+L-Iben t'Alla sar Bniedem - Gunju 2005 | Numru 466

L-EDITORJAL 

Fl-istorja ta' Ruma naqraw li darba kien hemm imperatur li kien hejja ikla kbira ghal hbiebu. Peress li dawn kienu hafna, ma setax jaghmilha taht is-saqaf imma ghamilha fl-apert... fi gnien kbir. Izda malli bdiet l-ikla bdiet niezla wkoll xita qalila li hassret il-festi kollha.

L-imperatur, furjuz ghall-ahhar, ta l-ordni lis-suldati li jibdew jisparaw ghas-shab biex juruhom l-ghadab taghhom. U eluf ta' vlegeg ittajru lejn l-ajru mitbuq ta' fuqhom.

L-ajru baqa' jitfa' xita bil-qliel u hafna suldati u mistiedna spiccaw feruti bil-vlegeg li waqghu fuqhom.

Nidhku bil-grajja u forsi ninsew li ssib min quddiem xi kuntrarju jhares 'il fuq u jidghi. U jispicca bhas-suldati u u l-mistednin... ferut ghax Alla jibqa' Alla imma kliemek ikun gab biss dannu, disperament u htija fuqek.  Ikun ahjar li nifhmu li 'Dak li jaghmel il-Mulej hu dejjem ghall-ahjar taghna anke meta ma nifhmuhx.'

Id-dagha ma jsolvi l-ebda problema.


ESPERJENZI LI JISTGHU JSERVU TA' LEHHA DAWL GHAL MATUL IT-TRIQ

L-Amerikani jafuh sew lill-attur Henry Sanders tas-sensiela 'Dr Quinn'. Izda forsi ftit jafu b'esperjenza li jhobb jirrakkonta.

Jghid kif darba, meta hu kien spicca mill-kors fl-Akkademja gie fuqu sid ta' teatru zghir f'belt imdaqqsa u talbu jiehu hsieb u jahdem fi play li kellha tiehu xi tliet xhur - serata kull nhar ta' Hadd filghaxija.

Offrielu paga dicenti. U Sanders accetta. Iffirma kuntratt ghat-tliet xhur ta' wara. Gimgha wara l-iffirmar cemplulu minn Hollywood ghax min kien jghallmu fl-Akkademja kien irrakkomandah u qalulu li riduh imur malajr f'Los Angeles ghax riedu jibdew sensiela gdida u ghazluh bhala l-protagonista b'paga favoluza.

Sanders hassu bejn halltejn ghax issa kien digà ta l-kelma li ghal tliet xhur mhux ser jitharrek mill-belt li fiha kienet qed issir il-play. Kien marbut b'kuntratt imma iktar minn hekk kien marbut b'kelmtu.

Seta' jikser il-kuntratt u Hollywood ihallas id-danni izda hu hass li la darba ta kelma ghandu jzommha u kontra qalbu qalilhom x'iddecieda.

U ta' Hollywood tant staghgbu b'irgulitu li ghazlu li jistennew tliet xhur flok ma ghamlu bhas-soltu ghazlu attur iehor.

Anke Hilaire Belloc ghandu esperjenza simili. Meta ddecieda li jikkontesta siggu parlamentari u xi hadd qallu li bhala kattoliku ftit kellu tama li jirnexxi Hilaire – li kien awtur imsemmi, flok heba dinu, qal lil min mar jisimghu 'Jien kattoliku u f'buti ssib dejjem il-kuruna tar-Ruzarju. Jekk ghax jien kattoliku ma tridunix nirraprezentakom irrodd hajr lill-Mulej.

U kontra kull pronostiku Belloc inhatar b'maggoranza.

Jalla ahna wkoll inzommu mas-sewwa u mhux ningarru mal-wied tal-folla u nfittxu biss dak li jaqblilna.


DR CORONATO GRECH M.D. ikompli l-artiklu li beda fil-harga ta' Mejju dwar…

IL-MIRJA

F'idejn awturi kreattivi, mera tista' tiftah tieqa fuq dinja fantastika u immaginattiva, bl-iktar zewg ezempji famuzi ta' 'Alice through the Looking Glass' ta' l-Ingliz Lewis Carol (1832-1898) fejn kollox huwa l-kontra – lemin huwa xellug, Alice trid timxi lura biex tiltaqa' mar-Regina l-hamra, din tghajjat bl-ugigh qabel ma' twegga', u l-hin jimxi lura; u l-ohra hija 'The Picture of Dorian Gray' ta' l-Irlandiz Oscar Wild (1854 – 1900) fejn zaghzugh sabih u vanituz, jilghab ruhu ma' pittura xbiha tieghu halli din tixjieh waqt li hu, kif jidher fil-mera, jibqa' zaghzugh.

