IL-HBIEB ISEJHU

-
Gunju 2002 | Harga Nru.430
-

 

-
+L-Iben t'Alla sar Bniedem

+:: L-Editorjal

Jghidu li darba wiehed bidwi kien qed iqatta’ xi njam fuq il-horza tal-bir b’mannara qadima.  F’hin minnhom laqat injama hazin u l-mannara taret minn idu u spiccat f’qiegh il-bir.  Tghidx kemm beka ghax ghad li qadima ma kellux hliefha.  U dlonk harget mill-ilma ninfa li meta ratu mbikki staqsietu xi gralu.  U r-ragel qalilha l-grajja.

F’hakka t’ghajn in-ninfa nizlet fl-ilma u gabitlu l-mannara tad-deheb:

“Din habib il-mannara tieghek?”

Ir-ragel ma riedx jemmen lil ghajnejh.  Mannara tad-deheb!  Izda ma riedx jisraq u qalilha li dik ma kinitx tieghu.

In-ninfa regghet nizlet fl-ilma u gabitlu mannara tal-fidda:

“Din il-mannara tieghek?”

“Le, jahasra.  Tieghi kienet qadima.  Imsadda!”

In-ninfa regghet nizlet u fl-ahhar gabitlu l-mannara tieghu:

“Dik hi.  Irroddlok hajr minn qalbi.”

“Talli kont sincier, hudhom it-tlieta.”  Hallithomlu u telqet.

Ir-ragel ferhan mar jghid l-istorja lil martu li ma riditx temmen.  Marret tittawwal fil-bir.  U tant ittawlet li waqghet isfel.  U r-ragel rega’ beda jibki.

“Xi gralek issa?” staqsiet in-ninfa.

“Issa tlift lil marti.  Waqghet isfel.”

U n-ninfa nizlet u gabitlu maghha tfajla ta’ 20 ...qisha bint martu u ferm isbah.

“Din martek?”

“Iva ...dik,” temtem ir-ragel.

In-ninfa bidlet surtha.  Saret b’wicc qalil.

“Qed tigdeb!”

“Proprjament ma ridtx nigdeb imma ghidt bejni u bejn ruhi …‘Issa ser nispicca bi tlieta ...u tlieta x’nehtieghom!’

Meta haga tkun toghgbok il-principji jdubu.


+:: PIT STOPS

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Meta l-Imperatur Ruman arresta lil San Gwann Grizostmu xtaq ikun jaf x’jista’ jaghmillu biex igieghlu jibdel il-fidi:

“Nitfghu f’cella!”

‘Tkun qed tahjih.  Dak il-pjacir tieghu fis-skiet jiggosta jitlob lil Alla tieghu!”

“Noqtlu!”

“Tkun qed tferrhu ghax tibaghtu hdejn Alla tieghu!”

“Mela x’nista’ naghmillu?”

“Ara jirnexxilekx twaqqghu fid-dnub biex iggelldu ma’ Alla tieghu!”

Sakemm il-bniedem ikun maghqud ma’ Alla tieghu, l-inkwiet tal-hajja ma jgorrux mieghu.  Izda x’jaghmel il-bniedem bla Alla meta l-hajja ddewqu l-imrar taghha u x-xjenza ma jkollha l-ebda risposta?


Xi hadd ha kaxxa mimlija fliexken whisky lill-predikatur li kien dejjem jippriedka kontra l-alkohol.  U l-predikatur rema l-whisky got-toilet. Meta rah xi hadd qallu:

“Ghax qed tahlih jahasra.  Dak jiswa fortuna.”

“Jekk nixorbu jien jinhela xorta wahda.  Bid-differenza li hekk qed neqred lilu biss u kieku nixorbu jien inkun qed neqred lili wkoll.”


Kultant tinqala’ okkazjoni li ggaghlek tizbroffa.  Tintilef u tibda tghajjat bla ma tintebah.  U twahhal kollox f’din l-okkazjoni.  Imma s-sahna li tkun hadt tkun xhieda li go fik hemm hafna qilla li ghadha mhix ikkontrollata.  L-okkazjoni wriet dan in-nuqqas.  L-okkazjoni ma nebbtitx il-qilla imma biss urietha.  Bhalma meta tidhol go maqjel bil-lejl u tara xi grieden jigru ’l hawn u ’l hemm biex jistahbew ghax tkun hsadthom.  Il-hasda ma gabitx grieden imma biss uriethom.  L-okkazjoni ma nebbtitx qilla imma biss urietha.

