
| + L-Iben
t'Alla sar Bniedem
Gunju 2000 - Harga Nru 406
U fost dawn ta' l-ahhar, kien hemm fil-gnien ragel aghma u iehor maghtub. Is-sinjur kien zammhom hemm biex ma jkun jonqoshom xejn. F'xi jum bnazzi kienu johorgu fil-gnien biex igawdu t-temp sabih. Jum wiehed il-maghtub qal lill-aghma: "Kemm nixtieq niflah nimxi. Kieku naf kif indabbar somma flus bla tbatija." "X'taghmel?" qallu l-aghma. "Indur dawra ma' dawn is-sigar u naqta' kuljum kaxxa frott. Tant ghandu s-sinjur li ma jintebahx li jien nistaghna ftit ftit." "Jien lest li ngorrok jekk taghtini nofs li taqla'. Imma x'jigri jekk ninqabdu?" "Fik ma jistax iwahhal ghax int aghma u fiha anqas ghax jien maghtub." U t-tentazzjoni ghelbithom u bdew jaghmlu hsieb mohhhom. Bieghu kemm-il kaxxa frott u zammew il-flus f'buthom biex ikollhom jekk tinqala' l-htiega. Izda darba nqabdu u meta dehru quddiem is-sinjur qalulu: "Sinjur kif qed twahhal fina? Jien ma narax u siehbi ma jimxix?" Is-sinjur qallu bil-herra: "Ghabbewlu l-maghtub halli l-kundanna tinghata lil min wettaq is-serqa." Ikun hafna ahjar fil-hajja li nhabblu mohhna u nistinkaw biex naghmlu t-tajjeb milli biex inwettqu l-hazin u ma ninqabdux. DAWN XEGHLU XEMGHA FLOK SEHTU D-DLAMJikteb Max Lucado f’‘In The Eye of The Storm’
Niftakarha qisha grat ilbierah. Konna
hafna zghazagh fil-bjar taz-zejt f'Texas. Klima shuna. "Hbieb, illejla ghandu jkun hemm laqgha fil-knisja tal-qrib. Ghandu jigi jkellimna qassis zaghzugh. Jekk tithajru, il-laqgha tibda fis-7.30p.m." Tbissem u telaq. Ahna harisna lejn xulxin u x'hin konna certi li tbieghed tghidx kemm dhakna. Ara ahna ...zghazagh fl-ahjar taghna, wara gurnata xoghol, kellniex immorru nisimghu qassis jippriedka! Inkunu ilna jum shih nixxennqu ghal dawk is-sighat ta' filghaxija biex ma' shabna, minn bjar ohra, nqattghu kull minuta tal-hin hieles nixorbu, nghajtu u nitbahardu. U dan l-inginier gie jistedinna ghall-priedki! X'ma tidhakx! Izda ma nafx ghaliex id-dehra ta' dan iz-zaghzugh ta' skola jigi hdejna haddiema baxxi jistedinna ghall-priedka jew laqgha baqghet f'mohhi u sikwit kienet terga' tinbet fi hsibijietna. Nerga' narah riesaq misthi misthi u jistedinna. Nerga' nisma' d-dahk taghna. Imma kull darba nammira l-kuragg tieghu. U kont nara li fuq wiccu kien hemm certa kalma. Li rari kont nara fl-inginiera l-ohra. Illum jien predikatur nisrani. U jekk ikolli nistqarr min kien li minn guvni li qatt ma kont inhabbel mohhi fuq Alla u religjon tbiddilt u sirt predikatur nisrani nghid li kien dak l-inginier ta' Texas li gie jistedinna. U jekk xi darba dan l-artiklu jigi f'idejh inkun grat hafna lejh jekk ikellimni. Ghandi dejn kbir mieghu. Dr Coronato Grech ikompli jiktbilna dwar IS-SHAB
Is-shab dahal ukoll f’iktar xoghlijiet letterarji ghalkemm mhux dejjem fis-sens daqshekk letterali. Per ezempju l-Grieg Arisofanu (450 – 383 qK) ghandu dramm bl-isem ‘Nefelai’ jew ‘Is-shab’ li huwa l-aktar memorabbli ghal karikatura ngusta ta’ Sokrate (469 – 399 qK) li jiddeskrivih bhala filosofu donnu dejjem mitluf fis-shab, hsiebu biex ikejjel qabza ta’ nemusa, jispekola kif nemusa taghmel iz-zarzir, jiccassa b’halqu miftuh lejn il-kwiekeb u jghallem logika kemm tajba u kemm hazina. (Imma Sokrate, li fizikament jinghad li kien ikrah, kien bniedem serju, ta’ principju, religjuz - ghalkemm ma jemminx fl-allat Griegi bl-isejjer stupidi u mmorali taghhom - intelletwalment indipendenti u argumentattiv. Din l-ahhar karatteristika dahhlitu f’hafna nkwiet tant li spicca ggustizzjat mill-istat fuq akkuzi ta’ korruzzjoni u ateizmu.) Iktar shab letterali nsibuh f’xoghlijiet ta’ hafna poeti