Gunju 2006 - Harga Nru 478
+ L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-Editorjal

Mardov kien ghazzien tal-prima. Qatt ma ried jahdem ghad li kien jippretendi hafna flus fil-but ghax kellu bosta kapricci. Iddecieda ghalhekk li l-ahjar triq ghalih kienet li jittallab. Ghazel rokna fi triq principali u hemm kien jaghmilha ta' l-aghma jtenni l-kliem: 'Thallux ragel aghma jbati l-guh ukoll.'

Ma setax igerger ghax bosta minn dawk li kienu jghaddu minn quddiemu kienu jitfghulu xi haga fis-sasla. Izda Mardov kien jippretendi izjed u beda jahseb li kieku flok aghma jaghmilha ta' trux u mutu kien idahhal izjed.

Mar jittallab f'belt ohra. Mill-gdid intasab fi triq principali u ghamel plakka mdaqqsa biex thabbar 'Ragel trux u mutu ghax ghandu jbati l-guh ukoll?' U b'ghajnejh miksura kien imiss il-qalb tan-nies ghaddejja. U gara bhalma haseb. Il-flus fis-sasla zdiedu sew. Kien ghamel pass tajjeb.

Izda jum wiehed waqaf hdejh ragel u wara li hares lejh fit-tul qallu:

"Naf ragel veru jixbhek. Aghma. Dak huk jaqaw?"

"Hija t-tewmi!" qallu r-ragel trux u mutu.

Ir-ragel li staqsa skanta… u t-trux u l-mutu harab jigri qabel jinqala' xi pulizija…

Jekk trid li ma tinqabad qatt tghid gidba, ghid dejjem il-verità!


KUCCARINA GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA

Jolqtuk l-istampi li ghandu
warajh ezatt fuq l-iskrivanija
stampi li qajla ghandhom x'jaqsmu
ma' xulxin
u ghax hbieb tlabtu jispjegali.

U bid-dahka qalli:
"Dawk huma ghalija ghajnuna kbira
meta nkun ser naqta' qalbi.

"Dak tal-genb hu Beethoven
Illum meqjus forsi l-ikbar muzicist
tal-lum u l-bierah.
Izda forsi ftit jafu
li ghad li fl-ahhar snin ta' hajtu
kien kwazi trux ghal kollox
xorta kompla jikkomponi.

"Ma' genbu hemm Abraham Lincoln
meqjum mill-Amerikani
li jqisuh fost l-ikbar presidenti li qatt kellhom.
Izda forsi ftit jafu
li ghal iktar minn 20 sena
ghadda minn fjask wara iehor.

Donnu ma kien tajjeb ghal xejn.
Izda baqa' jissielet
sakemm lahaq il-quccata.

"Hemm ukoll Helen Keller
ghamja u truxa
f'età tenera
izda flok indifnet f'xi kamra
tibki xortiha
stinkat u hadmet
u llum maghrufa mad-dinja
ghall-kuragg li nisslet
f'dawk li ltaqghet maghhom.
Flok hniena u simpatija
qassmet madwarha entuzjazmu ghall-hajja.

"U l-ahhar stampa hi ta' Graham Bell
il-bniedem li tana t-telefone
izda meta pprezenta din il-kixfa
ghaddewh biz-zmien
u qalulu li ma kellhomx bzonnu
dan il-gugarell bla skop
fil-hajja adulta
izda Graham kompla jiskopri
kompla jahdem u jirsisti.
Immagina dinja llum
minghajr din il-kixfa!

"Ghalhekk inzommhom warajja
dawn in-nies qalbiena
biex ma naqtax qalbi.

"U nghid il-verità, kull meta nhares lejhom
nikseb ukoll
kuccarina ghasel fi triq il-hajja."


Fix-xahar iddedikat lill-missirijiet DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna ...

IL-MISSIER

Ghaz-zghar tieghu l-missier huwa simbolu ta' sahha, sigurtà u gherf. Hu ghandu s-sahha li jerfghek fuq id wahda! U kemm jidher kbir! U bih fil-qrib x'jista' jigrilek? Kif hatfek meta nzilt l-ewwel darba fil-bahar u blajt belgha; jew kif refghek mill-art meta waqajt bir-rota u braxt irkobbtok; ma bezax mid-demm; u lanqas mid-dlam ma jibza'! U kemm igib helu, donnu ghandu kemm irid!

