjem jisbieh, il-kampanja dejjem iktar ikkulurita, u l-ewwel ghasafar tal-passa, huma indikazzjonijiet li r-Rebbiegha hija biss tliet gimghat 'il boghod.

=== === 

1 Sfortunatament il-gurnata, id-dawrien tad-dinja fuqha nnifisha (darba kull 23 siegha, 56 minuta u 4.09054 sekondi) u s-sena, id-dawrien tad-dinja madwar ix-xemx (darba kull 365 gurnata, 9 minuti u 9.5 sekondi) ma humiex f'relazzjoni matematika preciza, u ghalhekk dawk il-kumplikazzjonijiet kollha – u hemm hafna iktar – fuq il-kalendarju.

2 Il-medja tax-xita fi Frar hija ta' madwar 80mm (skond il-ktieb A Geography of the  Maltese Islands, (1973) ta' Neville Ransley.

3 Il-medja tat-temperatura fi Frar (skond l-istess ktieb) hija ta' 12-il grad Celcius. Jidher imma li l-klima qed generalment tishon sew.

4 Mhux ghax dari ma kellhomx ukoll.  F'dak l-ambjent rustiku u kwiet, kien hemm ukoll faqar, nuqqas ta': edukazzjoni, igjene, kumditajiet, kura ghall-mard, bosta tfal kienu jmutu, twemmin fis-superstizzjoni ecc, anzi huwa argument tajjeb li, minkejja kollox, qatt ma konna ahjar mil-lum.


FORSI JINTERESSAWK

Imma min?

F'Hyde Park f'Londra hemm id-drawwa li kull nhar ta' Hadd, bejn l-ghaxra ta' filghodu u s-saghtejn ta' wara nofsinhar, kelliema jingabru f'dan il-gnien u jibdew jippriedkaw. Ghandhom il-libertà li jghidu li jridu basta ma jimmalafamaw lil hadd. Fost dawn il-kelliema jkun hemm dawk religjuzi u quddiemhom ma jonqsux dawk li jippruvaw jirredikulawhom. Wiehed minn dawn staqsa lill-qassis li kien qed jippriedka:

"Father, veru li hemm xi kotba fil-Bibbja li ma jafux min kitibhom?"
"Iva, veru."
"Kif tista' temmen ktieb li ma tafx min kitbu?"
"Hadd ma jaf min ivvinta n-numri imma lkoll noqoghdu ghal-logika taghhom. Ma nkunu nzidu xejn mal-verità tal-fatti jekk xi hadd jghidilna n-numri min ivvintahom. Hekk il-Bibbja. Ma ssirx verità ghax tkun taf min kitibha. Kiteb min kiteb, wasslilna dak li ried iwassal il-Mulej."

Meta l-istudjuzi jiflu l-karattru ta' l-appostli jiskantaw bid-diversità taghhom.  Min furjuz u min kalm.  Min imdahhal fiz-zmien u min zaghzugh. Min favur ir-Rumani, bhal Mattew li kien jigbor it-taxxi f'isimhom, u min, bhal Xmun iz-Zelota, li qabel sejjahlu Gesù kien izomm stallett fi hziemu biex jekk jiltaqa' ma' xi Ruman joqtlu. Ma jaqblux fil-karattru imma kapaci jghixu ma' xulxin u jiffurmaw in-nukleu li kellu jwelled il-Knisja.

Li taccetta lill-ohrajn ma jfissirx li ssir tahsibha bhalhom imma li tifhem li ghandhom dritt ghall-ideat taghhom anke jekk ghalik dawn jidhru bla sens.


Jiddependi min

Ragel cempel lit-tabib f'nofs ta' lejl bix-xita niezla bil-qliel u sajjetti jfaqqghu.

"Dott ejja malajr ghax it-tifel ghandu deni qawwi ma nixtieqx li nhallih hekk sa sbieh il-jum!"
"Nigi imma l-karozza bil-hsara. Jimporta tigi ghalija bil-karozza tieghek?"
"Dott, tippretendi li ghandi nohrog f'dan il-maltemp kollu bil-karozza?"

Tiskanta dak li naraw tant facli ghal haddiehor kemm narawh iebes meta nigu biex inwettquh ahna.


Il-kurzità ghelbitha

In-nannu u n-nanna ggieldu u biex tpattihielu, in-nanna ddecidiet li ma tkellmux iktar. U zammitha l-kelma ghal jum, tnejn, tlieta u izjed. In-nannu kompla jghix bhallikieku ma gara xejn.

