
| + L-Iben t'Alla sar Bniedem
JANNAR 2001 - Nru 413
Socrates kien gharef Grieg
li kien igawdi isem ta' dehen fost shabu. Darba Id-destin ried li darba waqt li Socrates kien ghaddej minn sqaq dejjaq ra lil dan l-istudent li kien jismu Xenophon riesaq lejh. L-ghalliem ghalaq il-passagg dejjaq bejnu u bejn il-hajt bil-bastun li fuqu kien jistrieh waqt mixjietu u beda jistaqsi lil Xenophon mistoqsijiet ta' interess generali ...minn fejn seta' jixtri l-hobz, min ibiegh il-qoton, minn fejn seta' jakkwista ftit zejt taz-zebbuga u Xenophon iwiegeb b'heffa u bla tlaqliq. Imbaghad Socrates hares f'ghajnejh u qallu: "Taf fejn il-bniedem jista' jsir tajjeb?" Xenophon deher jinfixel u Socrates dlonk qallu: "Imxi warajja u tkun taf." U Xenophon sar dixxiplu ta' Socrates. Sabih kemm huwa sabih it-taghlim ta' Socrates kien iwassal biss sal-qabar. Warajh gie xi hadd li taghlimu kien iwassal 'l hemm mill-qabar. Dan kien Gesù u bhal Socrates jghidilna: "Jekk trid tkun taf kif issir tajjeb imxi warajja." Miljuni mxew warajh u ma ddispjacihomx. Jalla ahna wkoll inkunu fost dawn il-miljuni. WAQTIET LI JSIRU MUMENTI DEJJIEMA
Tirrakkonta Miss Thompson ...ghalliema fi skola Amerikana Kienet klassi bhal hafna klassijiet ta' qabilha u bhal hafna li ghallimt warajha Xejn specjali ...25 tifel u tifla ta' 10 snin jittantaw ix-xemx ghaddejja ....imma kapaci jitghallmu.
Izda fosthom kien hemm Teddy Teddy ma kienx bhal bqija ...dejjem kwazi wahdu Rari jitbissem u donnu li xejn ma jinteressah fil-hajja. Nghid il-verità kemm-il darba kien ser iqabbizhieli u nahseb li gew granet meta ghajjatt mieghu biex minn ghalija nqajmu mir-raqda li kien fiha. Imma darba sirt naf li omm Teddy kienet mejta u missieru marradi ...kwazi dejjem fis-sakra u bla xoghol. Fhimt iktar minn qabel ghala kien tant distratt u bla hegga biddilt l-attitudni tieghi mieghu imma hu baqa' l-istess ...wicc bla tbissima. Wasal il-Milied u bhas-soltu gejna biex nibdlu r-rigali Jien naghtihom xi gugarell ckejken u huma jaghtuni tifkira zghira. U skantajt meta anke Teddy hareg bir-rigali tieghu minn ghandu ma stennejt xejn ...imma ma ridtx niksru. Gabli flixkun zghir tal-fwieha ...l-irhas li kien hemm fis-suq riha li lili kienet iddejjaqni
imma dlonk ftahtu u zelligt ftit qtar ma' idejja u gdibtlu: "Teddy mnejn xtrajtu? ...veru joghgobni ...grazzi." Ghal darba rajt wicc Teddy jitbissem. Dakinhar gara miraklu Teddy beda jitbiddel. Mieghi ...ma' shabu ...anke fl-istudju. Fl-ahhar tas-sena kien tela' fost l-ahjar tal-klassi U proprju minhabba fih ridt nibqa' sena ohra maghhom. Sena li kompliet turi l-istess titjib.
U bqajna hbieb sakemm dam l-iskola taghna u meta telaq baqa' jiktibli "Miss Thompson ghaddejt ghall-college u hadt scholarship." "Miss Thompson ser nidhol l-università bi scholarship iehor."
U kull Milied ...card biex inzommu l-hbiberija. Izda darba nircievi invit li hasadni. Kien bla mistenni. "Ghaziza Miss Thompson, l-ahhar Sibt tax-xahar id-diehel ser nigradwa bhala tabib u nixtieq ferm li tigi ghac-cerimonja. Toqghod fil-post fejn kieku ghadha hajja kienet toqghod ommi. Ghalija int habbejtni daqsha u li ma kontx int ma kont qatt nasal fejn wasalt."
U jien bdejt nibki biki ta' ferh u ta' radd il-hajr lil Alla li ghinni nara LILU f'dan it-tfajjel bla tbissima.
