
| Frar 2006 - Harga Nru
474 + L-Iben t'Alla sar Bniedem L-Editorjal
Darba wiehed bidwi xtara pappagall ta' ftit gimghat u kuljum, ghal bosta xhur, kien itenni s-sentenza: "Is-sliem ghaziz sultan u jalla tghix hieni ghal ghomrok kollu". Izda jew is-sentenza kienet twila wisq jew il-pappagall inzerta injorant ghax f'sentejn ma rnexxilux jghallimhielu. U ghalkemm baqa' jipprova kien sikwit jinstema jilmenta: "Hafna xoghol ghal xejn". Izda darba, ghodu ghodu, il-pappagall qal is-sentenza... shiha bla ma nfixel. Il-bidwi bilgri telaq bih lejn il-palazz ghax beza' li jerga' jinsieha. Il-pappagall kien sabih u ghogbu lis-sultan. Imma bhalu kellu hafna u ghalhekk l-unika haga li setghet tifdih kien il-messagg: "Is-sliem ghaziz sultan u jalla tghix hieni ghomrok kollu." Is-sultan kemmex xofftejh: "Messagg tas-soltu... xejn gdid. Jiddispjacini. Bhalu ghandi mija." Kwazi mbikki l-bidwi pogga l-pappagall fl-ixkora imma kif kien sejjer 'il barra dan instema' jghid: "Hafna xoghol ghalxejn... hafna xoghol ghalxejn." Is-sultan skanta. Kien sab pappagall intelligenti. Offra tieghu somma fenomenali. Ahna nidhku bis-sultan ghax ta lill-pappagall dak li qatt ma kellu... l-intelligenza. U bhalu jaghmlu dawk li jistennew x'jghidu l-istilel fuqhom ghax jekk il-pappagall ma kienx intelligenti anqas l-istilel ma jistghu jkunu jafu x'hemm lest ghalina ghada. KUCCARINA GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA
Kienet stampa ta' zaghzugh ghajjien
Hajti saret girja wahda
Ghallimni Mulej
Ghallimni nieqaf ftit Mulej
Ghallimni Mulej nieqaf ftit
Mulej ghallimni nieqaf ftit
Mulej ghallimni nieqaf ftit
Mulej hajjarni nieqaf ftit
Jekk kapaci naghmel ta' spiss DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu li beda fil-harga ta' Jannar GHIX IL-MUMENT
Li tghix il-passat huwa hela ta' hin u sors ta' tbatija ghax li aktarx li tahseb fuq opportunitajiet mitlufa, zbalji, progetti li ma sehhewx ecc ecc. Dan barra li l-passat ovvjament ghadda u mar. U lanqas ma gara precizament kif niftakruh ghax huwa kkulurit mill-filtri personali u selettivi tal-memorja. Kif allura l-ahjar li tuza l-ftit hin li tghix fil-passat? Huwa issuggerit li tuzah bhala esperjenza halli titghallem mill-izbalji. Wara kollox dik hija 'l-esperjenza'. Dan il-fatt naghmluh kuljum bla ma nittendu bhal meta qed naghzlu xi ktieb, x'ser nieklu, jew is-siehba jew is-sieheb ta' hajjitna. Ftakar l-iktar f'dawk l-episodji sbieh li ghaddejt minnhom (u kulhadd ghandu sensiela personali minnhom). Din in-nostaligija helwa (avolja wkoll xi ftit fittizja) issahhah sew il-mument prezenti. Meta mbaghad hafna jahsbu fuq il-futur li ghadu ma sehhx lanqas huma ottimisti hafna u allura dan huwa sors ta' anzjetà zejda. Certament li trid tahseb ghal ghada ghax dan jasal ukoll imma dan ghandu jkun b'mod ragjonevoli u b'miri li jistghu jintlahqu. Li tippjana jew tixtieq