iktar qrib zmienna. U forsi l-iktar familjari ghalina huma poeti Nglizi, li minn fosthom ta’ min l-iktar jiftakar lil William Wordsworth (1770 – 1850) li jibda l-poezija ferrehija ‘The Daffodils’ bil-vers memorabbli “I wondered lonely as a cloud” u jkompli d-deskrizzjoni u l-impressjoni li jhallulu ghalqa narciz jitbandlu fiz-ziffa. (Wordsworth, li ghall-ewwel kien favur ir-Rivoluzzjoni Franciza u ghal xi zmien pantejist qabel rega’ lura ghal Knisja, ma kienx apprezzat minn kulhadd, bi kritici bhal Byron u Shelley u b’ohrajn inqas karitattivi li laqqmuh ‘Wordswords’ u ‘Worstworst’. Però huwa kien, flimkien ma’ Coleridge, il-pijunier tal-moviment Romatinku fl-Ingilterra u bla dubju [ta’ l-inqas fil-fehma ta’ l-awtur] wiehed mill-poeti l-kbar ta’ dak il-pajjiz, u kif jixraq li gie midfun fir-rokna tal-poeti f’Westminister Abbey.) Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta' Lulju FORSI JINTERESSAWKIr-raghaj u l-merhla
"Ahna fl-Ewropa mdorrijin naraw ir-raghaj jimxi wara n-naghag sakemm dawn isibu posthom tas-soltu. Imma fil-Palestina d-drawwa hi li r-raghaj jimxi quddiem u n-naghag jimxu warajh." U dlonk tfaccat merhla naghag li fil-fatt ma kellha lil hadd quddiemha imma ragel miexi warajha. It-turisti tbissmu u l-gwida nfixel imma mar isaqsi lir-ragel ghaliex miexi wara u mhux quddiem bhas-soltu. "Habib, jien m'iniex ir-raghaj ...jien il-biccier!" Gesù bhala l-veru raghaj ma jmexxikx ghall-mewt imma jistiednek timxi warajh ghall-hajja! L-ahhar kliem ta' Richard Baxter - predikatur nisrani kienu: "Mulej, kif trid int, fejn trid int, u meta trid int."
Bejn il-kittieba u l-intellettwali Goethe kien wiehed mill-kittieba favoriti ta' Victor Hugo. Izda darba Hugo ddikjara: "Goethe qatt ma kiteb xejn ta' valur ghajr IL-HALLELIN." Izda xi hadd gibidlu l-attenzjoni li l-ktieb li semma ma kienx ta' Goethe izda ta' Schiller. Minghajr ma habbel mohhu xejn Hugo kompla: "U anqas IL-HALLELIN ma hu originali ghax originarjament kitbu Schiller." Is-sinjal tal-hniena
Fil-bieb kien hemm ragel imgissem li mbarralu t-triq. U staqsieh bil-herra: "Xi trid minn hawn gew?" "Ridt inkellem lil Chun forsi jaghtini ikla b'xejn ghax bil-guh." "Jien Chun u ma ghandix ikel ghal min hu bhalek. Itlaq qabel intellqek." U l-fqajjar kompla: "Mela la int Chun, nistax almenu nkellem lid-dragun? Forsi dan jahbat b'qalb iktar hanina minn tieghek!"
Meta l-kompozitur Rossini xjah il-fama li kellu xorta wahda ma kinitx kapaci taghmlu sinjur. Izda grupp ta' ammiraturi xtaqu li jibqa' mfakkar ghal dejjem u nedew kampanja biex jigbru ghoxrin elf frank biex iwaqqfu monument lil dan l-eroj taghhom. "Aghtuni l-ghoxrin elf frank u noqghodilkom jien bilwieqfa fuq il-pedestall," wegibhom ix-xwejjah muzicist. "It-talb jew jehilsek mill-inkwiet jew jghinek tiffaccjah." H Emerson Fosdick
Kif
bdew?:
Il-Post-It Notes Spencer Silver kien ilu snin jesperimenta biex johloq kolla li twahhal b'mod permanenti iktar mill-kolla li kien fis-suq. Esperiment wara esperiment, biex johloq superstrong glue. Darba effett ta' esperiment minnhom sab li kellu f'idejh kolla li kienet twahhal imma tibqa' tinqala' bla tbatija. Iddizappuntat warrabha sakemm ftit wara habibu ftakar fiha meta ried jaghmel xi sinjali f'pagni ta' ktieb u ried iwahhal karti biex ifakkruh fejn kellu jfittex imma fl-istess hin ried ikun cert li seta' jaqlaghhom bla tbatija meta jispicca. U hekk twieldu l-post-it notes. Rigal bi hsieb Xi vandali qacctu s-sigar sbieh li kien hemm fi Flagler Street, Miami. Il-kunsill tal-belt ma kellux flus biex jaghmel ohrajn flokhom imma nqala' benefattur li ried li jithawlu ohrajn ...bi flusu. U l-awtoritajiet accettaw u ferhu mhux ftit meta raw gmiel ta' sigar, ferm ikbar minn ta' qabel qed jithawlu fejn kienu l-ohrajn. Izda malajr bdew il-protesti mid-ditta ta' l-ajru Delta Air Lines ghax dawn is-sigar kienu qed jghattu ghal kollox reklam li huma kienu ghamlu u li tieghu kienu hallsu kemxa sewwa. U forsi kellhom ragun ghax il-benefattur ma kien hadd ghajr is-sid ta' Eastern Airlines. INKWADRI TA’ ISPIRAZZJONI GHALL-HAJJA TA’ KULJUM
