SUPPLIMENT JANNAR ELFEJN >>>>>

+ L-Iben t'Alla sar Bniedem                                Jannar 2000 - Nru 401

Kien tfajjel ta' xi ghaxar snin.  Wahdu.  Imxarrab ghasra.  Kien jidher li tilef it-triq.  Mar hdejn il-pulizija u wrieh indirizz.  Il-pulizija wara li qrah tah id-direzzjoni ta' fejn irid imur.

            "Kulma ghandek taghmel hu li tinzel mat-triq ta' hdejn ix-xmara.  Sib it-tieni bridge u aqsmu.  Imbaghad imxi 50 pass fuq ix-xellug, issib triq ghat-telgha.  Itlaghha kollha u tara quddiemek pjazza kbira.  Hemm tara hanut tal-merca.  Id-dar li qed tfittex qieghda vicin."

It-tifel irringrazzjah imma hassu mifxul.  Dlonk resaq ragel li kien qed jisma' kollox:

            "Imxi mieghi ibni.  Jien sejjer 'l hemm."

U tefghu taht incirata.  Haddnu mieghu u bdew mexjin sakemm waslu sal-post:

            "Grazzi habib.  Minghajrek ma kontx nasal."

Fid-dinja ta' llum issib bosta li jippretendu li jafu t-triq u tismaghhom jitkellmu tahseb li lkoll jafu t-triq li ser twassalna ghad-destin ahhari taghna.

Imma WIEHED biss qalilna:"Jien hu t-triq." 

Dan ma kienx kuntent li jurina t-triq.  Dan sar triq ghalina u lest dejjem imexxina biex ma nkunu qatt wehidna.  Li jonqos hu li naghtuh idejna ghax ma jkunx irid li jahtafhielna biex mixjietna mieghu tkun frott ta' l-ghazla hielsa taghna.


DAWN XEGHLU XEMGHA FLOK SEHTU D-DLAM

Kien sejjer bhas-soltu lejn id-dar wara jum ta' skola.  Miexi quddiemu lemah student iehor li kien sikwit ihares lura.  Mghobbi b'hafna iktar kotba milli kellu hu.  Ma kienx jattendi l-iskola tieghu ghax kieku wiccu ma kienx ikun gdid ghalih.  U f'daqqa wahda ra lil dan l-istudent jitfixkel u l-kotba kollha li kien qed igorr jispiccaw f'nofs ta' triq.  Mar haffef ghal hdejh u ghenu jigborhom.  Mhux biss imma offrielu li jghinu jgorrhom ghad li triqet il-guvnott ma kinitx triqtu.

U meta waslu Mark sar jaf li l-istudent kien jismu Bill.  Dan stiednu jidhol id-dar u tant ra herqa u hegga f'ghajnejh li accetta l-istedina.   U minn dik il-lejla saru hbieb.  Sikwit kienu jiltaqghu ma' xulxin.  U fi tmiem is-sena applikaw biex jidhlu fl-istess kullegg.  Kienu ghajnuna kbira ghal xulxin.  It-tnejn lahqu fejn xtaqu u ma' xulxin kienu meta telghu fuq il-palk ghad-diploma taghhom.

Ferhu flimkien ...huma u l-familjari taghhom.  Imbaghad f'hin minnhom Bill gibed lil Mark ghall-genb u qallu:

            "Tiftakar Mark kif bdiet il-hbiberija ta' bejnietna?"

            "Niftakar.  Kont ghintek tigbor xi kotba."

            "Dak in-nhar kelli l-kotba kollha ta' l-iskola.   Kont naddaft il-kajzella tieghi ta' l-iskola.  Kont deciz li nnehhi hajti." 

Mark iccassa jhares lejn Bill.  Kien jaf li ma kienx qed jiccajta.

Tfakkarni fil-grajja li harget mill-kampijiet tal-koncentrament.  Ragel joffri bicca hobz lil ragel iehor waqt li qallu:

            "Hudha habib, tidher li tehtiega iktar minni."

            "Il-bicca hobz tieghek mhux biss taffietli l-guh li kelli imma nisslet fija xewqa li nkompli nghix ghax rajt li fid-dinja krudila li qed nghixu fiha ghad fadal hafna tajjeb."

Ghalhekk tichadx tbissima, tichadx ftit ghajnuna ..tichadx kelma ta' farag li tista' taghti lil hutek il-bnedmin.  Ghalik ma tkunx tfisser hafna imma ghalihom tista' tkun bidla shiha.  U anke jekk hadd qatt ma jigi fuqek u jroddlok hajr kun cert li Dak li wieghed li tazza ilma moghtija f'ismu ma jhallihiex bla hlas, ihallsek bil-mija fil-wiehed.


