|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Suldati
Amerikani stazzjonati fil-Korea kienu jhobbu jaqbdu ma’ zaghzugh Korean.
Issa jaghmlulu barmil fuq il-bieb u malli z-zaghzugh ibexxqu,
jixxarrab ghasra.
Issa jorbtulu spaga minn naha ghall-ohra u z-zaghzugh jehodha ghal
wiccu.
Issa jwahhlulu s-sandli ma’ l-art meta jkun rieqed u x’hin iqum
ma jkunx jista’ jaqlaghhom.
U
z-zaghzugh ma kien jghid xejn.
Ebda tgergira.
Fl-ahhar suldat minnhom deherlu li ma ghandhomx ikomplu b’din l-istorja.
Iz-zaghzugh kien bata bizzejjed frott ic-cajt taghhom.
U wiehed minnhom darba qallu:
“Iddecidejna
li ma naghmlulekx iktar cajt!”
“Allura
issa ma tergghux taghmluli ilma fuq il-bieb?”
“Daqshekk
ilma!”
“U
ma tergghux taghmluli spag minn naha ghall-ohra tal-kamra.”
“Daqshekk
spag!”
“U
ma tergghux twahhluli s-sandli ma’ l-art?”
“Daqshekk
wahhalnielek is-sandlijiet ma’ l-art!”
Iz-zaghzugh
ha nifs qawwi u ddikjara:
“Mela
jien mil-lum ’il quddiem ma rridx inkompli nobzoq fis-soppa li ngibilkom!”
Fid-dinja,
kif taghmel jaghmlulek. U
fl-ahhar kulhadd isib il-kappell li jigih.
PIT
STOPS 2
Tentufiet
li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja
Voltaire
kien gharef kbir Franciz li f’kitbietu u fi kliemu kien jghid li ma
jemmen b’xejn.
Imma darba habib ta’ gewwa kien mieghu meta l-gharef ircieva
ittra minghand wiehed fanatiku ghal taghlimu li qallu:
‘Taghlimek
nehhieli l-biza’ ta’ l-infern.
Grazzi.’
U
Voltaire minn taht l-ilsien qal:
“Mhux
jahasra li nista’ nghid l-istess.”
Ghax
hafna minn dawk li jiftahru li ma jemmnu b’xejn, fil-qiegh ta’ qalbhom
jemmnu.
Il-hazin hu li dawk li jiddakkru minn taghlimhom jaraw biss
il-qoxra ta’ barra.
Tfakkarni
f’dak li ra fra jiknes tarag ta’ kunvent f’jum sajfi ta’ xemx
qalila.
U qallu:
“X’qatgha
tiehu fra jekk meta tmut issib li ma hemmx genna!”
U
l-fra wiegeb:
“X’qatgha
tiehu int jekk meta tmut issib li hemm infern!”
Sid:
Int temmen li l-erwieh jidhru?
Impjegat:
Ma nafx... daqqa nemmen u daqqa ma nemminx.
Sid:
Ibda emmen.
In-nannu li minhabba fih int tlaqt kmeini ghax ridt tmur ghall-funeral
tieghu, ghadda ghalik ftit wara li tlaqt int!
Tabib
kien qed jitkellem:
“Ix-Xjenza
sabet medicina gdida li hi ferm ahjar mill-medicina li nafu biha.
U barra l-gid li tiksiblek ma tiswilekx flus, mhix morra,
m’ghandhiex effetti sekondarji, ma tehzienx, ma hemm l-ebda gisem li ma
jridhiex u ma tistax tiehu z-zejjed minnha.”
Mela
tinsiex tiehu din il-medicina kuljum...
IDHAK
DAHKA.
Meta
jkollok aptit tgharrex ghall-izbalji, hares fil-mera.
Xi
hadd kiteb lill-qassis Ingliz biex jaghtih ir-ricetta tal-ferh.
Dan qabad il-kelma JOY (ferh)
u fejnha kiteb hekk:
J
–
Jesus first
O
– Others second
Y
–
Yourself last.
Jekk
inqassam gidi kollu
u
naghti gismi biex jinharaq
u
ma ghandix imhabba,
xejn
ma jiswieli.
