+ L-Iben t'Alla sar Bniedem  

GUNJU 2001 - Nru 418


Kien sinjur kbir u kellu flus bir-radam.  Xtara gmiel ta' dar f'nofs il-kampanja u maghha gnien kbir.  Kienet dar ideali fejn wiehed seta' jqatta' granet ta' serhan il-mohh u l-qalb.  Hemm fost il-ghana ta' l-ghasafar u l-fwieha tal-ward, is-sinjur kien jixxennaq biex jahrab l-istorbju tal-hajja mghaggla li x-xoghol tieghu kien ghaddsu fih.

U s-sinjur tghaxxaq ihares lejn il-gnien sabih ta' daru gdida.  Min kien fid-dar qablu  kien jidher li hu dilettant kbir tal-fjuri u s-sigar.  Zgur li kien iqatta' sighat isaqqi u jneqqi, jirfed u jidritta.  U kien attent ukoll biex anke t-tahlit tal-kuluri tal-ward isir b'ghazla u bil-galbu.  U xtaq li jzommu hekk.  Sabih u jilqghek.

Imma hu ma kellux zmien x'jitlef.  Kif seta' jqatta tant hin isaqqi?  Ghalhekk kellem lil habib tieghu u qallu:

            "Ara x'irrid.  Ifhimni tajjeb.  Irrid sistema ta' tisqija li ssir wehidha.  Niftah il-vit u ma jkunx hemm ghalfejn noqghod ingorr il-pipe minn naha ghall-ohra.  Irrid li ghalkemm ma nistax inqatta' hin fil-gnien dan ma jitlef xejn minn sbuhitu."

Habibu tbissem:

            "Habib, ma jistax ikollok gnien sabih minghajr gennien."

Is-sinjur intebah li kien gralu bhal dak li kien jitghaxxaq jaqra l-vangelu imma qajla ried jghix il-hajja li hajjarna nghixu n-Nazzarenu.


WAQTIET LI JSIRU MUMENTI DEJJIEMA

L-Eccellenza tieghu l-Isqof kien qed izur

il-hafna kappelli li kellu mxerrda

'l hawn u 'l hemm fid-djocesi.

Kemm xtaq li kellu iktar qassisin biex mieghu

jwasslu lil dawk l-erwieh il-messagg ta' Gesù!

 

U kif kien f'kappella minnhom semmewlu gzira zghira

u fuqha tliet sajjieda, erwieh twajba

lesti dejjem li jghinu meta xi hadd jigi fil-htiega

jaqsmu ma' l-ohrajn kull gid li jkollhom.

 

Izda maqtugha ghalihom fuq il-gzira taghhom

isellmu lil kulhadd u dejjem bit-tbissima.

Jilqghuk bil-qalb

u jaqsmu mieghek kull loqma li jkollhom

imma qajla jhallu l-blata-gzira taghhom.

 

"Nixtieq niltaqa' maghhom ghax huma wkoll uliedi,"

tenna l-Isqof.

U haduh hemm ...fuq gzirithom

u tghidx kemm ferhu bih u laqghuh fosthom.

U t-twajjeb Isqof ried ikun jaf kif iqattghuha.

"Nahdmu u nistadu

u fejn naraw il-htiega nghinu kif nistghu

u tul il-jum intennu talba li ghamilna ahna stess:

'Ahna tlieta u inti wiehed

ikollok hniena minna.'"

 

L-Isqof ha gost jitkellem maghhom

imma xtaq jghallimhom talba isbah

u tenna ghal mitt darba t-talba tal-Missierna

sakemm it-tliet irgiel tghallmuha

u ferhanin bdew itennuha.

 

U l-Isqof ferhan ukoll li kien irnexxa

berikhom u halliehom jirrepetu l-Missierna.

 

Izda meta l-vapur li kien fuqu

kien ghoddu tilef il-gzira fuq ix-xefaq

xi hadd beda jghajjat biex jieqfu

ghax it-tliet irgiel dehru resqin b'heffa

lejn id-dghajsa taghhom

u kulhadd skanta ghax it-tliet irgiel

kienu mexjin fuq l-ilma bhallikieku fuq art iebsa.

 

L-Isqof imbellah bi shih bid-dehra ta' quddiemu

irgiel mexjin fuq l-ilma bla xejn kburija

Hassu jrid jinzel gharkobbtejh quddiemhom

Nies qaddisa bla ma jafu.

 

"Eccellenza, insejnieha t-talba li ghallimtna."

L-Isqof qalilhom:

"Hbieb morru lura

u komplu ghidu t-talba li kontu ttennu

ghax ta' Fuq jara l-qalb u qajla jisma' x-xofftejn

li jgedwdu kliem sabih imma bla hsieb u hajja."