Ftit kontroll jisfaghlek ta’ gid ...ghalik innifsek ghax is-shanijiet ma jaghmlulekx gid u anke ghal ta’ warajk.  Tghallem ghodd 20 qabel tghid jew taghmel xi haga meta thossok innervjat.


Fuq il-monument ta’ Lord Lawrence hemm il-kliem:

TANT KIEN JIRRISPETTA LIL ALLA LI MA KIEN JIBZA’ XEJN MINN DAK LI JGHIDU FUQU N-NIES.  


Meta titolbu toqoghdux tlabalbu bhall-pagani ghax jahsbu li jkunu mismughin bil-hafna tlablib.  La taghmlux bhalhom ghax missierkom jaf x’tehtiegu qabel titolbuh - GESU` KRISTU (Mt 6, 7-8)


+:: Ponn Hamrija

:: jikteb Dr Coronato Grech

F’metru kubu ta’ hamrija fertili hemm madwar biljun (1,000,000,000) kreatura hafna minnhom s’intendi annimali u pjanti mikroskopici.  Dawn huma importanti hafna ghax jiccirkulaw il-materjal organiku ta’ dawk li jmutu.  Minghajrhom il-hajja tieqaf ghax wicc il-pjaneta jifga b’igsma mejtin.  U dak il-humus (mil-Latin ghal hamrija), kannella, skur u artab, li jifforma mid-dikompozizzjoni huwa importanti hafna ghax mimli bl-arja, ilma u nutrienti li jaghmlu l-hamrija fertili hafna.  Fost l-organizmi mikroskopici nsibu bosta tipi differenti ta’ bakterja li f’kundizzjonijiet tajba b’riproduzzjoni asesswali (billi c-cellola tal-bakterja semplicement tinqasam fi tnejn) kapaci jizdiedu f’numru enormi f’qasir zmien, waqt li f’kundizzjonijiet hzienu jistghu joqoghdu reqdin f’forma ta’ spori.  Hafna minn dawn il-mikrobi huma importanti mhux biss ghar-roqgha hamrija fejn jinsabu imma ghal biosfera kollha ghax huma parti importanti mic-cikli li jmantnu l-hajja.  Fic-ciklu tal-karbon per ezempju l-pjanti permezz tal-fotosintesi (Il-fotosintesi huwa process li bih il-pjanti, permezz tal-kimika hadra klorofil u l-energija tax-xemx, jiffurmaw karboidrati minn ilma u karbon dikassiku li jgibuhom mill-arja.  Huwa process fundamentali ghal hajja fuq dil-pjaneta) jiehdu karbon dijassiku mill-atmosfera biex jiffurmaw ikel ghalihom u ghal min jikolhom u li meta mbaghad dawn imutu l-karbon taghhom jerga’ lura ghall-atmosfera bhal karbon dijassiku permezz tad-dikompozizzjoni minn mikrobi fil-hamrija u b’hekk jitkompla c-ciklu. Fic-ciklu tan-nitrogenu, (element li huwa importanti fost l-ohrajn ghall-proteini), certi mikrobi u fungi fil-hamrija jiddikomponu l-proteini ta’ dawk li mietu f’sustanzi iktar semplici bhan-nitrati li mbaghad jergghu jintuzaw mill-pjanti.  U jerga’ mikrobi ohra li jghixu fl-gheruq tal-pjanti legumi, bhal ful u pizelli, kapaci jiehdu n-nitrogenu mill-arja biex direttament jaghmlu nitrati ecc li jintuzaw mill-pjanti, li mbaghad jghaddi ghall-annimali li meta dawn imutu jirritornawh, permezz tal-mikrobi, lejn il-hamrija (u anke qabel, meta hajjin, f’forma ta’ awrina u ppurgar u r-raguni ghaliex id-demel huwa fertilizzant).  Imbaghad hemm ukoll ic-ciklu tal-kubrit jew ahjar tas-sulfati fejn certi mikrobi fil-hamrija jiddikomponu kimici li fihom il-kubrit, bhal proteini, f’sustanzi iktar semplici li mbaghad jergghu jintuzaw.  Interessanti l-fatt li fejn il-hamrija mhix fertili u ma tantx fiha sorsi ta’ proteini, xi pjanti, bhal venus fly trap, zviluppaw it-teknika li jaqbdu u jieklu insetti ghall-proteini li fihom.