SAN
PAWL (1 Kor 13, 3)
Dr
Coronato Grech M.D. jkompli l-artiklu li beda fil-harga ta’ Mejju
IL-BZIEQ
F’gurnata
wahda dawn il-glandoli kollha bejniethom jiffurmaw madwar 1.5 litri ta’
bzieq.
Minn dan il-volum pjuttost kbir, zewg terzi jigu mill-parotidi u
kwart mill-gladoli submandibulari.
Ikel aciduz bhal-lumi kapaci jzid sew il-volum tal-bzieq (mir-rata
bazika ta’ 3ml ghal 5ml fil-minuta).
U bzieq minn gladoli differenti huwa xi ftit differenti; per
ezempju dak mill-parotidi fih iktar ilma u fih biss issib il-ptyalin.
Bhal
kull parti ohra tal-gisem il-glandoli tal-bzieq biex jaghmlu xogholhom sew
iridu kordinazzjoni tajba bejniethom kif ukoll ma’ organi ta’
funzjonijiet assocjati.
Dan il-kontroll huwa principalment permezz tas-sistema nervuza.
Ikel fil-halq jistimola direttament il-glandoli; kif ukoll jibghat
messaggi man-nervaturi ghal parti t’isfel tal-mohh (fil-pons u medulla)
minn imbaghad nervaturi ohra jghaddu ghall-glandoli biex ikomplu
jistimulawhom sakemm hemm bzonn.
Dan ir-rifless jista’ jigi moderat u anke kkundizzjonat minn
centri iktar gholja fil-mohh, kif sab il-fizjologista Russu Ivan Pavlov
(1849-1930) minn sensiela ta’ esperimenti famuzi fuq il-klieb.
B’hekk anki r-riha jew il-hsieb (jew xi stimolu iehor li gie
kkundizzjonat) igib bzieq fil-halq bi thejjija ghall-ikel.
Minn naha l-ohra ghejja qawwija, irqad, biza’ u anzjetà, jnaqqsu
l-formazzjoni tal-bzieq.
Illum kawza komuni ta’ halq xott huma minn effetti mhux mixtieqa
ta’ certi pilloli nkluzi certi antidipressanti.
U
bhal kull parti ohra tal-gisem, il-glandoli tal-bzieq huma suggett
ghall-mard, inkuz diversi funzjonijiet bl-iktar drammatika hija l-infezzjoni
tat-tfal imsejha ‘gattone’ jew ‘tal-qattus’ imbaghad hemm gebel li
jifforma fil-kanali, l-iktar tal-glandoli submandibulari u dan kemm
minhabba l-pozizzjoni u kemm minhabba li bzieq hemmhekk huwa iktar ohxon
li jgib l-ugiegh u infezzjoni, u diversi tipi ta’ kancer li generalment
jikbru bil-mod ghalkemm finalment huma serji l-iktar jekk, bhal
tal-parotidi, jinvolvu xi nerv importanti.
Kif
mistenni annimali mammiferi ghandhom ukoll sistema ta’ bzieq tixbah lil
taghna u bl-istess funzjonijiet, inkluz dik li tghin fl-ghajjat, per
ezempju, dawk ix-xadini li joqoghdu jghawwu fis-sigar.
Anki l-ghasafar iridu jzommu l-apparat tal-kant (is-siringa)
mxarrab ghal ghana effettiv.
Fis-sriep imbaghad hemm il-glandoli tal-velenu li aktarx evolvew
minn dawk tal-bzieq, bil-kobra fost l-ohrajn kapaci titfa’ bezqa velenu
b'mira tajba sa tliet metri.
(Incidentalment l-iktar distanza li bezqa umana giet mibzuqa ’l
boghod hija, skond il-Guinness Book of Records (1997) ta’ kwazi 10 metri
u nofs waqt kompetizzjoni fl-Amerika).
L-insetti, li ghandhom disinn tal-halq ferm differenti minna u
orribbli jekk tarah imkabbar, ghandhom metodu differenti kif jieklu –
per ezempju id-dubbiena ttella’ l-bzieq ghal fuq l-ikel biex thollu u
mbaghad tixrob it-tahlita u fl-istess hin thalli fuq l-ikel ruxxmata
mikrobi u hmieg li tkun gabret minn postijiet ohra.