Kos hux ...x'futur kont inkun kissirt kieku ma ftahtx qalbi ghal Teddy.
U bhal Teddy insibu hafna madwarna li jkunu jixxennqu ghal tbissima u ghal taptipa fuq l-ispalla. Jalla int u jien naghtuha meta naraw il-htiega. U l-mument li naghtuhom jibqa' jferrahna ghal dejjem. DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu li beda fil-harga ta' Dicembru Xi artisti li hallewlna xoghlijiet dwar il-Milied 2
MURILLO
Il-pittura tan-natività ta’ l-Ispanjol
Estaban Barolome Murillo (1618 – 82) hija, ta’ l-inqas ghall-awtur, l-ahjar
wahda minn dawk diskussi f’dan l-artiklu. Hija l-iktar wahda realistika.
Fuq sfond ta’ dlam, l-ucuh tal-protagonisti huma mixghula b’dawl mix-xellug
li huwa l-iktar qawwi fuq il-Bambin li fuqu tinsab l-attenzjoni ta’
kulhadd. B’dan id-dawl johrog qawwi l-effett chiaroscuro li jidher
f’dettalji fini bhat-tikmix tal-gilda u tal-hwejjeg, is-suf tan-naghga l-bajda
fil-qoffina u anke r-rix taz-zewg tigigiet mgezza fl-art. Ir-reverenza u
d-devozzjoni jinhassu fl-ucuh tal-Madonna, Ir-realizmu tal-karattri ta’ dan ix-xoghol tal-Milied, Murillo gabu mill-hafna xoghlijiet li huwa ghamel fuq dawk ta’ klassi baxxa li kien jara madwaru kuljum fit-toroq ta’ Seville. Il-hajja artistika tieghu mbaghad tbiddlet meta ghall-habta tal-1650 mar Madrid u hemmhekk studja x-xoghlijiet ta’ Rubens, Titian u Van Dyck fost ohrajn kif ukoll iltaqa’ mal-pittur tal-mument fil-kapitali, Diego Velasquez li kellu habta jpitter preciz dak li jara anke l-ucuh irjali tal-patruni tieghu. Intant, fost ix-xoghlijiet ohra religjuzi ta’ Murillo nsibu ‘l-Axxensjoni tal-Madonna’ li hija familjari fis-santi devozzjonali, il-Vizitazzjoni ta’ Sant’Antnin’ u s-‘Sagra Familja’ waqt li fost ix-xoghlijiet sekulari nsibu dawk ta’ tfal tallaba, gharab u zingari. Ftit li xejn wasslulna dettalji fuq il-hajja personali tieghu. Nafu li waqqaf l-Akkademja ta’ l-Arti f’Sevilja u li kien maghruf sew fl-Ewropa. Mill-istudju tieghu hargu hafna studenti li kkupjaw ix-xoghlijiet barokki tieghu u xerrduhom ma’ l-imperu. Meta kellu 64 sena huwa waqa’ minn fuq armar mnejn kien ipitter fil-knisja f’Cadiz u minn hemm baqa’ sejjer lura u miet f’Sevilja ftit wara. Xi artisti ohra, daqstant famuzi ghazlu l-adorazzjoni u l-Magi mill-istorja tal-Milied. Anzi apparentament (almenu sa fejn jaf l-awtur) kienu iktar dawk li ghazlu din it-tema. U din id-diskrepanza forsi tifhimha. Li jigi tliet slaten Magi jfittxu tarbija biex jadurawha certament mhix xi haga komuni f’ebda zmien.
FORSI JINTERESSAWK Attwalità bibblika
Temminha? Ma temminhiex? Tidher
fil-ktieb 'Great Stories' ta' R Kent Hughes. Jghid li fi zmien Stalin fir-Russja,
fid-distrett ta' Stavropol, waslet l-ordni biex jingabru l-Bibbji kollha u
jhalluhom f'kamra appost halli 'l quddiem jinharqu. Ghal xi raguni dawn
il-kotba qatt ma nharqu imma Izda meta fl-1991 ir-Russja donnha halliet is-sistema komunista Yeltsin ta l-ordni biex dik il-kamra terga' tinfetah u min irid izomm kopja seta jaghmel dan kemm irid. Ghaqdiet insara gew mistiedna jigu halli jqassmu dak li kien fadal u biex jghinuhom stiednu xi zghazagh li weghduhom hlas xieraq jekk jaghtuhom daqqa t'id. Zaghzugh minnhom ....li kien jiftahar li ma kien jemmen b'xejn kien qed igorr il-kotba. F'hin minnhom waqaghlu ktieb fl-art u meta gabru ra xi kitba fil-pagna ta' quddiem. Inzertat il-Bibbja ta' nanntu li kemm-il darba hajritu jitlaq it-triq li qabad. Hass li dan kien messagg ghalih u dakinhar il-komunisti tilfu supporter iehor. Il-Mulej ma jitlobx minna li nkunu l-ahjar izda li naghmlu l-ahjar.