 

Leggenda u mhux vera

fil-meravilja tal-mixi fuq il-bahar

imma vera fit-taghlima

li l-Mulej mhux kliem sabih jixtieq

imma mhabba murija anke f'talba siekta.

 

U meta tiltaqa' mal-Mulej f'talba sinciera

il-mumenti jsiru ghalik memorji

li jtulu ghal dejjem.

 


DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu

FUQ XIEX JOHLOM IN-NEMEL?

Li huwa iktar zgur huwa li l-livell tal-konxju jista' jvarja, bl-iktar ezempju ovvju huwa bejn dak l-istat  ta' meta mqajmin u meta reqdin; ghalkemm anke daqsxejn ta’ alkohol, kalmanti, loppju jew drogi kapaci wkoll  ivarjaw sew dan il-konxju.

Min-naha l-ohra ma nafux ezatt kemm huma konxji l-annimali.  Din hija dilemma kbira.  Huwa difficli  tghid kemm huwa konxju  kelb fidil ihares lejk  jew dik ix-xadina tosservak minn bejn il-gradi ta’ gagga ta’ zoo; jew inkella dawk il-baleni enormi jkantaw fil-berah ta’ l-ocean;  id-dniefel jaqbzu mal-mewg;  jew iljunfanti jduru u jibku madwar sehibhom mejjet.  X’forma ta’ konxju ghandhom dawn u kemm huwa avvanzat anke jekk forsi ma japprezzawx s-shab ahmar ta’ nzul ix-xemx, jew xi opra ta’ Verdi;  xi bicca pittura ta’ Rembrandt jew il-formula E=mc2?  L-ezempju tad-dniefel huwa partikularment relevanti ghax huma ghandhom l-iktar mohh sofistikat u relattivvament kbir.  Li jgibna ghad-dilemma morali tal-kacca, l-uzu ta’ l-annimali ghall-esperimenti fir-ricerka medika  jew anke semplicement tiekol dak is-sandwich bil-perzut.

U n-nemel?  In-nemel huwa ezempju ta’ insett socjali li eluf minnhom bejniethom jorganizzaw kolonja, b’ordni kbira minn fuq sa isfel, b’kulhadd (regina, suldati, sefturi ecc)  'jaf'  ir-rwol tieghu u jaghmlu xogholhom b’efficjenza kbira.  Il-mohh taghhom, huwa pjuttost semplici u jikkonsisti minn ftit eluf ta’ newroni. U donnu ipprogrammat ghall-beneficcju generali tal-bejta bi ftit kaz ghall- individwi.  Kemm huma konxji dawn in-nemel difficli tghid.  Id-dinja taghhom certament hija differenti hafna minn taghna: ibda biex jarawha mozajka u bla kulur; u tikkonsisti fil-bicca l-kbira mill- hafna passaggi mudlama tal-bejta, bil-pajsagg barra mimli trab, tharbit  u gebel,  kif ukoll b’perikli minn kreaturi ikbar kull naha (forsi l-aghar dizastru jigi minn xi sieq enormi li bl-inqas hsieb minn sidha tghaffeg kollox u thalli herba shiha).  U aktarx li dawn in-nemel, kollha donnhom mghagglin fuq xogholhom, ma ghandhomx l-icken ideja x’inhuma dawk t-tikek jixeghlu fis-sema iswed ta’ bil-lejl jew x’inhu dak il-ballun enormi ta’ dawl li regolarment jghaddi mill-istess sema.

U meta n-nemel jorqod fuq xiex johlom?  Ibda biex ma nafux jekk il-holm huwiex bilfors assoccjat mal-konxju, kemm huma konxji n-nemel jew jekk in-nemel johlomx.  Imma jekk johlom probabli johlom bid-dinja zghira tieghu;  wara kollox hekk naghmlu ahna.  U jekk din id-dinja taghna tidher tant kbira u kollox ghalina, però hija litteralment tikka zghira bajda-blù mitlufa fl-immensità ta’ l-ispazju.  Jista' jkun, anzi  huwa probabli, li fl-univers enormi hemm xi kreaturi ohra spazjali forsi b’konxju ikbar jew differenti minn taghna u li ahna ghal fejnhom nigu bhalma n-nemel huwa ghal hdejna.  Immaginazzjoni?  Certament, imma x’inhu l-mohh minghajr l-immaginazzjoni? ...jew il-konxju, hu x’inhu dan il-konxju?


FORSI JINTERESSAWK

Meta tahseb li kollox mar zmerc...

Julie Andrews kienet il-kantanta principali fil-musical My Fair Lady u ghalhekk bi dritt ippretendiet li meta sar il-film bl-istess isem, il-parti principali kellha tinghata lilha.  Imma d-ditta Warner Bros iddecidiet li taghti l-parti lil Audrey Hepburn ghax f'dak iz-zmien din ta' l-ahhar kienet iktar popolari.