Ghal hafna hassieba bikrija tal-Knisja, li ghalihom l-gisem kien ikkunsidrat ghadu u ta' tfixkil, il-mera kienet kkundannata bl-ahrax; skond Tertulljanu (160-220), mera hija tentazzjoni ohra tax-xitan.  L-istampa ta' mara titranga quddiem mera, bil-mewt f'forma ta' skeletru warajha, kienet allegorija popolari medjevali biex turi l-frugha ta' din id-dinja.  U ghalkemm il-mirja ma nqatghu qatt, però f'dawn is-sekli hafna nies ghaddew hajjithom minghajr ma raw wicchom, avolja l-mirja kienu ilhom jezistu eluf ta' snin.

L-ewwel mirja aktarx li kienu ta' metall bhall-bronz illixxat hafna.  Fi zminijiet tal-Qedem u Klassici kien hemm biss mirja ta' l-idejn, (xi nisa sinjuri gieli kienu jgorru mirja zghar marbutin mac-cintorin); dawk twal li juru l-gisem kollu bdew jidhru madwar l-ewwel seklu.  Kien madwar is-seklu 12 li f'Venezja1 tfaccaw mirja tal-hgieg (b'kisja ta' metall bhall-merkurju) ghalkemm dawk kbar baqghu jiswew hafna flus; fil-fatt parti mill-istaghgib li gab il-palazz ta' Versailles (inbena fis-seklu 17) kien il-hafna mirja li fih, partikularment il-Galerie des Glaces.  Maz-zmien il-mirja saru iktar komuni, anzi parti indispensabbli mid-dekorazzjoni ta' djar anke mhux dawk sinjuri.  Illum il-mirja huma indispensabbli partikularment fil-kmamar tal-banju u ghand il-parukkiera.  Però l-uzu taghhom ma huwiex biss biex jirriflettu l-immagni ta' min joqghod jisbieh quddiemhom.

Fost il-hafna uzi tal-mirja nsibu dak fil-fanal tal-port (jew lighthouse) fejn sistema ta' mirja, imsejha 'sistema katopika' li bdiet minn William Hutchinson fil-1777, kapaci ssahhah il-qawwa tad-dawl ghal madwar 400 darba2.

Uzu iehor tal-mirja huwa fl-istrument laser.  Bazikament f'laser, dawl normali jigi rifless permezz ta' mirja f'tubu li fih certi kristalli bhar-rubin, b'tali mod li jigi msahhah u johrog bhala ragg zghir qawwi u jahraq u li huwa wzat, fost l-ohrajn, fl-industrija (welding) u fil-medicina (fil-kura ta' l-ghajnejn).

Il-mirja jintuzaw ukoll fit-teleskopji. L-ewwel teleskopju ta' dan it-tip kien ghamlu l-Ingliz Isaac Newton (1642-1727) u fil-fatt ghamlu biex jevita d-difetti tat-teleskopji tal-lentijiet (bhal ta' Galileo) li kellhom habta juru immagni daqsxejn kuluriti.  Illum it-teleskopji tal-mirja huma l-iktar komuni u l-ikbar; per ez t-teleskopju Amerikan li hemm Mauna Kea fil-Hawaii, fih mera b'dijametru ta' 10 metri!  Bihom illum nistghu naraw biljuni ta' galassiji, fil-fatt sa kwazi l-ibghad regjuni ta' l-univers li teoretikament huwa possibli li naraw.

(Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta' Lulju)

1 Venezja damet snin twal ic-centru tal-manifattura ta' l-aqwa mirja u fejn il-metodi kif jaghmilhom kien sigriet mghasses hafna.

2 Ghalkemm illum hemm sistema li tuza lentijiet flok mirja u li tissejjah is-sistema diaptika ta' Freshnel, ghax kien hareg biha l-ewwel darba l-Franciz Augustin Freshnel fil-1828 u li hija fil-fatt ahjar.