Imbaghad hemm hafna tipi ta’ protisti, annimali unicellulari; hafna tipi ta’ fungi u pjanti, ukoll unicellulari, ghalkemm ta’ l-ewwel peress li ma jaghmlux fotosintesi huma parassiti, u jerga’ hafna tipi ta’ dud uhud ukoll zghar hafna u ma jidhrux; u mbaghad hemm dud ikbar, atropodi bhal hanfus u nsetti zghar (u l-bajd taghhom), insetti ikbar, bebbux, dud ikbar, (bhad-dudu tal-hamrija, fost l-iktar importanti) u anke xi mammiferi zghar bhall-grieden u anke rettili, bhal gremxul ecc.  U iktar ma jikbru fid-daqs iktar jickienu fin-numri ghax kollox hu mibni fuq speci ta’ piramida b’dawk ta’ fuq iddisinjati jieklu lil dawk ta’ tahthom. Iva, f’dik il-hamrija tfuh u sabiha hemm kontinwament ghaddejjin battalji fatali (bhal wara kollox f’kull ambjent iehor) fejn generalment il-kbar jieklu liz-zghar u fejn jirrenjaw il-bicceriji, l-orrur u l-mewt daqs kemm tirrennja l-hajja.  Hija osservazzjoni li partikularment ma taghtix lok ghal xi ideja romantika u sentimentali tan-natura.


+:: Forsi Jinteressawk  

Dispjacir tal-fatti

Il-politiku John Bright inzerta qrib meta karozza tajret tifel.  Ingabru hafna nies u kulhadd dar ma’ omm it-tifel u beda jsabbarha u juri d-dispjacir.  Bright nehha l-kappell minn rasu u ghajjat:

“Din l-omm trid hafna spejjez biex tfejjaq lil binha.  Ahna lkoll jiddispjacina ta’ li gara.  Jien jiddispjacini b’£10. (U tefa’ £10 fil-kappell.)  Halli nara intom b’kemm jiddispjacikom.”

U ghadda l-kappell lil ta’ magenbu.  F’kemm ili nghidlek il-kappell intela’ karti u muniti u l-omm almenu kellha ftit flus biex tara lil binha jircievi l-ahjar medicini u kura.


Jekk trid ….(quddiem min jahseb li sar xi alla)

Ragel mar fejn l-gharef tad-dezert u talbu x’jista’ jaghmel biex jikseb pjacir minghand is-sultan li kien tirann.

“Mur u ntefa’ fejn saqajh u ghidlu x’ghandek bzonn.”

“Hemm bzonn nintefa’ ma’ l-art?”

“It-tiranni ghandhom widnejhom fejn l-ghekiesi!”


Paroli ghandna

Baghat e-mail lill-gharusa:

“Ghalik nitla’ l-oghla muntanja
Ghalik ninzel daghbien fond
Ghalik lest li nonfoq flusi kollha
Ghalik lest li nhalli hajti.

Narak nhar is-Sibt ...jekk ma tkunx tqattar ix-xita!”


Il-ktieb taz-zwieg

James J O’Reilly jirrakkonta li darba kien id-dar ta’ nanntu u ntasab fil-gnien jaqra l-ktieb: ‘Kif tista’ tirnexxi fiz-zwieg tieghek.’  In-nanna resqet lejh u xtaqet tkun taf x’qed jaqra.  Meta dan qralha t-titlu staqsieha:

“Int qrajt xi ktieb nann biex ilek man-nannu iktar minn 60 sena?”

“Konna naqraw flimkien il-Bibbja!”

Meta wasal id-dar James pogga l-Bibbja tieghu f’post prominenti fost il-hafna kotba li kellu dwar il-hajja mizzewga u z-zmien ta ragun lil nanntu ...sab iktar farag u ghajnuna fih milli sab fil-pubblikazzjonijiet imlewna li kienu jsebbhu l-librerija tieghu.


Risposta ta’ hmar

“Islifni l-hmar habib!”

“Jiddispjacini imma l-hmar tieghi qieghed ghand hatni.”

Dak il-hin il-hmar instema’ jinhaq.

“Kif qieghed ghand hatnek meta qed nisimghu jinhaq?”

“Int lil min ser temmen lill-hmar jew lili?!”

Alla kapaci jimla l-vojt ta’ kollox izda xejn ma kapaci jimla l-vojt ta’ Alla.