Jum wiehed qam kmieni u beda jqalleb fil-kxaxen kollha. Ifittex u ma jistax isib. In-nanna ma setghetx izzomm izjed u fl-ahhar qaltlu:

"Xi xjafek qed tfittex qallibt kullimkien?"
"Kont qed infittex il-vuci tieghek... u bellec fl-ahhar sibtha!"

In-nanna tbissmet... u they lived happily ever after.


Jekk taf

...li b'dik il-kelma ser...

...teqred hbiberija
...tifga idea
...toqtol tbissima  

...mhux ahjar ma tghidha xejn?


AHBARIJIET TA' INTERESS

IL-LAQGHA TA' JANNAR

Kellna l-farsa ta' Spiru li bhas-soltu mliet sala bejn zghazagh u old boys.  Il-farsa ta' din is-sena kien jisimha 'Fl-Istrina rebbieh imma Spiru fl-inkwiet'.  Dahka flimkien hu l-isbah awgurju ghal sena gdida.  Hajr lil Toni Debono, Jeremy Vella, Darren Vella, Antoine Theuma u Keith Camilleri li hadu sehem f'din il-farsa u li kien ilhom minn Novembru impenjati fil-provi. Is-sagrificcji li ghamlu zgur li nsewhom meta l-farsa ntlaqghet daqstant tajjeb.

Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.  Joseph Vella ta' Triq il-Buskett tela' fl-immagni tal-Madonna li tellajna waqt l-intervall. 

IMPORTANTI

Meta naraw daqstant zghazagh ghall-farsa jaghtina nghidu ghalfejn ma jkollniex numru daqshekk sabih ghal bqija tal-laqghat ta' matul is-sena.  Kieku kull wiehed minna kapaci jaghmel daqsxejn ta' sagrificcju u meta jircievi l-fuljett id-dar jaghmel appuntament maghna li l-laqgha tas-Sibt ta' wara ma jitlifhiex ...kieku l-laqgha li bdiet 39 sena ilu jkollha futur sabih.  Hasra li trid tkun farsa biex ikollna attendenza daqshekk numeruza.  Il-hajja sabiha ghax imzewqa u varjata u laqgha ohra ta' matul is-sena hija mportanti daqs dahka.  Ahna naghmlu minn kollox biex matul is-sena invarjaw il-kontenut tal-laqghat.  Hija haga naturali li whud joghgbuk aktar minn ohrajn imma sfortunatament bosta qatt ma narawhom hlief f'Jannar.  Forsi din is-sena l-attendenza taghhom tkun iktar regolari.

STEDINA

Peress li l-ewwel Sibt ta' Frar ikun Sibt il-karnival, il-laqgha ser issir it-tieni Sibt 12 ta' Frar fis-7.15p.m. Ser jigi jkellimna membru tal-Ghaqda Sedqa dwar 'Id-droga, l-alkohol u l-istima personali'.  Zgur li dawk li jattendu jiehdu maghhom xi taghlima sabiha ghaliex ilkoll nafu kemm din l-ghaqda tahdem biex tqajjem kuxjenza dwar abbuzi ta' sustanzi.

Niehdu gost li naraw numru sabih bhalma kellna ghal-laqgha ta' Jannar.  Qeghdin fl-ewwel weekend tar-Randan u kull wiehed minna hemm bzonn li jaghmel l-almu tieghu biex ma jfallix.  Nistennewk.


Mhux il-piz tas-salib ikissrek, izda meta taghzel li ggorru wahdek.


EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA


[Kristu qal lid-dixxipli tieghu:]

"Imma kull min jisma' dal-kliem tieghi

u ma jaghmlux,

ikun jixbah lil ragel iblah,

li bena daru fuq ir-ramel.

Nizlet ix-xita, grew il-widien,

nefhu l-irjieh u habtu fuq dik id-dar,

u waqghet, u kbira kienet il-qerda taghha." 

{Mt 7:26-27}

 

Hubert Courtney

kien il-qorti minhabba serq ta' karozza.

Biex jghin il-kawza tieghu

gholla t-t-shirt

u wera sidru lil dawk prezenti.

Kellu tattoo mlewwen bil-kliem:

'Crime does not pay'

[il-hazin ma jirrendix].