Kien hemm hafna pika f'Firenze ghax uhud kienu jghidu li Dante kien l-ahjar poeta imma ohrajn kienu jghidu li Ariosto kien iprem minnu. Fjorentin tghidx kemm laqqat xebghat ghax kien izomm ma' Dante u meta kien jisma' lil xi hadd ifahhar lil Ariosto kien ihebb ghalih. Darba wara glieda qalila spicca l-isptar jilghabha mal-mewt. Qal minn fuq soddtu: "U jahasra jien fil-fatt qatt ma qrajt vers wiehed la ta' Dante u anqas ta' Ariosto!"
F'hanut ta' mechanic Hlas fis-siegha: Lm2 Jekk toqghod thares lejja: Lm3 Jekk tipprova tghinni: Lm4 Jekk gibt il-karozza wara li ppruvajt ssewwiha inti: Lm10! Jghidu li grat
Marret fejn tabib u sab li kienet marida serjament. Qalilha li demmha qed jehzien. U bdew it-testijiet. U sahhitha bdiet sejra lura. Imbaghad grat xi haga. Il-mara hassitha ahjar. It-tabib skanta: "Ma nafx x'gara imma zgur li l-marda ntrebhet. X'hadt jew x'ghamilt li seta' jgib din il-bidla?" "Naf biss li kont miggielda mal-gara u ftit ilu ghamilna hbieb!" Meta thoss irkobbtejk jirtoghdu ahjar toqghod fuqhom ...u tlissen talba. AMULETI - jew dak li l-bniedem holom li seta’ jehilsu mill-hazen IS-SERP
Il-bniedem minn dejjem beza' minn din il-kreatura. Ra fih il-hazen u qabblu mieghu. Izda madanakollu zamm fuqu xbihetu biex tharsu mill-istess hazen. Kontradizzjoni! U forsi le! Forsi fih ra dak li kapaci jiggedded. Dak li llum jidher imqatta' u mcercer ghada jkollu libsa gdida. Ghada jidher aktar zaghzugh. Donnu fih ra s-sigriet ta' zaghzugh ta' dejjem. U l-bniedem xtaq din il-kwalità. U dandan xbieha ta' serp ...biex forsi ma jmut qatt. U jibqa' zaghzugh dejjiemi. Jahasra!
Bil-hazen kollu tieghu Is-serp hu parti mic-ciklu tal-hajja. La jiggedded u anqas jitwieled mill-gdid. Jinza' gilda u jtella' ohra. Xejn aktar ...xejn anqas. Hu l-bniedem li mahluq ghal dejjem. Hu l-bniedem li kapaci - bil-ghajnuna ta' Alla - Li jekk jitwieled tond imut kwadru. Hu l-bniedem li kapaci jbiddel l-attitudni tieghu ghall-hajja u jghix hajja aktar kwieta meta jgib quddiem ghajnejh li hsieb li jinkwetah mhux gej minn Alla. Ghalxejn ihares lejn id-dinja ta' l-annimali u jipprova jislet minnhom attitudni ghall-hajja ghax fihom jilmah biss stint. Hu biss maghmul fuq xbieha ta' Alla. B'hekk jinduna li hu l-iben mahbub ta' Alla. X'jonqsu aktar?