affarijiet impossibbli fis-sitwazzjoni tieghek tkun qed tistieden id-dizappunti. Dan ma jfissirx li ma tuzax dak kollu li ghandek jew li ma tuzax il-mezzi kollha possibli biex ittejjeb is-sitwazzjoni tieghek, imma l-miri jridu jkunu realistici. U ovvjament m'hemmx ghalfejn tmur fl-estrem ta' xi mistici orjentali li sahansitra jirrinunzjaw ghal kull haga u xewqa materjali jew li ma tahsibx ghal ghada. U l-prezent, il-prezent li suppost qed nghixu, fih il-maggoranza tal-hin? Ikun tajjeb li tikkultiva l-attitudni li tiehu gost u tkun kuntent b'affarijiet zghar. Tiftakar il-magija tat-tfulija? Kemm disinji kien jidhru fis-shab tas-sema! Kemm haditilna l-koncentrazzjoni kollha dik il-hamiema tal-karti! U kemm kienet tajba dik il-bicca qoxra friska tal-hobz! Anke meta adulti ghax ma ghandekx tixtarr il-mument u tiehu gost bir-riha ta' ktieb gdid (jew qadim), b'tazza nbid, b'sema iswed mimli kwiekeb, bi nzul ix-xemx, b'qawsalla, b'xi ghalqa narciz, bi shab tax-xita, b'hamrija friska, b'mixja hafja fuq xtajta, b'sinfonija, bi hbiberija genwina, u tant u tant affarijiet ohra li jvarjaw bejn l-individwi. Hafna minn dawn ma jinvolvux spejjez. Kulma trid huwa l-arti li tghix il-mument. FORSI JINTERESSAWK Sahha mit-talb
Martin ma qatax qalbu. Kompla jistinka. U darba rcieva telefonata qasira b'theddida. "Isma' minni, iswed! Ieqaf f'hidmietek ghax inkella ghad jiddispjacik li rfist f'Montgomery." King jistqarr li twerwer mit-telefonata. Kellu lil martu u lil uliedu. Facilment setghu jaghmlulhom hafna hsara. Beza' minhabba fihom. Izda dlonk ftakar li fuq il-Mulej ma hemm hadd. Nizel gharkobbtejh u talab bil-qalb ghall-kuragg. Wara stqarr, "Minn dakinhar 'il quddiem ma bzajt qatt izjed u komplejt bil-missjoni tieghi." Missjoni li fil-fatt wasslitu ghall-mewt. Izda qatlu biss lil gismu ghax ismu jibqa' ghaziz ghal kull min ihobb il-haqq u l-gustizzja. Mhux ta' b'xejn li fl-Amerika, il-memorja tieghu hi mfakkra b'festa pubblika. L-eqreb Xi hadd darba staqsa lil George Bernard Shaw liema pittura jsalva kieku kellu jinqabad fin-National Gallery waqt hruq. Wiegeb Shaw, "Dik li tinzerta l-eqreb lejn il-bieb!" Attwali iktar minn qatt qabel Meta l-President Amerikan Jimmy Carter mar Gerusalemm talab li jehduh hdejn il-hajt tal-biki biex hu wkoll jaghmel it-talbiet tieghu.Mar mieghu l-Prim Ministru Israeljan Begin. U Carter beda jitlob: "Mulej aghmel li l-Lhud u l-Gharab jghixu fil-paci ma' xulxin." "Amen," wiegeb Begin. "Mulej aghmel li l-Lhud u l-Egizzjani jghixu ta' girien hbieb." "Amen," tenna Begin. "Mulel aghmel li l-Lhud iroddu l-artijiet kollha li kisbu fil-gwerra ta' l-1967." U Begin wiegeb, "Tinsiex li qed titkellem ma' hajt!" Qaddisin f'kull kantuniera Il-belt Valletta tista' tiftahar li ghandha iktar minn 25% tat-toroq taghha msemmijin ghall-qaddisin (21 minn madwar 80 triq): San Bastjan, San Bjagju, San Duminku, San