FORSI JINTERESSAWK

Il-Kmandamenti

Grupp ta' gurnalisti Taljani kienu f'udjenza mal-Papa Gwanni Pawlu II u qalulu li kienu lestew programm dwar il-kmandamenti.

"Imma kollha semmejtuhom?" staqsiehom.
"Kollha."
"L-ghaxra hux?  Ma qbiztu l-ebda wiehed?"
"Kollha.  L-ghaxra li huma."
"Mela nirringrazzjakom f'isem Mosè!" komplielhom bi tbissima.


In-numru 13

Tistaghgeb kemm hawn min kapaci johrog ideat minn figuri partikolari. Laqtitna e-mail dwar kemm in-numru 13 jispikka fil-hajja tal-mibki Papa Gwanni Pawlu II.

Twieled: 18/05/1920 = 1+8+5+1+9+2 = 26/2 = 13
Miet: 02/04/2005 = 2+4+2+5 = 13
Hin tal-mewt: 21:37 = 2+1+3+7 = 13
Kemm dam Papa: 26 sena u 5 xhur = 2+6+5 = 13
Zmien bhala Papa (fi granet): 9301 = 9+3+1 = 13
Kienet it-13-il gimgha ta' matul is-sena.
L-attentat fuq hajtu sar fit-13 ta' Mejju.
Kellu 85 sena (jew kwazi) - 8+5 = 13.

It-13 huwa meqjus bhala n-numru tal-Madonna – ahseb ftit fid-dehriet ta' Fatima – li ghaliha ddedika hajtu u l-pontifikat tieghu: Totus tuus.


Grazzi

F'monasteru sabih, midfun fl-Alpi n-naha ta' Maulbronn fl-Awstrija, hemm nixxiegha ta' ilma safi li jinzel helu helu mal-blat u jsaqqi l-ghelieqi tal-madwar.  U fuq in-nixxiegha hemm il-kliem:

Ili ghexieren ta' sekli nsaqqi l-ghelieqi ta' tahti u ma niftakar qatt li gie xi hadd iroddli hajr.  Imma jien nibqa' nsaqqihom xorta.

Fil-hajja ssib hafna li jieqfu jaghmlu dak li jemmnu li hu tajjeb ghax ma jsibux min itaptpilhom fuq spallejhom u jfahharhom.  Sabiha l-gratitudni imma hidmietna favur dak li hu tajjeb ma ghandhiex tieqaf meta ma narawhiex f'dawk li jkunu jircievu l-beneficcji ta' hidmietna.  Niftakru li hlas ghemilna jaghtihulna l-Mulej li hu sinjur kbir u jhallas fil-wisa'.


Kelma ta' l-ahhar

Paul mar fejn habibu li kien qed imut l-isptar.  It-tnejn kienu jafu li l-marda li kellu ma kellhiex fejqan.  Paul hassu li ghandu jghidlu kelma ta' gid.

"Habib, ma jidhirlekx li wasal iz-zmien li tirranga ma' Alla.  Taf int, mewt u xita Alla jaf meta u tajjeb li nkunu mhejjija ghal meta niltaqghu mieghu."

Ir-ragel marid isserja:

"Paul, ilek tafni iktar minn 20 sena u f'dan iz-zmien qatt ma lissint kelma fuq Alla.  Ma jidhirlekx li hallejt ftit tard biex tghidli din il-kelma ta' gid!"

Jekk nemmnu li l-fidi li nhaddnu hi ahbar tajba, kif nistghu nhalluha mistura go fina meta hawn tant ghatx ghaliha!


Toqba zghira kapaci tgharraq dghajsa kbira.


AHBARIJIET TA' INTERESS

IZZEWGU

Jacqueline Mary Attard ta' Triq il-Mithna l-Qadima lil Silvio Curmi (Hal Kirkop);
Jason Portelli ta' Triq Guzè Ellul Mercer lil Monica Portelli ta' Triq Bingemma;
Xavier Attard ta' Triq Hida lil Clare Cassar (Gharb).

Filwaqt li nawgurawlhom futur mill-isbah flimkien infakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien, tibqa' flimkien.