Sa certu punt l-annimali fl-ilma ma tantx ghandhom bzonn bzieq
almenu biex ixarrbu l-ikel jekk mhux ghall-bidu tad-digestjoni.
Il-bzieq,
bhal kull haga ohra li ghandha x’taqsam ma’ dan l-annimal interessanti,
ghandu wkoll aspett socjali, xi whud strambi hafna, ta’ l-inqas ghal min
mhux imdorri bihom: per ezempju fost il-Masaj ta’ l-Afrika jobzqu huwa
sinjal ta’ qbil bhal ma hu t-tehid ta’ l-idejn fostna; u f’xi
tribujiet ohrajn, sa anke jobzqu fuq xulxin.
...ikompli
fil-harga ta’ Lulju.
FORSI JINTERESSAWK
Affarijiet
zghar
Vapur
ghereq hdejn l-Irlanda.
Ma
kienx maltemp ghad li kien dlam cappa.
Il-kaptan
kien bniedem tal-mistier.
Il-bahrin
kollha kienu qed jaqdu dmirhom.
Meta
flew il-gabina tal-vapur mgharraq, il-bughaddasa ntebhu li l-boxxla
tal-vapur kienet imwahhla b’hadida zghira.
Kultant difett zghir jista’ jkollu konsegwenzi koroh.
Univers
ibbottiljat
Ragel
mar fejn qassis u riedu jfehmu fuq il-kobor ta’ Alla ghax beza’ li ser
jitlef il-fidi.
“Hares
lejn il-bahar ...lejn l-univers ...lejn in-natura.
Dawn kollha jippriedkaw lil Alla izda hadd minnhom ma juri
bizzejjed il-kobor tieghu.”
Imbaghad
il-qassis qabad flixkun mimli bl-ilma u kompla:
“Ara
dan l-ilma minn Niagara Falls imma bl-ebda mod ma juri s-sabih tal-waterfall!”
Fuq
zewg saqajn...
jew erbgha
Ragel
kien qed jixrob u ma’ l-ghaxra qam biex jitlaq lejn id-dar.
“Ghax
tmur daqstant kmieni!”
“Ghax
il-mara tkun tistennieni!”
“Mela
tibza’ mill-mara?
Int x’int ragel jew gurdien?”
“Mhux
li kont gurdien...
kieku l-mara tibza’ minni!”
Zerriegha
u frott
Mara
holmot li dahlet f’supermarket u sabet lil Gesù jbiegh.
Resqet lejh u misthija qaltlu:
“Hawn
xi tbieghu mghallem?”
“Kull
haga li tixtieq!”
“Mela
nixtieq nixtri hafna ferh, hena u gherf!”
U
l-Mulej newlilha l-Vangelu.
“F’dan
il-ktieb issib iz-zerriegha ta’ ferh, hena u gherf ….Kulma trid
taghmel hu li tizraghha f’qalbek ghax ahna f’dan is-supermarket ma
nbieghux frott imma biss zerriegha.”
Il-mara
qamet dizappuntata ...ghax stenniet ahjar!
Ezami
mhux tas-soltu
L-Isqof
ried jaghzel kappillan ghall-parrocca u baghtulu guvnott li kien ghadu
kemm iqaddes. Qallu biex jidher quddiemu ghall-intervista biex jara hux tajjeb
ghal din il-kariga.
“Ejja
ghada fis-6.00 ta’ filghodu!”
Il-guvnott
mar fil-palazz ta’ l-Isqof kwarta qabel il-hin imma l-Isqof gie
ghall-intervista fit-8.00 ta’ filghodu.
Meta deher quddiemu z-zaghzugh ma qal xejn dwar il-fatt li dam
jistenna saghtejn.
Imbaghad l-Isqof staqsa liz-zaghzugh:
“Spellili
l-kelma ‘qassis’!”
Iz-zaghzugh
spellieha.
L-Isqof
baghtu lejn id-dar u lis-superjuri tieghu qalilhom:
“Ghad
jaghmel kappillan tajjeb ghax rajt li hu pacenzjuz ...hallejtu jistenna
saghtejn u ma gergirx, u ferejtu fl-intelligenza tieghu meta tlabtu
jaghmel haga li anke tifel zghir kapaci jaghmilha...
u wettaqha bla ma qal
xejn.”