+:: Simetriji + Bejn grajja, riflessjoni u kwotazzjoni

 

Xi snin ilu nfethet kaxxa

li fiha kien l-affarijiet

li kellu fil-bwiet il-President Lincoln

dakinhar li spicca assassinat.

Wahda mill-affarijiet kienet ittra lill-editur ta' gazzetta

li min kiteb fahhar lil Lincoln ghal mod tieghu ta’ tmexxija.

 

Milli jidher anke l-president Lincoln

kellu bzonn lil min

jurih li japprezza

x-xoghol li jwettaq.

U min le?

Kemm kbar kif ukoll zghar

nehtiguha kelma ta’ apprezzament.

 

U Lincoln kien jaf min huma t-tfal:

          “It-tifel hu dak li ghada ser jaghmel

dak li llum qed taghmel int

u ser ikunu f’idejh

dawk l-affarijiet

li llum tqishom importanti.”

 

Li tghin lit-tfal irabbu

kunfidenza fihom infushom

tkun qed tghin biex id-dinja ta’ ghada

tkun ahjar minn tal-lum.

 

“Ghalhekk aghmlu l-hila lil xulxin

u ibnu wiehed lill-iehor,

bhalma qeghdin taghmlu.”

(1 Tess. 5, 11)


+:: Id-Daddy qed Isuq

Koppja Amerikana, flimkien ma’ binthom ta’ tliet snin, kienu qeghdin ghall-vaganzi fl-Ewropa. Riedu jsuqu ghal tlett ijiem kontinwi biex jaslu l-Germanja fil-hin ippjanat.

Ic-ckejkna kienet ghadha qatt ma ghamlet lejl tivjagga f’karozza.  Hassitha tibza’ x’hin rat dak id-dlam ’il barra mill-karozza.  Staqsiet:

“Fejn ahna sejrin, daddy?”

“Ghand iz-ziju.”

“Imma int mort xi darba ghandu?”

“Le.”

“Tafha t-triq?”

“Ghandna mappa.”

Il-mistoqsijiet waqfu ghal ftit izda mbaghad kompliet:

“Imma bil-mappa biss naslu?”

“Iva, dazgur!”  

Regghet waqfet ghal ftit qabel kompliet:

“X’ser nieklu jekk jaghtina l-guh qabel naslu?”

“Hawn bosta restaurants mat-triq.  Nieqfu x’imkien!”

Dan id-djalogu rrepeta ruhu bosta drabi bi ftit tibdiliet kemm fl-ewwel lejl kif ukoll matul it-tieni.  It-tfal iz-zghar ghandhom habta jirregetu l-istess mistoqsijiet.  Izda matul it-tielet lejl it-tifla kienet kwieta.  Il-missier haseb li minhabba l-ghejja raqdet izda malli harsilha fil-mera raha b’ghajnejha miftuha berah, thares kalma ’l barra mit-tieqa.  Ma setax jifhem kif ma komplietx bil-litanija ta’ mistoqsijiet:

“Dear, taf fejn ahna sejrin?”

“Il-Germanja, ghand iz-ziju!”

“Taf kif irridu naslu?”

“Le.”

“Ghaliex m’ghadekx issaqsini?”

“Ghax id-daddy qed isuq!”

Ghax id-daddy qed isuq! Ir-risposta li baqghet iddur f’qalb il-missier u kull darba li habbat wiccu ma’ problema ftakar li Alla qed imexxi kollox.  Iva, hu Alla, missierna, li qed isuq.  Nistghu nkunu nafu d-destinazzjoni izda l-vjagg inhalluh f’idejh.  Ahna ma nafux it-triq, ma nafux naqraw il-mapep tieghu, ma nafux jekk ahniex ser insibu xi restaurant fejn nistriehu ftit matul it-triq.  Izda bhat-tifla ckejkna irridu nintelqu fil-hsieb li hu missierna li qed isuq.  Ghalhekk hu sejjer jghaddina mill-ahjar triq li hemm ghalina.

Izda int konvint li missierek, bhal raghaj tajjeb, qed isuqek illum? Kif qed iggib ruhek bhala passiggier, ibnu?

Tista’ ssaqsi bosta mistoqsijiet, izda bhac-ckejkna nitilqu minnhom u nispiccaw fil-fatt li hu Alla li qed imexxi kollox ...u nintelqu mistrieha fi hdanu konvinti li issa jew imbaghad naraw li kollox qed jigri ghall-gid taghna.

Joghgob iktar lill-Mulej min ipoggi l-iktar fiducja fiH.