Imbaghad bil-mod l-istampa tinbidel. Ma jibqax jidher glamoruz daqs il-posters tal-kantanti li issa jzejnu l-kamra, u lanqas toghgbu l-muzika gholja. Dejjem jghid l-istess u jirrepeti l-istess affarijiet. U generalment igerger. Iridek tistudja, jew tahdem; irid jaf xi hbieb ghandek; x'hin tidhol lura d-dar u dejjem javza kontra s-sess u drogi.

Biz-zmien anke din l-istampa tghaddi u tinbidel. U f'ghajnejn uliedu l-missier jerga' jiehu l-istima u l-ammirazzjoni. Mhux forsi l-adorazzjoni tat-tfulija, imma l-gratitudni genwina. Ghax minkejja d-difetti li ghandu, uliedu jirrrealizzaw kemm stinka u hadem ghalihom bla ma haseb ghalih innifsu; kemm qaghad idur imhasseb mas-sodda meta kienu morda; kemm gera bil-lejl igibilhom il-medicini; kemm poggielhom rigali tal-Milied hdejhom meta kienu reqdin; kemm issaporta l-istorbju li ghamlu, anke meta kellu xi nkwiet fuq ix-xoghol. U meta kibru iktar, kemm thasseb meta hargu biex jistudjaw jew biex jahdmu, riedu jsiefru jew jizzewgu. Kemm ha gost meta lahqu xi haga! …u jghidu lilhom infushom li minkejja d-difetti li kellu wara kollox kien missier tajjeb hafna. (Ftit hafna huma l-missirijiet li ma humiex hekk.)

Ta' min jittama li din l-evoluzzjoni ghat-tielet fazi ta' kif inharsu lejn il-missier ma tehux snin twal hafna, biex forsi taghtina c-cans nuru l-apprezzament u l-gratitudni qabel ma jkun tard wisq.

Dr CORONATO GRECH M.D. jaghtina toghma ta' l-artiklu li ser ikompli fil-harga li jmiss (Lulju 2006)…

XI SKOPERTI LI SARU B'LAPES U KARTA

Il-mohh uman huwa l-iktar regjun misterjuz u stupend fl-istess hin, ghax ghalkemm sal-lum ghandna ma nafux sew kif jahdem u x'inhu l-konxju, però bih sirna nafu sew kif inhu dan l-univers li ninsabu fih. Matul iz-zmien ingabru hafna osservazzjonijiet min-nies li wzaw mohhhom1 biex jiskopru l-ligijiet tan-natura2. U ghalkemm hafna ghamlu esperimenti jew kellhom ghajnuna ta' ohrajn3, jew ta' istituzzjonijiet4, xi whud ghamlu skoperti tremendi wehedhom, b'xejn hlief mohhhom, lapes5 u karta.

1 Ghalkemm meta tqis il-biljuni ta' nies li qatt ghexu, dawn il-hassieba u kixxiefa huma ftit hafna, ghax anke f'enciklopedija kbira ta' hassieba u xjentisti n-numru taghhom huwa ta' ftit mijiet.

2 Wahda mill-iktar affarijiet meraviljuzi u strambi hija li l-univers jimxi fuq ligijiet uniformi li ahna nistghu niskopruhom.

3 U kultant, minghajr sorpriza meta tikkunsidra n-natura umana, anke tfixkil.

4 Hafna mir-ricerka tal-lum issir minn gruppi ta' xjentisti iffinanzjati minn gvernijiet u universitajiet.

5 Ta' l-inqas hekk hija l-espressjoni, ghax xi whud ghamlu skoperti qabel ma tfacca l-lapes kif nafuh illum (dak ta' l-injam b'cilindru solidu ta' faham u tafal go nofsu, fil-1742 mill-Franciz Jacques Conte).