Federiku, San Gorg, San Guzepp, San Gwann, San Karlu, San Kristofru, San Mark, San Nikola, San Patrizju, San Pawl, San Zakkarija, Sant'Andrija, Sant'Anna, Sant'Anton, Sant'Iermu, Sant'Ursola, Santa Barbara u Santa Lucija. U fil-passat ma' dawn it-toroq kien hemm ukoll toroq ohra msemmija ghal San Lwigi, San Pietru, San Gakbu, San Mikiel, San Pantaljun u San Simeone. Grupp ta' professuri li kienu jahdmu fi sptar staqsew lil Madre Teresa x'jistghu jaghmlu biex jaghmlu d-dinja ta' madwarhom ahjar milli hi. Il-qaddisa wegbithom, "Tbissmu lil xulxin ta' spiss u lill-pazjenti l-hin kollu." AQRA U AHSEB Fi Creeple Creek Colorado, mijiet ta' haddiema kienu jahdmu fil-minjieri. Itellghu l-faham. Izda hadd minnhom ma kien jaf li f'dak il-faham kien hemm element ta' deheb. Dan deher biss meta xi hadd minnhom innota li fil-fahma li hu tefa' fin-nar kien hemm xi haga tleqq. Kultant il-bniedem johrog l-ahjar tieghu meta jkun taht esperjenza iebsa. Anqas hu stess ma jkun basar li fih hemm tant qawwa. Hajja facli u bla sfida qajla tohloq kapolavuri. AHBARIJIET TA' INTERESS IZZEWGU Tonio Grech ta' Triq Cimcem lil Josall Said (Munxar). Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb. Il-familja li titlob flimkien tibqa' flimkien. IL-LAQGHA TA' JANNAR Bhas-snin l-imghoddija l-laqgha ta' Jannar kienet tikkonsisti fil-farsa ta' Spiru. Il-farsa ta' din is-sena kien jisimha 'Meta Spiru sar Sensar'. Hadna gost naraw numru sabih ta' zghazagh u old boys jattendu ghal din il-laqgha. Bosta huma dawk il-missirijiet li jigu ghal din il-laqgha ta' Jannar ghax posthom fis-sala jkun aktar komdu mit-tliet rapprezentazzjonijiet l-ohra li jkunu mballati bil-bqija tan-nies. Uhud igeddu l-memorji meta xi snin ilu kien jattendu ghal din il-laqgha. Hasra li numru sabih ta' zghazagh li ta' kull xahar infakkruhom fil-laqgha permezz ta' dan il-fuljett narawhom biss ghall-farsa ta' Jannar. Sabiha tidhak dahka flimkien imma l-hajja mhix fares biss. Ahna naghmlu minn kollox biex invarjaw il-laqghat minn xahar ghall-iehor. Il-kelliema jkunu maghzula u naghmlu li nistghu biex ma nirrepetux. Izda bosta ma jaghtux kaz l-istedina li taslilhom wara biebhom kull xahar permezz ta' Il-Hbieb Isejhu. Kieku kull wiehed minna jaghmel proponiment li din is-sena jaghmel minn kollox biex jattendi, kieku nkunu ninjettaw hajja gdida fil-laqgha li issa ghalqet l-erbghin sena. Minna jiddependi habib il-futur ta' din il-laqgha. Hajr lil: Toni Debono, Keith Camilleri, Paul Thomas Caruana, Darian Grima, Antoine Theuma, Darren Vella, Jeremy Vella u Paul Andrew Vella li ghall-ahhar bosta gimghat studjaw u ppruvaw il-farsa; Robert Borg, il-barman tal-kazin tal-Youngsters tad-drinks li qassamna u lil Peter Muscat ta' Rabokk Pizza tar-rigal li tellajna wara l-laqgha. STEDINA GHAL-LAQGHA TA' FRAR Ser issir nhar is-Sibt 4 ta' Frar fis-7.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca. Ikellemna l-Arcipriet tal-Qala, Dun Joe Zammit. Jalla nkunu numru sabih bhalma konna ghal-laqgha ta' Jannar. Il-futur tal-laqgha qieghed f'idejk. L-attendenza tieghek hi vot favur. Ejja naghtu l-importanza lil kull laqgha li ssirilna u nhajru lil hbiebna jigu wkoll. Nistennewkom. EKU BIBBLIKU FI ZMIENNA