AHBARIJIET TA’ INTERESS
IZZEWGU
Daniel
Cardona ta’
Triq ir-Rihan lil Cheryl Farrugia (Gharb);
Vincenza
Cauchi ta’
Triq ir-Ramla lil Joseph Stellini (Sannat).
Filwaqt
li nawgurawlhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb.
Il-familja li titlob flimkien, tibqa’ flimkien.
IL-LAQGHA
TA’ MEJJU
Kellemna
Dun Michael Said dwar l-esperjenzi tieghu tal-Gimgha Mqaddsa f’parrocca
f’Ruma u l-btala li ghamel flimkien ma’ grupp mill-istess post
fil-Marokk.
Dan il-pajjiz b’kultura musulmana li ftit li xejn inbidlet mal-medda
tas-sekli ghandha bosta punti pozittivi ghad li bosta drabi nisimghu biss
fuq in-negattiv.
Aktar nisimghu kemm ghalihom il-mara hija oggett u proprjetà tar-ragel
fiz-zwieg izda ftit nisimghu kemm jaghtu importanza lill-hajja familjari u
ragel li dejjem mal-hbieb hu meqjus bhala inferjuri – li ma jafx
x‘inhuma l-valuri.
Il-mod ta’ hajja li jghixu tnaqqas hafna mill-kurzità zejda fuq
dak li jkun.
Anke d-djar taghhom huma mibnija ‘l boghod mit-triq u bi twieqi
zghar li ftit jaghtuk taghrif fuq dak li jigri gewwa.
Dun Michael qalilna kemm hu pajjiz b’meravilji naturali –
ghandu minn muntanji mimlija silg imfittxija ghall-iskijar sa dezerti
mrammla bla tmiem, bahar car fuq zewg nahat ghal meddiet ta’ hdura
kollhom palm li jserrhu l-menti.
Kienet lezzjoni li fiha hadna gost hafna nisimghuh jirrakkonta minn
dak li ghadda.
Hajr
lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li
qassamna wara l-laqgha.
Tellajna par gamiem (hajr lil Alfred Attard ta’ Triq San Gwann) u
keychain li messew bix-xorti lil Jonathan
Debono ta’ Triq tat-Targa.
IL-LAQGHA
TA’ GUNJU
Ser
issir nhar is-Sibt 7 ta’ Gunju fit-8.15p.m.
Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll ghal din il-laqgha ta’ l-ewwel
Sibt.
Meta thajjar lil shabek biex jattendu huma wkoll tkun qed tghin
fit-tixrid tal-kelma t-tajba.
Mela
nistennewkom.
Nhar is-Sibt fit-8.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.
YOUNGSTERS CHAMPIONS 2002 – 2003
Minn
qalbna nifirhu lin-Nadur Youngsters – players, kumitat u supporters
ghar-rebh tas-seba’ kampjonat fl-istorja sabiha taghhom.
Stagun li tana hafna sodisfazzjon bir-rebh ukoll tat-tazza ta’
Jum il-Helsien.
Wara
l-loghba max-Xewkija li ntrebhet bl-iskor ta’ 3 – 0 (b’goals ta’
Anthony Portelli, Mario Bonello u iehor ta’ Bizu) frahna lkoll bhala
Nadurin bir-rebh ta’ dan il-kampjonat.
Jidher li fit-timijiet tal-Youngsters, kemm tal-kbar kif ukoll
taz-zghar, hemm hafna element tajjeb li bi ftit kura ghad jirrendi bi shih
biex fil-futur il-Youngsters jibqghu jaghtuna iktar successi u
sodisfazzjon.
Prosit
u hafna awguri ’l quddiem.
SNAPSHOTS
Stejjer
u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom
Fis-seklu
dsatax
kien
hemm familja ta’ immigrati
li
nefqu kwazi kull sold li kellhom
biex
xtraw il-biljetti
ghall-Istati
Uniti.
Riedu
jaharbu mill-faqar ta’ pajjizhom
u
ghamlu sagrificcji fuq sagrificcji
biex
setghu xtraw il-biljetti.