FORSI JINTERESSAWK

Kull deni hudu b'gid

Corrie ten Boom u ohtha Betsie – 2 prigunieri Lhud f'kamp ta' koncentrament – tpoggew f'sezzjoni mimlija dubbien. Betsie bdiet tgerger:

"Mhux bizzejjed li gabuna f'kamp ta' koncentrament! Kellhom ipogguna hawn!"

Izda ohtha qaltilha:

"It-tama taghna fil-Mulej. Ma jhalliniex wehidna."

Meta ghadda z-zmien intebhu li fejnhom qatt ma jigu s-suldati ghax id-dubbien kien idejjaqhom. Kienu hielsa li jghidu li jridu. Sahansitra setghu jaqraw il-Bibbja u jitolbu fuqha. Id-dubbien drawh u sabu mezzi biex ikeccuhom minn fuqhom. Tant li darba Betsie qaltilha:

"Kos hux bhalma ghidtli darba int. Il-Mulej jaf bina. Poggiena hawn biex fil-kumpanija ta' xulxin u bla ndhil tas-suldati nghaddu dawn ix-xhur ta' tbatija qabel jerga' jisbah jum il-helsien."

Jum li fil-fatt sebah u l-ahwa saru mill-gdid hielsa.

Kultant ingergru ghax mhux kollox jigri kif nixtiequ. Imma jekk niftakru li fis-sema ghandna missier li jhobbna u li mhux ser ihallina wehidna, naccettaw izjed bil-kalma slaleb il-hajja.


Ragel fis-sakra kien hiereg jitbandal minn hanut. Rah pulizija.

"Fejn sejjer Bastjan?
"Sejjer nisma' priedka."
"Priedka issa… kwazi nofs il-lejl?"
"Biex taghmel din il-priedka marti lesta tibqa' mqajma anke sa wara nofs il-lejl!"


L-iskop u l-isforz

L-Atleta Jim Ryun li ta' tmintax-il sena kiser ir-rekord tal-mil kellu x'jghid dwar it-tahrig:

"Kont nitrenja sakemm ma jkollix sahha mmidd pass iehor… sakemm kont inhoss qalbi thabbat daqslikieku trid taqbez minn sidri… il-pulmuni tant kienu jugghuni li kont nahseb li ser jinqasmu!"

Kos hux kemm jistinka l-bniedem biex jikser rekord li kien jaf li ma jistax jibqa' jgawdih hlief ghal ftit xhur. U mbaghad issib min jaraha bi kbira jbati ftit biex jikseb premju li ma jispiccax!


Fil-varjetà s-sinfonija

Mara dahlet go fabbrika fejn kienu qed jaghmlu pjanu u staqsiet lill-imghallem liema hi dik il-haga li permezz taghha johrog tant daqq sabih minn dan l-istrument.

"Kollox hu importanti. Mill-avorju sa l-icken injama. Kollha jridu jkunu f'posthom biex tohrog l-armonija."

Bhal fil-hajja. Kulhadd hu importanti anke dawk li qajla jidhru waqt li jkunu jwettqu xogholhom.


Jirrakkonta Mark Twain:

"Kont qed nippassigga f'park meta tifla zghira telqet tigri hdejja u riedet timxi mieghi. Ma ridtx niddizappuntaha u bdejt tiela' u niezel l-istess triq, quddiem ommha li kienet bilqieghda fuq bank, ferhana li bintha qed tpassi mieghi. Meta sarli l-hin tajtha munita biex tmur tixtri gelat u ghidtilha: 'Meta tiltaqa' ma' shabek ghidilhom li llum ippassiggajt ghal nofs siegha ma' Mark Twain.'"

"Mela int Mark Twain?" qaltlu z-zghira. "Jien hsibtek Buffalo Bill." U marret tibki hdejn ommha.


