|
Mill-qrib u mill-bogħod IL-ĦBIEB ISEJĦU lilek ukoll!!
2010
ARKIVJU
Il-Benefatturi taghna l-isponsors SAN ĠORĠ PRECA itlob għalina
|
![]() |
IL-KOTBA TA' L-ISTEJJER - ulied il-fuljett IL-ĦBIEB ISEJĦU
|
||
|
Il-fuljett mensili IL-ĦBIEB ISEJĦU huwa ppubblikat mill-qasam tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien tan-Nadur, Għawdex. L-ewwel ħarġa ġiet ippubblikata f’Ottubru 1966 għax ridna nwasslu stedina personali liż-żgħażagħ tar-raħal marbuta mal-laqgħa għalihom ta’ l-ewwel Sibt tax-xahar. Minbarra stedina ridna wkoll li jservi ta’ qari tajjeb b’messaġġ reliġjuż. U hekk għadna nagħmlu kull xahar… mhux biss lil dawk tan-Nadur iżda wkoll lil dawk li ħallew xtutna u qed jaħdmu fl-Istati Uniti, l-Awstralja, il-Kanada u pajjiżi oħra. Barra liż-żgħażagħ nibagħtuh ukoll lil ħbieb li minkejja li kibru xi ftit fl-età xorta jixtiequ jżommu rabta mal-fuljett li jfakkarhom f’żgħożithom. Qed nieħdu gost li din il-verżjoni online qed tilħaq ħafna nies li bħalna jħossu l-ħtieġa li jieqfu mill-ġirja tal-ħajja u jaqraw ftit qari tajjeb. L-ewwel elfejn storja li dehru fil-fuljett stampajniehom f’erba’ volumi ta’ IL-ĦBIEB ISEJĦU BL-ISTEJJER – pubblikazzjonijiet ta’ Librerija Preca – l-istamperija tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. Dawn jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin tal-kotba. Diġà bdejna x-xogħol fuq il-ħames volum. Napprezzaw ħafna jekk tgħaddu l-indirizz ta’ dan il-fuljett online lil ħbiebkom. Tkunu qed tgħinu fit-tixrid tal-kelma t-tajba.
___________________ M.U.S.E.U.M. (subien) Triq Dun Ġorġ Preca – Nadur – Għawdex MALTA Tel. 00356 2155 5297 Jekk trid tikkuntattjana iktbilna fl-email: ilhbiebisejhu@gmail.com |