+ L-Iben t'Alla sar Bniedem     

SUPPLIMENT      

Jannar 2000 - Nru 401

2000 ELFEJN - GHALFEJN?

Il-filosofu Germaniz Friedrich Nietzche fl-1882 ipproklama: “Alla miet”.  Kien qed jitkellem ma’ l-intellettwali, li kienu jemmnu li l-progress tax-Xjenza ser jeqred il-Fidi.  Hekk kif kien qed joqrob l-1900, hassieba fosthom Bernard Shaw u H G Wells kienu tal-fehma li z-zerniq tas-seklu ghoxrin jitfi darba ghal dejjem il-fazi religjuza tad-dinja.

Imma llum, fil-bieb ta’ millennju gdid kollox jindika li r-religjon ghadha qawwija daqs u forsi aktar minn qatt qabel.  Elf sinjal juru li r-religjon turi l-vera dimensjoni tal-bniedem u qieghda 'l gew sew f’gheruqu.  Jghaddu eluf ohra ta’ snin u l-bniedem ikun ghadu jemmen.

Fl-Afrika, insara li mitejn sena ilu kienu pagani bnew wahda mill-akbar knejjes li hawn fuq wicc id-dinja - bejn wiehed u iehor daqs San Pietru ta’ Ruma.  Fir-Russja, il-bini li ghal 67 sena shah kien uzat bhala l-muzew tar-Religjon u l-Ateizmu llum iservi ta’ Knisja Ortodossa li kuljum jintela’ bin-nies.  Fl-Amerika nofs il-popolazzjoni jattendu xi forma ta’ qima - regolarment, b’bosta minnhom fi knejjes insara.  Il-Kattolicizmu qed jinfirex sew fl-Afrika ta’ isfel u l-Protestantizmu fl-Amerika Latina.  L-insara qed jizdiedu ferm fic-Cina minkejja 50 sena ta’ sforzi mill-gvernijiet komunisti biex jeqirdu kull hjiel ta’ religjon.

Il-millennju, ghalhekk, mhu xejn ghajr il-gublew ta’ sensiela ta’ misteri.  U l-ewwel wiehed hu dan: elfejn sena ilu, twieldet tarbija fl-ibghad irkejjen ta’ l-Imperu Ruman.  It-tifel kiber u sar riformatur kbir religjuz, ippriedka ghal tliet snin biss u mbaghad inqatel fuq salib mill-awtoritajiet bhallikieku kien xi piz fuq is-socjetà.  Fi ftit kliem kienet hajja falliment li spiccat wara ftit.

Illum, is-sitt biljun ruh li hawn jezistu fuq wicc id-dinja jghoddu s-snin minn twelidu.  Qasam iz-zmien ghaliex nghidu Qabel Kristu (Q.K.) u Wara Kristu (W.K.).  Il-Knisja Kattolika ghall-ewwel darba ghandha aktar minn biljun segwac u d-denominazzjonijiet insara l-ohrajn flimkien ghandhom daqstant iehor.  Ma jistax ikun li tmur x’imkien fid-dinja u ma tarax xi kappella, knisja jew opra ta' l-arti li ma ticcelebrax il-hajja ta’ Kristu.

Nistghu nghidu li l-misteru tas-success ta’ Kristu wara l-mewt tieghu - principarjament il-qawmien tieghu mill-mewt, jaghtina dawl gdid fuq misteri ohra.  Il-messagg tieghu hu dan.  Il-hajja tghaddi, u s-success fid-dinja mhu xejn ghajr trab u rmied.  Xieraq ghalhekk nippreparaw ghal dak li hemm jistenniena 'l hemm mill-qabar.

Li kieku Kristu kellu jerga’ jigi wara elfejn sena kien isib li certi affarijiet inbidlu filwaqt li ohrajn baqghu l-istess minn zmienu.  Zgur li jaghraf 'l kliemu stess ippriedkat kemm minn fuq il-pulptu ta’ San Pietru nkella f’gharix f’nofs il-Kenja.  Jinduna li kliemu ghadu jcaqlaq il-muntanji u jaghti direzzjoni lil miljuni ta' nies elfejn sena wara li nghad.  U llum jintuzaw mezzi li jintlahqu minn miljuni ta’ nies ...televizjoni, radjijiet, kotba, internet ....