AHBARIJIET TA' INTERESS

IL-LAQGHA TA' MEJJU

Kellemna Dr George Grech M.D. li jahdem ma' l-agenzija Sedqa fuq l-abbuz tad-drogi. Sfortunatament, fost bosta zghazagh hemm l-idea li biex tiddeverti hemm bzonn li tabbuza minn certi sustanzi. F'certi parties li jsiru lokalment u li ghalihom jattendu bl-eluf jghidulek li bejn 80 u 90 fil-mija jkunu jidhru li huma taht l-effett. Kwazi kulhadd jibda b'cajta. Minn dawn madwar 10 fil-mija jispiccaw bil-vizzju tad-drogi li difficli jehilsu minnu. Fic-centru tad-disintossikazzjoni tal-Furjana jaraw madwar 1200 persuna differenti f'sena – numru allarmanti ghal pajjizna bil-possibiltà li jibqa' jizdied. Kull sena bejn 8 u 10 jmutu b'overdose li prattikament ma jista' jsir xejn biex tevitahom. L-ahjar arma kontra d-droga hija t-taghlim. Ma hemm xejn ahjar mill-prevenzjoni u ghalhekk l-ghaqda Sedqa tahdem hafna fost studenti u zghazagh. Ma ghandekx tesperimenta. Tista' tkun int wiehed mill-ghaxra fil-mija li jibqghu jabbuzaw minnha. Hija nkwetanti meta tisma' li l-età kapaci tinzel sa 11-il sena ghal dawk li jibdew jesperimentaw bil-haxixa. Fost certi nies hemm l-idea li l-haxixa ma taghmilx hsara daqs is-sigaretti. Idea li ma tistax tkun aktar zbaljata. L-effetti ta' kwalunkwe droga fuq il-mohh huwa devastanti u llum ix-xjenza kapaci turina f'liema parti l-aktar li jaghmlu hsara. PET scans urew il-herba li ssir fic-celloli tal-mohh. Fil-fatt Dr Grech uriena xi scans tassew impressjonanti permezz ta' powerpoint presentation. Il-messagg wasal car ...taqax ghad-droga ghax din hija mental disease u bhal kull tip ta' mard hemm bzonn il-kura li mhux bilfors iggibek nadif kif kont qabel.

Hajr lil Fredu Attard ta' Triq San Gwann tar-rigal li tana biex intellghuh li mar ghand Ramie Cassar u l-voucher ghall-pizza minghand Rabokk Pizza li mar ghand Daniel Azzopardi ta' Triq il-Qala. Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.


STEDINA

...ghal-laqgha tal-guvintur ta' nhar is-Sibt 3 ta' Gunju 2006 fit-8.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.

Ser ikellimna l-Arcipriet tax-Xaghra Mons Karm Refalo u l-esperjenza tieghu maz-zghazagh fl-Italja u f'parrocci diversi f'Ghawdex zgur li ser izewqu l-lezzjoni interessanti li ser jaghmlilna.

Mela habib, ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll. Ghal dawk li jridu jibqghu jilaghbu l-football ghandna l-ground u dawk li jkunu jridu johorgu biex imorru jiddevertu zgur li jibqghalhom hin.


EKU BIBBLIKU FI ZMIENNA

[Alla qal lil Israel:]
"Lilek biss gharaft
mit-tribujiet kollha ta' l-art;
ghalhekk nithallas minnkom
ta' htijieti kollha."
{Ghamos 3:2}

Il-President Abraham Lincoln
ghamel din il-proklamazzjoni fl-1863:
"Zdidna fin-numru, fil-gid u fis-sahha
aktar minn kull nazzjon taht ix-xemx.
Imma nsejna lil Alla…
ghalhekk hemm bzonn
li numiljaw irwiehna quddiem Alla.
U nistqarru dnubietna bhala nazzjon…
b'din il-proklamazzjoni
qed inhalli nhar il-Hamis
30 ta' April 1863
bhala jum ta' umiljazzjoni nazzjonali,
sawm u talb… u flimkien nibku
biex talbna jitla' quddiem Alla."

X'barkiet raxx fuqi Alla
li fid-dawl taghhom
dnubi jidher akbar?

[Gesù qal:]
"...Kemm-il darba
ridt nigma' 'l uliedek,
bhalma tigma' tigiega l-flieles taghha
taht gwenhajha,
u ma ridtx!"

