Jannar 2006 - Harga Nru 473
+ L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-Editorjal

Paul kien ghadu tifel ckejken… kellu biss 9 snin. U kien jibza' mid-dlam. Biza' li ma jitfissirx. Missieru riedu jirbah dan il-biza' ghax fehem li 'l quddiem seta' jfixklu bi shih.

"Paul," qallu lejla wahda l-missier. "Mur itma' z-zwiemel."

Iz-zwiemel kienu f'kamra f'tarf il-gnien.

"Dalam, pa… nibza'."

"Hu mieghek it-torc u imxi sa fejn jasal."

"Id-dawl taghha ma jwassalx sal-kamra pa… nibza' mid-dlam!"

"Imxi sa fejn iwassal id-dawl… jien inkun fuq il-veranda warajk u jekk id-dawl ma jwassalx sal-bieb tal-kamra nigi u nitmaghhom jien."

Paul qabad it-torc, ha l-ikel fl-ixkora li tefa' wara dahru u beda miexi… deciz li jieqaf malli jasal id-dlam. Imma bla ma ntebah kien riesaq lejn il-bieb tal-kamra… u d-dlam kien ghadu ma giex. Ghax ma' kull pass li beda jaghmel id-dawl ta' quddiemu kien jaghmel ukoll l-istess distanza. U wasal hdejn il-kamra… tema' liz-zwiemel u ferhan ferhan rega' lura lejn il-veranda… bid-dawl tat-torc dejjem quddiemu sakemm lemah lil missieru.

"Wasalt, pa… u tmajthom!"

U baqa' jaghmel hekk kull lejla sakem nehha minn mohhu kull biza' mid-dlam.

Ahna wkoll kultant nibzghu mill-futur… ghax narawh imdallam. Imma jekk bhal Paul niftakru li l-Mulej missierna qieghed hdejna u taghlimu jdawlilna t-triq ma nibzghux… inpassu 'l quddiem mimlijin tama u fiducja ghax Hu jaf iktar minna x'inhu l-ahjar ghalina.

Hsieb sabih fil-bidu ta' sena gdida.


KUCCARINA GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA

Hekk dejjem kien iqattghu l-14 ta' Jannar il-player leggendarju tal-football Amerikan Joe DiMaggio. Ghal 40 sena shah f'din id-data, Joe kien imur hdejn il-qabar ta' Marilyn Monroe fic-cimiterju Westwood f'Los Angeles u jpoggi fuqu zewg wardiet homor. Erbghin sena ta' rispett biex ifakkar gheluq sena ohra mill-mewt ta' dik li ghalih kienet ghaziza hafna.

In-nies kienet dratu - ragel anzjan wahdu... miexi b'rasu baxxuta jidher imbikki.

Ghax Joe DiMaggio kien izzewweg lil din l-artista ta' fama. Ma kienx zwieg felici. Dam inqas minn sena. Hallietu bhall-erbgha fost il-gimgha ghax qalet li sabet ahjar minnu.

Izda Joe baqa' jhobbha. Wara din l-esperjenza ma regax izzewweg.U ghad li kellu elf offerta biex jirrakkonta l-istorja ta' dawn il-ftit xhur ma' Marilyn b'weghdiet ta' flejjes kbar minn edituri ta' gazzetti ghatxana ghal kull taghrif fuq din l-artista Joe qatt ma lissen kelma wahda hlief li kien ihobbha hafna.

U ghalhekk kull 14 ta' Jannar ghal iktar minn 40 sena kien iqatta' siegha shiha fuq qabarha jitlob u forsi jithassar hajja sabiha li qatt ma sehhet ghax Marilyn temmet hajjitha hesrem.

Kemm isbah kienet tkun il-hajja kieku konna kapaci noffru ftit iktar imhabba u rispett lejn dawk ta' madwarna.

Tkun ghalihom ukoll kuccarina ghasel... fi triq il-hajja.


GHIX IL-MUMENT
jikteb DR CORONATO GRECH M.D.