IX-XJENZA –MERAVILJA JEW MONOTONIJA?

Jikteb Dr Coronato Grech M.D.

Ix-xjentist Ingliz Isaac Newton (1642 - 1727) wara hafna studju dettaljat fuq id-dawl sab li l-qawsalla hija rizultat ta' meta d-dawl tax-xemx jigi maqsum u mferrex mit-taqtir tax-xita u li dik l-arkata tant kkulurita u sabiha hija rizultat ta' ligijiet naturali.  Ghal Newton u tant xjentisti ohra, mill-qedem sal-lum, skoperta bhal din, meta wara hafna studju n-natura bhal tiftah sigriet zghir iehor, hija sensazzjoni tremenda.  Per ezempju meta Pitagora (6 seklu QK) sab it-teorema geometrika li ghadha msemmija ghalih sal-lum huwa offra mitt gendus lill-Muzi ta' l-ispirazzjoni; u meta Arkimede (287 - 212 QK) sab il-principju ta' l-idrostatika waqt li kien jinhasel fil-banju, jinghad li bil-ferh hareg jigri 'l barra bla hwejjeg jghajjat 'Eureka!' (Sibtha!); jew iktar qrib zmienna Albert Einstein (1879 - 1955) li tant biddlilna profondament il-kuncett ta' spazju, hin, materja u energija, darba qal li l-isbah sensazzjoni hija dik ta' meravilja.  Dan is-sens ta' gost, ta' staghgib u ta' meravilja li x-xjenza kapaci ggib huwa skond hafna (inkluz l-awtur) fost l-aqwa u l-ikbar esperjenzi li l-psike uman jista' jghaddi minnhom - huwa profond daqs il-gost li jista' jigi mill-muzika, letteratura, poezija, pittura u forom ohra ta' arti.

Hija forsi ghalhekk daqsxejn ta' sorpriza li ssib li min jghid li x-xjenza toqtol il-gost tal-hajja ghax tigi bi spjegazzjonijiet impersonali, precizi, u xotti; bhallikieku meta tanalizza xi haga u tifhimha ma tibqax iktar attraenti u misterjuza.  Kien il-poeta Ngliz John Keats (1795 - 1821) li fil-poezija 'Lamia' jghid kif Newton nehha kull sens sabih ta' poezija meta rriduca qawsalla ghal kuluri prismatici:

            Do not all charms fly

            At the mere touch of cold philosophy?

            There was an aweful rainbow once in heaven

            Wet know her woof, her texture; she is given

            In the dull catalogue of common things.

            Philosophy will clip an Angel's wings,

            Conquer all mysteries by rule and line,

            Empty the haunted air, and gnomed mine -

            Unweave a rainbow …

L-istess sentimenti, forsi iktar aggressivi, kien qalhom l-artist mistiku u poeta Ngliz William Blake (1757 - 1827) meta kiteb:

            "For Bacon and Newton, sheath'd in dismal steel, their terrors hang

            Like iron scourage over Albion; Reasoning like vast serpents

            Infold around my limbs….."

(Francis Bacon 1561 - 1626 kien minn fost l-ewwel li enfasizza l-metodu tax-xjenza; waqt li Albion huwa isem qadim ghall-Ingilterra.)

U fuq in-naha l-ohra ta' l-Atlantiku l-poeta Amerikan Walt Whitman (1819 - 1891) esprima kwazi l-istess sentimenti:

            "When I heard the learn'd astonomer,

            When proofs, the figures, were ranged in columns before me,

            When I was showed the charts and diagrams, to add, divide and measure them

            How soon unaccountable I became tired and sick

            till rising and gliding out I wander'd off by myself

            In the mystical moist night air, and from time to time,

            Look'd up in perfect silence at the stars."

Apparentament dawn huma nies intelligenti imma b'inklinazzjonijiet romatici u mistici li jippreferu li xi haga tibqa' misterjuza tant li donnhom ma jridux spjegazzjoni u jiddejqu b'dawk li jaghtuhielhom.  Pero' minghajr l-ispjegazzjonijiet tax-xjenza (li b'xorti tajba ma humiex kompluti ghal min jixtieq ikompli jistaqsi) l-affarijiet tant jidhru ifqar.  Iktar ma haga tkun taf fuqha iktar tkun interessanti u sabiha.  Li jkollok l-ghatx ghall-gherf u li mbaghad issir taf wara tahbil il-mohh huwa certament ta' gost kbir u ta' stimoli mentali.  Min-naha l-ohra huwa probabli li l-aghar marda hija l-monotonija.  U terapija effettiva ghal monotonija huwa mohh attiv.