BIDU TA' SENA GDIDA
Hija wahda mill-eqdem festi. Kienu josservawha l-Babilonizi madwar 4000 sena ilu. Dakinhar il-bidu ta' sena gdida kienu jiccelebrawha fil-jum li llum inqisuh bhala t-23 ta' Marzu ghad li huma ma kellhomx kalendarju miktub. U nghiduha kif inhi, l-ahhar ta' Marzu aktar jixraq bhala bidu ta' sena gdida. Inkunu fir-rebbiegha u n-natura tkun qed tiehu dehra gdida. Minn naha l-ohra fl-1 ta' Jannar ma hemm l-ebda sinjal astronomiku li jurina l-bidu tas-sena. Hu xi haga vvintata mill-bnedmin. Il-Babilonizi kienu jdumu jiccelebraw l-ewwel tas-sena ghal hdax-il jum shih. Kull jum kien ikun celebrazzjoni specjali ...li ma jaghmlux ghajb li dak kollu jsir illum. Ir-Rumani baqghu jharsu l-ewwel tas-sena fil-25 ta' Marzu ghad li tant hawdu fil-kalendarju li ma hallewhx marbut mas-sena solari. Biex jirranga l-kalendarju, is-Senat Ruman fl-153 q.K. iddikjara l-1 ta' Jannar bhala l-bidu tas-sena. Izda t-tahwid intemm meta fis-sena 46 q.K. l-Imperatur Gulju Cesri waqqaf dak li kellu jibqa' maghruf bhala l-kalendarju guljan. Ikkonferma l-1 ta' Jannar bhala l-bidu tas-sena. Izda biex il-kalendarju jlahhaq max-xemx Cesri kellu jhalli l-ewwel sena, tal-kalendarju li ha ismu, igebbed ghal 445 jum! Fl-ewwel sekli wara Kristu l-Knisja kienet tqis it-tbahrid u c-celebrazzjoni ta' l-1 tas-sena bhala paganizmu. Izda ftit ftit il-Knisja ntebhet li ma tistax tehodha kontra drawwiet qodma u ghalhekk il-festi l-kbar inghataw tifsira religjuza u gew ippriedkati r-razna u l-kontroll f'dawn ic-celebrazzjonijiet. Fiz-Zminijiet tan-Nofs, il-Knisja baqghet tehodha kontra c-celebrazzjoni ta' l-ewwel tas-sena u kien biss xi erba' mitt sena ilu li l-ewwel tas-sena giet accettata bhala vaganza fil-pajjizi tal-Punent. Fost it-tradizzjonijiet l-aktar popolari ta' l-ewwel tas-sena nsibu r-rizoluzzjonijiet. Dawn ukoll jafu l-origini taghhom lill-Babilonizi. Forsi fost l-aktar rizoluzzjonijiet komuni nsibu li tnaqqas il-piz u li taqta' s-sigaretti. Il-Babilonizi kienu jhobbu jwieghdu li jroddu l-ghodda ta' l-ghalqa. It-tradizzjoni li tuza tarbija biex tissimbolizza s-sena l-gdida bdiet fil-Grecja madwar is-sena 600 q.K. Kienet tradizzjoni taghhom li biex jiccelebraw l-alla taghhom ta' l-inbid, Dijonisju, kienu jsibu tarbija, jqeghduha f'qoffa biex tirraprezenta t-twelid annwali tieghu bhala alla ta' l-ispirtu tal-fertilità. L-Egizzjani ta' l-Antik kienu wkoll juzaw tarbija bhala sinjal ta' twelid mill-gdid. Kienu l-Germanizi li taw importanza gdida lit-tarbija. Kienu ilhom juzaw tarbija sa mis-seklu erbatax. Kienu jahsbu li wiehed seta' jaffettwa x-xorti ta' matul is-sena mill-ewwel gimgha tas-sena. Kien ghalhekk li dahal il-hsieb li l-ewwel mumenti ta' sena gdida ghandhom ikunu mal-hbieb u l-familjari. Kien jinghad ukoll li l-ewwel mistieden li jidhol id-dar jista' jaffettwa x-xorti. Din tkun tajba jekk jinzerta wiehed twil b'xaghru iswed. L-istess jista' jinghad ghall-ikla ta' l-Ewwel tas-Sena. F'bosta kulturi nsibu t-twemmin li kull ikel ta' ghamla tonda jghin ghal xorti tajba - cirku shih - jirnexxilek itemm ic-ciklu tas-sena. Ghalhekk l-Olandizi kienu jieklu id-donuts f'dan il-jum. Uhud iqisu l-kabocca bhala dik li ggib xorti tajba fil-bidu tas-sena. Fil-pajjizi ta' lingwa Ingliza nsibu d-drawwa li titkanta 'Auld Lang Syne'. Zgur li almenu parti minnha kienet miktuba minn Robert Burns fis-snin 1770 izda giet ippubblikata wara mewtu fl-1796. Varjazzjonijiet simili kienu jezistu qabel is-sena 1770 li minnhom ispira ruhu Burns biex jaghmel il-verzjoni moderna. Melodija qadima Skocciza 'Auld Lang Syne' litteralment tfisser 'iz-zmien sabih li ghadda'. |