Luqa 13: 34


Dr Michael Galea PhD jaghtina s-seba' artiklu minn sensiela ta' psikologija applikata:

7.       Is-Sahha Mentali

Is-sahha hi prezzjuza daqs il-hajja. Kulhadd jistinka bis-shih biex ikollu s-sahha. Is-sahha ma tkoprix biss dik fizika, imma anke sahha f'sensi ohra: bhal dik mentali, spiritwali, ecc. Hafna drabi nifhmu s-sahha fid-dawl tan-nuqqas taghha. Per ezempju, kulhadd jifhem li nuqqas ta' sahha fizika jgib il-mard, l-ghejja u l-ugigh. Mill-banda l-ohra, sahha fizika taghtina l-abiltà li nimxu 'l quddiem fil-hajja, li nilhqu l-aspirazzjonijiet u l-holm taghna. Sahha fizika tghinna nahdmu, nistriehu, niehdu gost, inkunu ferhanin, kemm wehidna u kemm ma' haddiehor. Sahha fizika tifthilna hafna orizzonti ta' opportunitajiet. Mhux hekk izda jista' jinghad ghan-nuqqas ta' sahha. Dawn iz-zewg realtajiet jezistu anke ghas-sahha f'sensi ohra, fosthom is-sahha mentali.

Nuqqas ta' sahha mentali tista' facilment tohloq diffikultajiet kbar, apparti dwejjaq, ugigh mentali, u gieli anke fiziku, frustrazzjoni, u limiti ghal dak li soltu naghmlu. Ghalkemm m'hemmx tifsira ezatta ta' x'inhi s-sahha, u ghalkemm jezistu differenzi fuq x'jiftiehem b'sahha f'kulturi diversi, kull persuna umana taf li s-sahha hi bejn wiehed u iehor in-'normal' tal-hajja ta' kuljum. In-normal tal-hajja tal-lokal, tal-hbieb u qraba taghha.

Ghalhekk importanti li naghtu kaz ta' x'jista' jtejjeb u jsahhah din is-sahha mentali.  L-ewwelnett, importanti li titghallem taccetta l-emozzjonijiet tieghek. Dak li thoss, f'cirkustanzi differenti, hu tieghek. Hu parti minnek. Hu normali li thossok hekk, ghax int bniedem uman. Hu OK li tkun uman. Aghti permess lilek innifsek li tista' thoss kull emozzjoni. Aghmilhom tieghek. Tisthix thossok hekk. U meta ma tistax tesprimi l-emozzjonijiet tieghek direttament, allura sib mezzi indiretti jew alternattivi ohra kif tesprimihom. Li zzomm go fik u ghalik dawk l-emozzjonijiet mhux dejjem jiswielek ta' gid.

It-tieni, tajjeb li tkun taf il-limiti tieghek. Tant drabi tiltaqa' ma' nies li jahsbu li huma bla limiti, u mbaghad jiehdu tisbita ferm kbira. Kull bniedem ghandu l-limiti, il-breaking point. Tisfidax lilek innifsek. Ghax int tista' twegga'. Qatt tippretendi li int dak li m'intix. Apparti li din hi prezunzjoni zejda, tkun qed tghix gidba. Tajjeb ghalhekk li tippjana sew minn qabel, tqassam ix-xoghol u taghti cans lilek innifsek biex tistrieh. Gurnata ghandha 24 siegha. Tippruvax tippretendi li tieghek ghandha 30!

It-tielet punt, ipprova zviluppa t-talenti tieghek. Int moghni bihom, anke jekk m'intix konxju taghhom. It-talenti, bhall-istorja tal-parabbola, jekk ma nhaddmuhomx u ma nizviluppawhomx, nitilfuhom. Hekk hi l-hajja. Min kapaci ghall-muzika imma ma jipprattikahiex, jispicca sabiex jitlef dan it-talent. Iktar ma taf fuq xi haga, iktar hemm cans li ssir interessanti ghalik.

L-ahhar punt hu li trid titghallem tfittex l-ghajnuna meta ghandek bzonnha. Hemm problemi li nistghu nsolvuhom, u ohrajn li ma nistghux. Tikkompetix mieghek innifsek. Meta ghandek rieda soda li tfittex l-ghajnuna, int turi li int matur emozzjonalment. Altru li mhux sens ta' dghufija, kif hafna forsi jahsbu!