Ghax generalment spjegazzjoni wahda aktarx li ma hix kompluta, anzi tiftah bibien ghal mistoqsijiet u skoperti godda.  Per ezempju mill-istudju bl-ispektrum li ddeskriva Newton, il-Germaniz Joseph Fraunhofer (1787 - 1826) sab fih sinjali suwed li Germaniz iehor Gustav Kirchoff (1824 - 1877) mghejjun minn habibu Robert Bunsen (1811 - 1899) sab li huma ta' elementi differenti fix-xemx.  Permezz ta' dan l-istrument, l-ispekroskopju, huma sabu elementi godda; xjentisti ohra jerga’ sabu elementi godda u forsi iktar drammatikament instab l-element  helium (mill-Franciz Pierre Janssen u l-Ingliz Norman Lockyer, fl-1868) fix-xemx xi 40 sena qabel instab fid-dinja. 

(ikompli fil-harga ta' Frar)


FORSI JINTERESSAWK

Dahak bih!! Miskin!

Ragel godli dahal f'hanut fil-wild west u staqsa ghal Patrick Murphy.  Hadd ma lissen kelma.  Skiet.  Izda f'daqqa wahda ragel ckejken hareg fin-nofs u stqarr:

            "Jien hu Patrick Murphy."

Ir-ragel godli qabdu u beda jhabbtu minn mejda ghall-ohra, kaxkru ma' l-art u laghblu erba' daqqiet li kienu jwaqqghu hajt.  U wara li hallieh ghaxi fl-art telaq 'il barra.  Meta hareg, ir-ragel ckejken, ghad li kien ghadu fl-art, qal jitbissem:

            "Kemm hu hmar.  Jien m'iniex Patrick Murphy."


Ingratitudni

Kien hemm mara qrib stazzjon tat-tren li kien tbigh il-fjuri.  Dollar kull bukkett.  U kien hemm ragel li kuljum kien ihallilha dollar imma ma kienx jieqaf ghall-bukkett.  Storja li kienet ilha tirrepeti ruhha x-xhur.  Forsi s-snin.  Sakemm darba l-mara ghamlet il-kuragg u waqqfitu.

            "Naf.  Naf.  Ghandi dritt niehu bukkett fjuri.  Imma

ma rridx fjuri.  Irrid biss nghinek."

            "Skuzani tafx, sinjur.  Imma jien waqqaftek biex nghidlek li l-fjuri gholew.  Issa saru dollar u 20 ¢ent kull bukkett!"


Proverbju Indjan jghid:

            "Itlob darba meta tkun sejjer ghall-gwerra

              Itlob darbtejn meta tkun sejjer tistad

              Itlob tliet darbiet meta tkun ser tizzewweg."


Wiehed flok hafna 

Kienu prigunieri tal-Gappunizi.  Esperjenza qarsa fi zmien il-gwerra.  Darba kif ingabru l-ghodod ma' nzul ix-xemx, il-kmandant sab li kien hemm pala nieqsa.  Ried ikun jaf min seraqha.  Hadd ma tkellem.  Hedded li ser joqtol il-prigunieri

kollha.  U kienu jafu li jasal ghax il-passat kien jixhed kemm kien bla qalb.  Tahom biss zewg minuti biex min seraqha jgibha lura nkella ...

Il-prigunieri bdew jipprotestaw.  Kollha jistqarru li huma nnocenti.  Li ma serqux ghodod.  Izda l-kmandant ma riedx jisma'.  Kien biss qed ihares lejn l-arlogg.  F'daqqa wahda wiehed mill-prigunieri ghamel pass 'il quddiem u stqarr li kien hu li seraq il-pala izda ma kienx lest jaghtiha lura.  Kien hbieha.  Il-kmandant tah daqqa ta' cipp u kif il-prigunier kien ma' l-art, sparalu ghal rasu.

Meta regghu ghoddew il-pali sabu li ma kien hemm l-ebda pala nieqsa!


Kontradizzjonijiet

F'Ruma Imperjali kien hemm bosta statwi li kienu jkunu miksija b'ilbies fin biex iharsu l-irham ta' l-istatwa mix-xemx sajfija.  Rabbi Lhudi li nzerta Ruma baqa' skantat meta fl-istess triq ta' l-istatwi kien jara rgiel foqra lebsin l-ixkejjer.  U ma' xi hbieb ilmenta:

            "Nazzjon li jaghti tant kaz figuri mejta u jinsa ghal kollox il-bnedmin hajjin ikun qed ihejji ghall-funeral ta' pajjizu."

Kemm drabi fil-hajja naqilbu l-valuri.  Bhal meta tisma' li fi Franza nfetah restaurant ghall-klieb u mbaghad eluf huma bla saqaf fuq rashom.