Sadanittant inqala' l-film Mary Poppins u peress li Julie Andrews ma kellhiex impennji ohra, l-ghazla waqghet fuqha.  Il-film kien success kbir u Julie Andrews rebhet Academy Award.  U malli rceviet l-ahbar dlonk baghtet ittra lil Warner Bros fejn qaltilhom fost l-ohrajn ...'irroddilkom hajr.  Li ma kontux intom ma kontx nirbah dan l-unur!'


Bil-kelma miktuba

Il-President Roosevelt ftiehem mal-mara li kellu jmur jilqaghha l-istazzjon.  Izda ohrog il-ghageb hu qaghad jistenna fuq il-platform u t-trejn ma waqfitx.  Izda fl-ahhar vagun ra lil martu ixxejjirlu u f'idha kellha invilopp li waddbitu mit-tieqa.  Bilgri sab l-invilopp, fethu u qara:

            "Skuzani, Ted, insejt ninfurmak li din it-trejn ma tiqafx f'dan l-istazzjon!"


Il-bxara t-tajba

Dr E V Rieu kien skular celebri.  Jaf bosta lingwi fosthom il-Grieg.  Qaleb ghall-Ingliz kotba klassici.  Issa d-ditta tal-kotba Penguin talbitu biex jaqleb il-vangelu ghal-lingwa li tintuza llum.  Imma tghidx kemm saru protesti kontra l-Penguin ghax Rieu kien inkredulu u l-insara bezghu li meta dan jaghmel it-traduzzjoni ma jkollu l-ebda rispett lejn il-kliem li qal il-Mulej u jibdel is-sens biex taparsi jaghmlu modern.  Izda d-ditta ma bidlitx il-pjanijijiet taghha u Rieu kompla f'hidmietu. 

U mn'Alla.  Mhux biss ghax ix-xoghol li ghamel Rieu kien tajjeb hafna imma ghax waqt li kien qed jaghmel it-traduzzjoni, Rieu ntlaqat mill-kliem u l-episodji ta' Gesù u sar nisrani.

            "Dispjacir wiehed ghandi.  Li ma qrajtx il-ktieb qabel!" qal Rieu.

U jien u int nisimghu l-vangelu ta' spiss jinqara fil-Quddiesa imma forsi mohhna jkun band'ohra u din il-grazzja tghaddi bla ma taghmel l-ebda bidla ghat-tajjeb fina.


Priedka fi ftit kliem

Qassis zaghzugh mar fejn qassis xwejjah li kien imsemmi ghall-priedki u talbu jaghtih is-sigriet tas-success tieghu:

            "Qis li jkollok bidu tajjeb u tmiem li jolqot l-immaginazzjoni.  Ta' bejniethom aghmlu l-iqsar possibli."


Sakranazz staqsa lill-iehor:

            "Hares lejja u ara iniex miexi dritt.  Ma rridx li jarawni diehel id-dar nitmejjel minn naha ghall-ohra!"

            "Miexi dritt xemgha imma min hu dak li miexi mieghek?"


AMULETI

-         jew dak li l-bniedem holom li seta’ jehilsu mill-hazen

 

SNIEN U DWIEFER L-ANNIMALI

 Sa mill-bidu l-bniedem

htieglu jghix mal-hlejjaq l-ohra.

Dejjem ra f'uhud

aktar sahha,

aktar heffa,

aktar agilità.

U xtaq li jiret il-kwalitajiet

li hu ma kellux.

U wara li kiel lahamhom

zamm difrejhom u snienhom

biex iservuh ta' trofej

u forsi jislet minnhom

ftit minn qawwiethom.

Kienet drawwa

li daret id-dinja.

Ghax f'bosta kulturi ssibhom.

U ghadek issibhom

sahansitra fid-djar tal-loghob

ta' Monte Carlo u l-bqija.

Isejhulhom 'alla tal-laghbi'

Uzanzi antiki

f'dinja moderna.

 

Jahasra!

Annimal la jiret u anqas

ihalli wirt.

Minkejja l-heffa ta' leopard,

Is-sahha ta' ljunfant,

il-gholi tal-giraffa,

il-hazen tal-volpi,

ir-regalità ta' ljun,

Il-bniedem jghaddihom kollha.

Fejn ma jlahhaqx

b'sahhet gismu

hemm mohhu jpatti.

Ma ghandhom xejn

Li ghaliha ghandu jghir.

Hadd minnhom

ma hu mibni

Fuq xbieha t'Alla

Hadd minnhom ma jghix

mill-qabar 'il hemm.

Il-bniedem iva.