Meta
kienu fuq il-vapur,
sabiex
ifaddlu l-flus li kien fadlilhom,
baqghu
fil-gabina taghhom,
u
kienu jieklu hobz niexef u ilma
biex
ma jippranzawx fir-ristorant tal-vapur.
Izda
meta dahlu fil-port ta’ New York
hadu
l-qatgha ta’ hajjithom.
Saru
jafu li l-ikel tal-vapur kien b’xejn.
Kienu
hallsu ghalih
meta
xtraw il-biljetti.
Bosta
nies jghaddu mill-vjagg tal-hajja
bl-istess
mod li ghamlu dawn in-nies.
Ibatu
guh spiritwali
minflok
ma jieklu ‘l-hobz tal-hajja’,
-
b’xejn – mill-mejda tal-Mulej.
“Meta
naghmlu parti mill-mejda tal-Mulej
inkunu
qed ninbidlu
f’dak
li nircievu,”
qal
darba il-Papa qaddis Iljun il-Kbir.
TGHALLIMT LI…
Tghallimt
li …
ma
tistax iggieghel lil xi hadd ihobbok
izda
tista’ ssir xi hadd mahbub.
Jiddependi
mill-ohrajn.
Tghallimt
li …
ma
ghandux x’jaqsam kemm naghti kas
insib
dejjem lil min ma jirreciprokax.
Tghallimt
li …
trid
is-snin biex tibni l-fiducja
izda
tista’ titkisser fi ftit sekondi.
Tghallimt
li …
xejn
ma jfisser x’ghandek f’hajtek
izda
lil min ghandek f’hajtek.
Tghallimt
li …
qatt
ma jaqbillek tqabbel lilek innifsek
ma’
l-ahjar ta’ l-ohrajn.
Tghallimt
li …
tista’
taghmel xi haga f’mument
li
jibqa’ jiddispjacik ghaliha hajtek kollha.
Tghallimt
li …
qed
jehodli hafna hin biex insir il-bniedem li nixtieq.
Tghallimt
li …
ghandi
nhalli lil kulhadd b’kelma sabiha
ghax
tista’ tkun l-ahhar darba li narahom.
Tghallimt
li …
tista’
tibqa’ sejjer hafna wara li jkun messek waqaft.
Tghallimt
li …
ahna
dejjem responsabbli ta’ dak li naghmlu
ma
ghandux x’jaqsam kif inhossuna.
Tghallimt
li …
jew
tikkontrolla l-burdati
inkella
jikkontrollawk huma.
Tghallimt
li …
l-eroj
fil-hajja huma dawk
li
jaghmlu dak li jehtieg li jsir
meta
jkun hemm bzonn
bla
ma jaghtu kas il-konsegwenzi.
Tghallimt
li …
l-flus
huma mezz qares biex tqis is-success.
Tghallimt
li …
l-aqwa
habib u jien nistghu naghmlu kollox jew xejn
u
xorta nqisuh bhala l-isbah zmien.
Tghallimt
li …
kultant
dawk li tistenna li ser jaghtuk majnata
ikunu
huma li jgibuk f’tieghek.
Tghallimt
li …
meta
nkun bil-guh nista’ nishon
izda
b’daqshekk ma ghandix dritt li nkun krudil.
Tghallimt
li …
hbiberija
vera tibqa’ tikber
anki
fuq distanza twila.
L-istess
jinghad ghall-imhabba.
Tghallimt
li …
jekk
xi hadd ma jhobbokx kif tixtieq int
ma
jfissirx li ma jhobbukx b’sahhithom kollha.
Tghallimt
li …
l-maturità
ghandha aktar x’taqsam ma’ l-esperjenzi
u
x’tghallimt minnhom milli mill-età tieghek.
Tghallimt
li …
habib
kemm hu habib bnidem dejjem jista’ jweggghek
izda
dejjem ghandek tahfer mill-qalb.
Tghallimt
li …
xi
drabi mhux bizzejjed li haddiehor jahfirlek
trid
tkun kapaci tahfer lilek innifsek.
Tghallimt
li …
Ma
ghandux x’jaqsam qalbek kemm hi maqsuma
Id-dinja
mhix ser tieqaf minhabba l-inkwiet tieghek.
|