Haddem mohhu

Zewg zghazagh marru fejn l-gharef tad-dezert u stqarru li kienu dinbu.  Dan tahom penitenza li jpoggu tliet fuliet fiz-zarbun u jimxu mil fuqhom.  Iddecidew li jaghmlu l-penitenza flimkien imma waqt li wiehed deher izappap, l-iehor kien miexi qisu mhux hu.

            "Isma' xbin, dan kif qed timxi bla tbatija?"

            "Ghax jien qabel poggejt il-ful fiz-zarbun ghollejthom wahda sew u saru rotob haxu!"


INKWADRI …ta’ ispirazzjoni ghall-hajja ta’ kuljum

Kont f'riceviment u ltqajt ma' tabib habib tieghi.

"Liema l-ikbar operazzjoni li ghamilt?" staqsejtu.

"Ghamilt hafna u bosta minnhom kienu

difficli.  Izda wahda ghadni niftakarha. 

Kien zmien difficli ghalija.  Kelli l-inkwiet mat-tifel. 

L-operazzjoni kienet fuq tifla zghira. 

Kienu tawha 10% li tghix.  Thassartha.

Qabel tawha l-loppju staqsietni jekk tistax tghid talba.

'Bil-qalb kollha,' ghidtilha.

'Gesù harisni u ibqa' mieghi.

Kun mieghi meta jien rieqda

biex id-dawl ta' filghodu nara. 

Ieqaf ukoll Gesù ma' dan it-tabib.'

 Imbaghad daret fuqi u kompliet: 'Nistghu nibdew.'  

'Issa ma nibzax.

Gesu mieghi u ser iharisni.'

"Ghajnejja mtlew bid-dmugh.

- Mulej jekk ghandi nsalva hajja ohra aghmel li tkun din. - tlabt f'qalbi.

"U minkejja  d-diffikultà ta' l-operazzjoni rnexxieli nsalvaha.

"U ndunajt li dak inhar

l-operazzjoni kienet saret fuqi

mhux fuq it-tifla.

Kienet ghallmitni

li meta npoggu l-inkwiet kollu taghna

f'idejn il-Mulej

minn hawn jew minn hemm

kollox jispicca b'wicc il-gid."

 

Sewwa naghmlu hekk

matul dis-sena, seklu, millennju

li ghadhom jibdew.


SKOND MNEJN THARES 

Rod Hundley u Bob Leonard kienu players tal-basketball mal-Minneapolis Lakers fl-ahhar tal-hamsinijiet.  Lejlet loghba importanti damu hafna barra u tilfu l-ajruplan.  Sejhulhom quddiem Bob Short, sid it-tim.  Hundley dahal l-ewwel u peress li kienu gibdulu l-attenzjoni bosta drabi wehel multa ta' elf dollar (meta l-paga tieghu ta' stagun shih kienet ta' $10,000).  Kienet l-akbar multa li qatt wehel player sa dakinhar.  Meta Hundley hareg mill-ufficcju ra 'l siehbu Bob b'wiccu bejn idejh jinkwieta kemm jista' jehel multa minghajr ma tinduna martu. 

            "Kemm laqqatt?" qallu kollu ansjetà.

            "Wahda kbira, kbira hafna!" wiegbu.

            "Iva kemm?  Mitt dollar?"

            "Kieku sew!  Elf dollar!" qallu Hundley.  Ghajnejn Leonardo mtlew bid-dmugh.  "Dan record!" kompla biex jikkunslah.

Wicc Leonardo ha d-dawl.  "Ejja nohorgu niccelebraw."

 

Bosta drabi aktar tinkwieta li gejja problema milli meta fil-fatt tkun fiha.

Il-hsieb kapaci jkabbar problema u johloq muntanja minn zrara.

Ifli sew il-perspettiv tieghek. 

Ara jekk intix qed taghmel plejtu bix-xejn. 

Ahseb ftit x'ser jigri fi zmien sena ...kemm tkun izghar inkella tkun sparixxiet.

Ara kif tista' ssolviha izda toqghodx thewden fuqha.  It-thewdin qisu 'rocking chair' li jiccaqlaq, jiccaqlaq izda jhallik fl-istess post.

U fl-ahhar ftakar li kollox jghaddi.  Bhalma ghaddew bawxati ohrajn anke din tghaddi. 


 L-ABC ta’ l-IMHABBA

Altruwista

Bewsa

Cajtiera

Dahkanija

Eterna

Fiducjuza

Gewwenija

Galanti

Ghalenija

Hienja

Hajja

Idhak

Jishar

Kalma

Leali

Mansweta

Naturali

Onesta

Qaddejja

Rispettabbli

Sabiha

Twajba

Umli

Vera

Wenniesa

Xerrieda

Zokkra

Zeghila