Ma impressjona lil hadd.

 

Il-grajja ta' Courtney

u kliem Kristu jgaghluni nahseb:

X'azzjoni hemm f'hajti li ma taqbilx ma' dak li nghid li nemmen?

X'nista' naghmel?

 

Jekk taf il-verita' u ma taghmilhiex

tkun bla sens bhal dak

li kiteb ittra ta' mhabba

u ma mpostahiex. 


Fit-tellieqa ghall-White House f'Novembru li ghadda kienu bosta c-cajt dwar George W Bush li ltqajna maghhom.  Dawn huma whud minnhom – forsi l-aktar li ghogbuna:

George Bush kien qed iqatta' xi zmien fir-ranch tieghu fi Crawford, Texas. Darba hu sejjer lura fil-limousine ufficcjali ra zewgt irgiel jieklu l-haxix fil-genb tat-triq. Qal lix-xufier tieghu biex jieqaf u hareg jara x'qed jigri:

"Ghalfejn qed tieklu l-haxix?" staqsa lil wiehed minnhom.
"Ahna fqar wisq biex nixtru l-ikel!" wiegbu.
"Ejja mieghi sar-ranch," stiednu l-president.
"Imma jien ghandi mara u zewgt itfal!"
"Gibhom mieghek!" filwaqt li dar fuq ir-ragel l-iehor u stiednu wkoll.
"Imma sinjur, jien ghandi mara u sitt itfal!" wiegbu.
"Ghidilhom jigu maghna," u dar biex jitla' fil-limousine. Irnexxielhom jiddeffsu ghad li kienet karozza spazzjuza.

X'hin kienu fit-triq, wiehed mill-irgiel qallu:

"Grazzi hafna. Kemm int qalbek tajba!  Hajr li ser tilqaghna lkoll ghall-ikel f'darek!"
"Hu pjacir tieghi.  Toghgobkom ir-ranch tieghi.  Ghandi haxix gholi aktar minn pied!"


It-tliet ahwa Neil, Jeb u George kienu sejrin tard bil-lejl u sabu ruhhom fit-triq li kienet tghaddi minn hdejn ic-cimiterju l-qadim.

"Ejjew araw hawnhekk," qal Neil. "Dan hu l-qabar ta' Obidiah Jones. Alla jaghtih il-genna, miet fl-età sabiha ta' 87."

"Dak mhu xejn," kompla Jeb, "Hawnhekk hawn wiehed jismu Butch Smith. Hawn miktub li kellu 95 meta miet!"

Dak il-hin instemghet il-vuci ta' George:

"Hawnhekk hawn il-qabar ta' xi hadd li miet ta' 145 sena!"
"X'kien jismu?" staqsa Niel filwaqt li xengel rasu.

George xeghel xemgha biex jaqra l-isem fuq il-lapida u qal:

"Mil
minn Austin."


George W Bush, Albert Einstein u Pablo Picasso mietu. Minhabba xi hsara f'dak li jghaqqad iz-zewg dinji spiccaw wara bieb il-genna ezatt wara xulxin minkejja li ghaddew ghexieren ta' snin bejn l-imwiet taghhom. L-ewwel li messu quddiem San Pietru kien Einstein.  San Pietru qallu biex juru min hu ghax bosta kienu jivvintaw minn kollox biex jirnexxielhom jidhlu l-genna.

"Tista' taghtini whiteboard," talbu Einstein.

San Pietru faqqa' subghajh u hemm deher whiteboard.  Einstein qabad ihazzez figuri u simboli matematici biex ifisser it-teorija tar-relattività.  Hadlu rasu lil Pietru u dan biex iwaqqfu accetta li jdahhlu l-genna.  Imbaghad mess lil Picasso.  Pietru talbu l-kredenzjali.  Talab permess biex hu wkoll juza l-whiteboard.  F'kemm ili nghidlek imlieh minotawri, tfajliet u sinjali.

"Tidher li int artist tajjeb, idhol fis-saltna ta' dejjem!"

L-ahhar li wasal kien George W. Bush. San Pietru beda jhokk rasu u qallu:

"Einstein u Picasso rnexxielhom jippruvawli l-identità taghhom.  Int x'tista' taghmel?"
"Min huma Einstein u Picasso?"

San Pietru gibed nifs 'il gewwa filwaqt li qallu:

"Idhol, George, idhol!"

____________________________________