IL-LAQGHA TA' MEJJU

Konna fix-xahar ta' Mejju ddedikat lill-Madonna u lejlet it-tieni Hadd – iddedikat lill-ommijiet u ghalhekk haga naturali li l-laqgha kienet dwar il-Madonna.  Kellemna l-Arcipriet ta' l-Gharb, Mons Karm Gauci u sejjes il-lezzjoni interessanti tieghu fuq kemm ghandna nkunu nafu lill-Madonna biex inhobbuha aktar u b'hekk inkunu nistghu nimitawha.  Fil-Bibbja naraw kemm il-Madonna kienet haga wahda ma' l-appostli fit-twelid tal-Knisja meta nizel fuqhom l-Ispirtu s-Santu.  Kienet hemm u ghadha lesta tghin lil uliedha kollha.  Ma jezistux xi numru specjali fejn nistghu nsibuha ghax ma' l-icken talba tkun qed tismaghna u twassal xewqitna lil Alla.  Il-Madonna ma hix dik l-istatwa sabiha ta' wara l-hgieg izda persuna hajja li ghadha maghna.  Hi tifthilna ghajnejna ghall-bzonnijiet ta' hutna l-bnedmin bhalma hi dejjem attenta ghal dak kollu li nehtiegu.

Wara l-laqgha tellajna zewg rigali sbieh li messew lil Michael Camilleri ta' Triq ir-Ramla u Mario Agius ta' Triq Wied ir-Rihan. Hajr lil Alfred Attard ta' Triq San Gwann ta' dawn ir-rigali.  Grazzi ohra tmur lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna fost dawk prezenti. 

WARA L-LAQGHA

Kellna tournament tal-football li fih ippartecipaw tliet timijiet.  Wara li t-tim ta' Tony Bartolo gheleb l-isfida tat-tim ta' Peter Paul Azzopardi, kellu jcedi kontra t-tim ta' Tonio Grech li ghal darb'ohra – bhax-xahar l-iehor – spicca bla telfa.

Prosit lil dawk kollha li ppartecipaw.  Nispera li nergghu narawhom xahar iehor.


IL-LAQGHA TA' GUNJU

Minhabba l-konvenju internazzjonali tal-Karnival, il-laqgha ser issir fit-tieni Sibt 11 ta' Gunju fit-8.15p.m. 

Ejja int u hajjar lil hbiebek jigu wkoll.  Issa li beda s-Sajf zgur li jkollna aktar hin liberu u xieraq li nuzaw minnu biex nitghallmu xi haga.  Wara l-laqgha – bhall-ahhar xhur – jkun hemm loghob tal-football fuq il-pitch ta' l-artificial turf. 


EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA

[Gesù qal:]

"Nghidilkom is-sewwa,
ma qam hadd fost l-imweldin min-nisa akbar minn Gwanni l-Battista;
imma l-izghar fis-saltna tas-smewwiet hu akbar minnu." {Mt 11:11}

Il-microphones jaghmlu
l-aktar vuci baxxa
fl-aktar wahda li tinstema.
Il-karozza kapaci taghmel
l-iktar bniedem ghazzien ghall-mixi
veloci aktar mill-aqwa gerrej tal-maratona.
Bl-istess mod is-saltana tas-smewwiet
taghmel lill-aktar bniedem zghir
ikbar minn Gwanni l-Ghammiedi.

Imma tkun membru tas-saltna tas-smewwiet
igorr mieghu responsabbiltà
li tahdem biex tasal is-saltna ta' Alla fid-dinja.
Biex tnehhi dak kollu li hu zejjed
u thawwel dak li jaghmel il-gid.

Fic-cirku tieghi x'hemm bzonn li nnehhi
u x'punti ghandi bzonn insahhah? 

[Meta mmur] Irridhom jghidu fuqi
li neqqejt il-haxix il-hazin
hawwilt sigar tal-ward
kullfejn hsibt li kapaci jwarrdu.

ABRAHAM LINCOLN 


ZEWG HOLOQ F'KATINA

L-EWWEL STORJA:

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija kienu bosta li wrew qlubija liema bhalha. Wiehed minn dawn kien Butch O'Hare. Kien fighter pilot fuq aircraft carrier fis-South Pacific. Jum minnhom, il-flotta kollha ntbaghtet fuq missjoni.  Malli tar hares lejn il-gauge tal-fuel u ntebah li kien nesa jimla t-tankijiet. Ma kellux bizzejjed biex ittemm il-bicca xoghol u jirritorna. Il-mexxej tieghu qallu biex imur lura lejn il-vapur.