[Fuq il-qerda
tat-tempju ta' Gerusalemm, Alla qal:]
Gurnalist iddeskriva l-qerda
Il-qerda ta' Udall
Kulma tghallimt, MALCOLM MUGGERIDGE Dr Michael Galea PhD jaghtina l-hames artiklu minn sensiela ta' psikologija applikata: L-Arti tat-Tolleranza
It-tolleranza hi arti ppridkata minn bosta religjonijiet u nies kbar. Ta' min isemmi dik Buddista u r-religjon taghna l-Insara. X'inhi t-tolleranza? Kelma facli, imma kemm hi iebsa. Tfisser li jien nirrispetta l-opinjoni ta' haddiehor, u nhallihom igawduha, bla ma nipprova nbiddilhom, anke jekk ma naqbilx maghhom. Kull persuna hi unika u specjali, u ghalhekk ghandha kull dritt ghall-opinjoni taghha. Immagina dinja fejn kulhadd jahsibha precizament kif tahsibha int! Kemm tkun dinja ta' dwejjaq u ta' bla kulur... Mhux biss hu interessanti, imma anke ta' sahha mentali, li ahna lkoll differenti, b'opinjonijiet varji. Ovvjament, m'hemm xejn hazin targumenta u tipprova tikkonvinci b'diskussjoni kalma lil haddiehor li l-opinjoni tieghu hi hazina u tieghek tajba. Però ftakar li biex ikollok diskussjoni pozittiva u tajba, int ukoll trid tkun lest tisma' u taghti cans lil haddiehor jipprova jikkonvincik bl-argumenti tieghu. Jista' jigri li wara diskussjoni genwina u twila, kull parti ssir konvinta li hi ghandha ragun. Ma gara xejn b'daqshekk! It-tolleranza tfisser li lkoll kapaci naqblu li nistghu ma naqblux u xorta wahda nibqghu nirrispettaw l-opinjoni ta' haddiehor. Iktar ma nikbru fil-hajja, iktar ninnutaw li t-tolleranza fina tonqos. Dan l-iktar jidher jekk jizdiedlek il-poter (kull tip) u/jew il-prominenza. Bniedem li mhux tolleranti m'ghandux hin ghal veduti politici, socjali, jew religjuzi differenti minn tieghu. Dan ma jurix arrikkiment u maturita', pjuttost faqar u injoranza! Fatt ta' diqa kbira fl-istorja umana hu li bosta religjonijiet, li suppost jindirizzaw lil bniedem ghall-armonija u l-gustizzja, ikkultivaw spiss hafna intolleranza li ssarrfet f'hafna hazen. L-istorja turi li anke gwerer gew miggielda minhabba l-hekk imsejha 'principji religjuzi'. Religjon tali mhix religjon vera jew almenu mhix interpretazzjoni fidili u genwina ta' dak li suppost tkun. M'hemmx sens fi 'gwerra qaddisa', imma kull religjon, xi darba jew ohra, ghamlitha! It-tolleranza tkabbar mohh il-bniedem u l-orizzonti tieghu. Tghinna nifthu ghajnejna u naraw it-tajjeb f'kulhadd, u fuq kollox nirrispettaw l-eghzez haga tal-bniedem: il-libertà tal-hsieb, tal-fidi, u ta' l-azzjoni skond kif mitlub mill-kuxjenza ta' l-individwu.
META TITFI
X-XEMGHA TA' L-OHRAJN |