 

Ikun ahjar jekk ihares lejhom

U minnhom jitghallem

Kemm jafdaw fil-Providenza.

Ma jinkwetawx fuq l-ghada.

L-ghada hu dejjem jum gdid.

Il-bniedem biss jitkisser u jinfena

fuq problemi li forsi

anqas biss ihabbat wiccu maghhom

kemm idum haj.


LILEK MISSIER 

Il-hsieb li jigi ddedikat jum biex fih jigu onorati l-missirijiet beda fi Spokane f'Washington, l-Amerika.  Sonora Smart Dodd gieha dan il-hsieb meta fl-1909 kienet qed tisma' priedka fl-okkazjoni ta' Jum l-Omm.  Lil ommha kienet tilfitha meta kienet ghadha zghira u kien rabbieha missierha Henry Jackson Smart.  Redet turih kemm kien ghaziz ghaliha.  F'ghajnejha kien ragel kuraggjuz b'imhabba bla qies.  Peress li missierha kien jaghlaq sninu f'Gunju ghazlet li l-ewwel Jum il-Missier isir fid-19 ta' Gunju 1910.

Fl-1924, fi zmien il-President Calvin Coolidge,  it-tielet Hadd ta' Gunju sar il-Jum iddedikat lill-missirijiet.

Ir-roses huma l-warda maghzula.  Warda hamra tonora lill-missirijiet hajjin u wahda bajda lil dawk li telqu qabilna. 

Meta l-hanin Alla kien qed johloq il-missirijiet, beda b'qafas kbir.  Anglu li kienet fil-qrib qaltlu:

            "X'tip ta' missier ser ikun dan?  Jekk bi hsiebek taghmel it-tfal tant qrib l-art, ghalfejn ghamiltilhom lil missierhom daqshekk fil-gholi?  Ma jkunx jista' jilghab il-bocci maghhom minghajr ma joqghod gharkobbtejh, iqieghed it-tifel fis-sodda bla ma jitbaxxa, inkella jbus lil bintu minghajr ma jinzel!"

Alla tbissem u qal:

            "Iva, imma jekk naghmlu daqs tifel, ghal min ser iharsu 'l fuq l-ulied?"

U meta Alla ghamel idejn il-missier dawn dehru kbar bi swaba hoxnin.

U l-anglu xenglet ftit rasha u qaltlu:

            "Int taf x'qed taghmel jew?  Idejn kbar huma goffi.  Ma jistghux ibiddlu l-hrieqi, isibu post il-buttuni z-zghar, lastku max-xaghar tal-bniet jew inkella jnehhu xi skalda minn id tifel imbikki."

Alla tbissem u qal:

            "Naf, imma huma kbar bizzejjed biex izommu dak kollu li johrog minn but ta' tifel fi tmiem il-jum ...imma zghar bizzejjed biex imelles wicc ibnu."

Imbaghad Alla ghamel saqajn shah u sodi u spallejn miftuhin.

L-anglu kien kwazi hassha hazin.  "Naf li llum hu tmiem il-gimgha, imma ndunajt li ghamilt ragel minghajr djul!  Kif jista' jzommu lil ibnu meta joqghod bilqieghda bla ma jhallih jaqa'?"

Alla tbissem u kompla: "Omm ghandha bzonn hogor izda l-missier ghandu bzonn spallejn b'sahhithom biex jibbilancja iben hu u jitghallem isuq ir-rota inkella jzomm ras ghajjiena huma u sejrin lura d-dar minn harga."

Alla kien qed jifforma tnejn mill-akbar pali saqajn li qatt dehru fuq wicc id-dinja meta l-anglu ma setghetx izzomm aktar il-kelma.  "Dan mhux sew.  Int tahseb li b'saqajn bhal dawk ikun jista' jghaddi f'festin ta' eghluq snin uliedu minghajr ma jghaffeg minn kull fejn jghaddi?"

            "Thabbilx mohhok.  Ma hu ser jigri xejn minn dak l-inkwiet li int qieghda timmagina.  B'saqajn bhal dawk it-tfal ikollhom sfida quddiemhom ...min minnhom ghad ikun kapaci jilbes iz-zarbun ta' missierhom."

U Alla kompla jahdem tul il-lejl kollu u ta lil missier ftit kliem imma vuci f'sahhitha; ghajnejn li jaraw kollox imma jibqghu kalmi u tolleranti.  Fl-ahhar kwazi kwazi bi hsieb ahhari zied id-dmugh.  Imbaghad dar lejn l-anglu u qalilha:

            "Issa sodisfatta li kapaci jhobb daqs omm?"

U ghall-ewwel darba l-anglu ma qalet xejn.

Emma Bombeck

(Sunlight of the Spirit)