Joseph Fisher,
tfajjel ta' 10 snin, kien l-hena tieghu jmur ma' missieru fl-ghelieqi kbar tal-familja. U ghat-tfajjel, it-tractor ta' missieru kellu faxxinu. Ried isuqu. Kemm-il darba hadlu rasu. Fl-ahhar giet l-okkazjoni. Missieru kien bilqieghda f'genb ta' gandott u Joseph tela' fuq it-tractor u qabbdu. Beda miexi, kollox sew. Izda t-tractor kellu difett. Meta tmiss il-brake tal-lemin ir-rota tax-xellug tiba' miexja u ghalhekk jikser fuq il-lemin. It-tifel infixel u flok wiehed ghafas l-iehor u t-tractor beda jigbed 'il fejn kien hemm il-missier. B'xorta tajba l-missier irnexxielu jiskansa t-tragedja. U r-rota habtet ezatt fejn kien. It-tifel haddan lilu nnifsu jistenna ghajta. Minflok il-missier mar fuqu u qallu: "Kif int?" "Tajjeb." "Taf x'ghamilt hazin?" "Iva." "Illum hadt taghlima li ma tinsihiex kemm iddum haj." Tbissem rah isuq it-tractor lejn l-ghalqa fejn kien postu u rega' ntasab fil-genb tal-gandott qisu ma gara xejn. Sherry Lynn tirrakkonta grajjietha ma' .... TLIET MISSIRIJIET
Ommi regghet izzewget u Bob kien ragel sewwa u qalbu tajba. Kont ghalaqt l-ghoxrin u ma ghadnix aktar nghix ma' ommi imma kont inhoss imhabba kbira lejn dan ir-ragel. Hassejt li kien jixirqilha hafna lil ommi. Izda ftit ta' snin wara hajti thezzet ...sirna nafu li ommi ghandha cancer u ftit kien fadlilha hajja. Ftit qabel mietet, Bob gie d-dar tieghi ...wahdu. Tkellimna fuq hafna affarijiet, imbaghad qalli li hu dejjem ser ikun hemm ghalija, dejjem, anke meta ommi thallina. Imbaghad staqsieni jekk irridx li hu jaddottani. Ma stajtx nemmen lil widnejja. Id-dmugh beda jgelben ma' haddejja. Hu riedni ...lili ...bla riservi! Dan ir-ragel li ma kellu l-ebda obbligu lejja, riedni minn qiegh qalbu, u jien accettajt. Meta konna fil-proceduri ta' adozzjoni, l-imhallef kellemna hafna fuq il-punti iebsa tal-professjoni tieghu. Imbaghad, b'demgha fi xfar ghajnejh, irringrazzjana talli sebbahnielu l-gurnata meta ddikjarana missier u bint. Kelli hamsa u ghoxrin sena imma kont sirt it-tifla z-zghira ta' Bob. Tliet snin qosra wara, lil Bob ukoll tfaccalu cancer u hallieni fi zmien sena. Ghall-bidu tghidx kemm kont imsahhna ma' Alla li hadli lil dan il-missier ukoll. Izda ftit ftit l-imhabba u l-accettazzjoni ta' Bob bdew gejjin lura u aktar ma beda ghaddej iz-zmien kont inhossni aktar grata ghaz-zmien sabih li fih stajt insejjahlu 'pa'. F'Jum il-Missier dejjem nirrifletti fuq dak li tghallimt fuq il-paternità. Sirt naf li tkun missier mhix kwistjoni ta' bijologija u aktar komplikata milli tkun rabbejt tarbija. Il-paternità hi kwistjoni tal-qalb. L-ghotja li tani Bob minn qalbu tibqa' ssahhan 'il ruhi ghal dejjem. Mod infallibli biex taghmel lil ibnek mizerabbli hu li taghtih kulma jixtieq. Henry Home Hemm bosta modi kif tqis is-success, wahda minnhom hi mill-mod ta' kif ibnek iz-zghir jiddeskrivik meta jitkellem ma' habibu. Fost l-abbuzi kollha tad-dinja ...ma hemm xejn aghar minn missier indifferenti. Stefano Guazzo Missieri hu l-kejl li bih qist l-irgiel kollha li ltqajt maghhom wara. Kathryn McCarthy Graham L-akbar xhieda ta' mhabba hi s-sagrificcju. Carolina Fry |