Kontra qalbu, telaq lura. Izda dak li ra kessahlu demmu. Flotta ta' Kamikazi Gappunizi kienu jittajru fid-direzzjoni tal-vapuri Amerikani. Ma kinux ser jiltaqghu ma' rezistenza ghax l-ajruplani kienu kollha barra.  Ma kienx fadal hin idur lejn shabu u jgib ir-rinforzi. Lanqas biss seta' jinforma lil shabu ta' fuq il-bahar bil-periklu imminenti.

Triq wahda kellu quddiemu. Ried jigbed l-attenzjoni ta' l-ajruplani ta' l-ghadu.  Nesa lilu nnifsu u tar f'nofshom jispara bl-addocc. Irnexxielu jaghmel herba sakemm spiccalu l-munizzjon.  Minn kollox beda jaghmel sahansitra jipprova jmiss maghhom biex iqacctilhom xi bicca gewnah jew jaghmel hsara bizzejjed li l-pilota jkollu jdur lura.

Fl-ahhar il-Gappunizi biddlu r-rotta. B'nifsu maqtugh u b'qalbu thabbat Butch irnexxielu jnizzel l-ajruplan imkaghbar tieghu fuq l-aircraft carrier. Shabu anqas biss setghu jemmnu l-istorja li rrakkontalhom.  Issogra hajtu biex ihares taghhom. Inghata l-oghla unuri militari u baqa' mizmum b'eroj. U llum O'Hare Airport ta' Chicago huwa msemmi ghall-kuragg ta' dan il-pilota qalbieni.

IT-TIENI STORJA:

Xi snin qabel kien hemm ragel minn Chicago jghidulu Easy Eddie.  F'dak iz-zmien nistghu nghidu li Al Capone kien imexxi din il-belt.  Al Capone ma kienx xi eroj.  F'dak li fih kien jibbrilla ma kien hemm xejn ta' gieh.  Baqa' msemmi li mela lil Chicago b'kollox, minn xorb illegali ghal prostituzzjoni sa qtil.

Easy Eddie kien l-avukat ta' fiducja ta' Al Capona u kellu ghalfejn!  Kien avukat tajjeb.  Is-sengha tieghu li jdawwar ir-raguni favur tieghu halliet lil Al Capone 'il barra mic-cipp.  B'turija ta' apprezzament, Al Capone kien ihallsu tajjeb.  Kellu wkoll sehem mill-qligh illegali.  Eddie kien jghix hajja ta' lussu minn fuq dahar il-krimini.  Izda Eddie kellu punt dghajjef ...iben zghir li kien ihobbu daqs dawl ghajnejh.  Ried ikun cert li ibnu jkollu l-ahjar f'kollox: hwejjeg, karozzi, edukazzjoni tajba.  Minn xejn ma cahhdu.  Kollox tah.  U minkejja r-rabta tieghu mal-kriminalità organizzata ried jurih it-tajjeb mill-hazin.  Iva, Eddie ried li ibnu joghla 'l fuq mill-hajja baxxa li minnha kien igawdi missieru.  Riedu jsir ragel ahjar minnu.  Izda bil-gid kollu li kien jghum fih kien hemm zewg affarijiet li ma setax jaghtihomlu.  Zewg affarijiet li Eddie kien tahom lill-grupp kriminali u ghalhekk ma setax jghadihom lil ibnu: isem tajjeb u ezempju genwin.

Jum minnhom, Easy Eddie wasal ghal decizjoni finali.  Li jaghti lil ibnu isem tajjeb kienet ferm iktar importanti mill-gid kollu li jista' jhallilu.  Ried jiddritta dak li sa issa kien ghamel mghawweg.  Qataghha li jmur ghand l-awtoritajiet u jistqarr il-verità dwar Al Capone.  Iddecieda li jnaddaf ismu u jahsel unuru minhabba ibnu.  Biex jaghmel hekk htieglu jixhed kontra l-marmalja, u kien cert li l-hlas ser ikun kbir.  Izda aktar minn hekk, hu ried ikun ta' ezempju ghal ibnu.  Ried jirranga hajtu u ismu.  Xehed.  Fi zmien sena Easy Eddie temm hajtu f'xita ta' sparar fi triq imwarrba f'Chicago.  Kien ta lil ibnu l-ikbar ghotja li seta' joffrilu u l-oghla rahan li seta' jifdi.

MISTOQSIJA:

Naf x'int tahseb: X'ghandhom x'jaqsmu ma' xulxin dawn l-istejjer?  Butch O'Hare kien iben Easy Eddie.

________________________________________