Tema principali fir-religjon ta’ Kristu hu li Alla hu c-centru ta' kollox u mhux il-bniedem.  Alla ma jinbidilx - jibqa’ l-istess perfezzjoni u l-istess tibqa' mhabbtu ghalina u ghalhekk il-Kristjanità ma tibzax minn modi u bdil ta’ fehmiet tul is-sekli ghax il-fus taghha hu sod.  L-awtorità finali qieghda f’idejn Alla.  Meta nwarrbuh ahna nkunu t-telliefa.

Ghadna kemm ghalaqna seklu mimli dmija.  U dan kollu ghaliex il-bniedem ried jiehu post Alla.  U ghalhekk is-seklu li kellu jaghti lill-bniedem bosta kisbiet importantissimi f’oqsma xjentifici, gherf il-bniedem intuza biex qered bosta hajjiet.  Il-qawwa nukleari, ghad li meta ddominata tiftah bibien godda lill-bniedem, intuzat biex teqred hajjiet innocenti.  Il-qawwiet Nazisti u Komunisti wettqu atrocitajiet ma jitfissrux fuq nieshom stess.  Dan kollu sehh ghaliex warrbu lil Alla.  Ghal Hitler u dawk ta’ madwaru, il-partit taghhom kien jigi qabel l-ghaxar Kmandamenti.  Lenin aktar ta importanza lill-kuxjenza Rivoluzzjonarja milli lil dik religjuza.  U dawn it-tnejn wettqu dnubiet mejta.

L-epoka tal-Fizika, li fjorixxiet tul is-seklu ghoxrin tista’ tehdilha postha l-epoka tal-Bijologija.  Fl-ahhar ghexieren ta’ snin inkixfu bosta sigrieti tal-hajja.  U l-wiehed u ghoxrin seklu jista’ jgib mieghu esperimentazzjoni vasta fil-kamp ta’ l-inginerija genetika - mhux biss fuq il-hxejjex u l-annimali imma wkoll fuq il-bniedem.

Xi xjentisti jahsbu li l-informazzjoni gdida li ghandna fuq il-genes joffrulna l-possibiltà li nibdlu l-pass ta' l-evoluzzjoni b’mod aktar progressiv - billi nipproducu nies aktar f’sahhithom, aktar intelligenti u b’ghomor aktar kotran.  Ghalhekk it-tielet millennju jista’ jgib il-klonazzjoni, trabi b’genes maghzula u ntricci ohra li juruna kemm il-bniedem irid jaghmilha ta’ Alla.

Minkejja dan l-isfond xjentifiku, thossok tistrieh fil-hsieb nisrani li Alla qed jiehu hsiebna.  Ir-religjon tat sahha morali lil bosta nies li sabu ruhhom f'diffikultajiet kbar.  L-istess taghmel quddiem problemi morali bhall-klonazzjoni u tbaghbis genetiku.

Elfejn sena ilu, Dak li twieled gabilna taghlim ta’ hniena, imhabba u umiltà.  Taghlim li qabad, warrad u ghadu maghna.

Dawn l-ghoxrin seklu ghallmuna li mhux possibli li twarrab il-parti s-sewda ta’ l-umanità.  Ma tistax ittemm il-gwerer, il-krudeltà, ix-xehha u tnehhi l-mizerja u l-faqar.  Izda taghtina tama li dak li naghmlu, zghir kemm hu zghir, qed itejjeb id-dinja ta' madwarna ....u Alla jaf b'dak li qed naghmlu.  Kull darba li tentazzjonijiet ohra jghollu rashom, il-messagg ta’ Kristu jkompli jaghti t-tama u l-wens.

Tul l-elfejn sena ta’ l-era Kristjana rnexxielna nirbhu bosta flagelli - guh u mard.  Izda ghadna ma rbahniex il-mewt.  Forsi wiehed mill-privileggi l-kbar tal-Kristjanità huwa l-vizjoni li taghti lil dan il-misteru kbir.  Taghti medicina ghal dan il-biza’ ahhari, taghti c-certezza ta’ dinja ohra u l-mezz ta’ kif ghandna naslu ghaliha.

Dan hu l-wirt li rcivejna minghand Dak li qed niccelebraw l-2000 sena minn twelidu ...wirt li baqa’ shih tul 2000 sena ta’ kumbattimenti u diffikultajiet.  U l-wirt ghadu jhares ‘il quddiem lejn it-tielet millennju u lil hinn minnu.  Hu ghalhekk xieraq li ntennu li n-numru 2000 ma jaghmilx sens jekk inwarrbu lil Kristu.

(adattat minn artiklu ta' Paul Johnson - Readers' Digest Dicembru 1999)


<<<<<LURA LEJN IL-FULJETT TA' JANNAR 2000