Ragel zelaq minn fuq bejt ta' bini ta' 40 sular. Waqt li kien ghaddej mit-30 sular, wiehed minn gewwa ghajjatlu u staqsieh kif inhu sejjer. Wiegeb ir-ragel ta' barra: "Sa issa kollox sew!"

Forsi nitbissmu b'din l-istorja imma l-iktar fatt ezistenzjali ta' thassib huwa li ahna lkoll, irridu jew ma rridux, ninsabu fil-pozizzjoni tar-ragel barra niezel 'l isfel ghal destin inevitabbli. Mument inkunu hajjin u mument mejtin. U issa ladarba ninsabu f'din il-kundizzjoni umana inevitabbli, l-importanti huwa kif nghaddu dan il-vjagg 'l isfel, vjagg li wkoll huwa kwazi momentanju.

Biex forsi dan jidher ahjar, ta' min nikkunsidraw daqsxejn, skond l-ahjar xhieda xjentifika, l-ispazju u z-zmien minn perspettiva kozmika.

L-univers jikkonsisti f'vojt li fih hemm kollezzjonijiet kbar ta' supergruppi ta' galassiji, b'kull supergrupp jikkonsisti minn mijiet u eluf ta' gruppi ta' galassiji, b'kull grupp jikkonsisti minn mijiet u eluf ta' galassiji, u b'kull galassija tikkonsisti minn biljuni ta' kwiekeb; per ezempju l-galassija li ninsabu fiha tikkonsisti minn bejn 200 u 400 biljun kewkba, bix-xemx 'taghna' wahda minnhom. Id-dinja taghna mbaghad hija pjaneta pjuttost zghira li ma' 9 ohra tinsab iddur ma' din il-kewkba.

Kif mistenni dawn huma mifruxa fuq distanzi enormi. Id-dinja tinsab madwar 150 miljun kilometru boghod mix-xemx, jew fuq il-kejl tal-velocità tad-dawl li juzaw l-astronomi, madwar 8 minuti 'l boghod. Id-dawl (li ghandu l-iktar velocità kbira li nafu biha, dik ta' 300,000 kilometru fis-sekonda), jiehu 8 minuti biex jasal sax-xemx (madwar sekonda sal-qamar), irid iktar minn 4 snin biex jasal sa l-eqreb kewkba, madwar 100,000 sena biex jaqsam id-dijametru tal-galassija (li hija f'forma ta' rota catta, iktar minn zewg miljun sena sa l-eqreb galassija u madwar 26 biljun sena biex jaqsam it-trufijiet ta' l-univers li sa issa nafu bihom.

Jekk dawn id-dimensjonijiet, litteralment immaginabbli, tant icekknuna, dawk taz-zmien jiccarraw sew kemm il-vjagg ta' hajjitna huma momentanju. Huwa mahsub li l-univers beda madwar 15-il biljun sena ilu, li s-sistema solari bdiet madwar 5 biljun sena ilu, li l-hajja unicellulari fl-ilma bdiet madwar 4 biljun sena ilu, li l-hajja multicellulari bdiet madwar 800 miljun sena ilu, li din telghet fuq l-art madwar 600 miljun sena ilu, l-ewwwel ominidi tfaccaw madwar 4 miljun sena ilu, l-bniedem tal-lum madwar 300,000 sena ilu, l-ewwel civiltajiet madwar 10,000 sena ilu…, u l-ewwel telefon cellulari (illum ikkunsidrat primittiv minn hafna) madwar 15-il sena ilu.

Meta tikkunsidra dan kollu, il-fatt li wasal kont iehor xi thallas, jew li cappast il-libsa bil-kunserva ma humiex il-katastrofi li forsi nahsbuhom. Imma l-fatt jibqa' li fl-iskala ta' zmien u spazju li nafu l-iktar, dik ta' sighat, granet, xhur u ftit snin u dik ta' centimetri, metri u kilometri, tibqa' kollox ghalina. Però, anke minn dan il-prezent, lanqas ma nesperjenzawh kollu. Anzi madwar 99% tas-sensazzjonijiet li dehlin fil-mohh lanqas biss jaslu sal-konxju. U dan huwa tajjeb ghax kieku jkollna nanalizzaw konxjament kull hoss, vista jew mess (inkluzi l-hwejjeg ta' fuqna), kieku aktarx li niggennu.

(Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta' Frar 2006)


FORSI JINTERESSAWK

Futur f'idejh

F'wiehed mid-diskorsi ta' l-ewwel tas-sena r-Re Gorg ta' l-Ingilterra qal hekk:

"Fil-bidu ta' sena gdida tlabt lill-Mulej biex jaghtini dawl halli nkun naf x'hemm fil-futur izda vuci qaltli: 'Poggi idejk f'idejn il-Mulej u hallih imexxik hu. Tkun cert ferm iktar milli kieku xi hadd jgharrfek il-futur.'"

Ftit fiducja f'dan il-Missier tas-sema tnaqqas hafna tensjoni, biza' u nkwiet mill-futur.


Il-biza'

Id-dinja ta' l-entertainment inhasdet meta semghet li Karl Wallenda kien waqa' gholi ta' 75 pied u miet fuq il-post waqt li kien qed jaqsam minn naha ghall-ohra ta' tinda f'cirku f'Puerto Rico.

Staghgbet ghax Karl kien meqjus wiehed mill-aqwa tightrope walkers li kien jaqsam b'abilità u b'hila u kien ilu f'dak il-mestier is-snin. Izda martu stqarret mal-gurnalisti:

"Karl ilu ghal dawn l-ahhar gimghat jitkellem fuq il-biza' li jaqa'. Il-biza' kissirlu l-koncentrazzjoni."

U anke ahna fil-hajja. L-istudent li jibza' hafna li ser jehel… jehel mill-ezami. Il-predikatur li jibza' li ser jehel ilsienu f'kelma jew frazi… hemm ezatt jehillu lsienu. Ix-xufier li jibza' hafna li ser jahbat… jahbat. Il-bniedem li jibza' hafna li ser jaqa' t-tarag… jaqa'.

Attenti iva. Nibzghu le.


L-ghatx bil-perzut

Darba, waqt ikla, mara nzertat qrib il-president Amerikan Calvin Coolidge – li kien maghruf bhala bniedem ta' ftit kliem – u qaltlu:

"Ghamilt imhatra li tul l-ikla nohrog minn fommok almenu hames kelmiet."

Wegibha:

"Tlift imhatra!"


X'ghandna naghmlu…

Qabel ma titkellem… isma'

Qabel ma tikteb… ahseb

Qabel ma tonfoq… aqla'

Qabel ma tinvesti… investiga

Qabel ma tikkritika… stenna

Qabel ma titlob… ahfer

Qabel ma ccedi… ipprova

Qabel ma tmut… aghti.


Ghajjar u salva

Darba il-president Lincoln mar izur is-suldati waqt mument ta' mistrieh fil-gwerra civili li kienet ghaddejja bla razan. Izda f'daqqa wahda nsetmghu xi tiri u l-kaptan Holmes ghajjat u qallu:

"Tbaxxa iblah!"

Il-president tbaxxa u allahares ma tbaxxax ghax kieku ma kienx jara x-xemx ta' l-ghada. Izda l-kaptan Holmes tbikkem meta ftakar li kien sejjah iblah lill-president tieghu u skuza ruhu:

"Ahjar sejjahtli iblah u salvajtli hajti milli tajtni elf titlu ta' unur u hallejthom itaqqbuni."


AHBARIJIET TA' INTERESS

IL-LAQGHA TA' DICEMBRU

Ghad li konna ghadna boghod gimghat mill-Milied din kienet l-eqreb laqgha qabel din il-festa u naturalment dan kien is-suggett li kellemna dwaru Ivan Farrugia, is-superjur ta' Ghajnsielem. Mess diversi punti fil-laqgha interessanti tieghu. Qalilna kemm ghandna nahsbu biex niddevertu ghax il-Milied darba fis-sena. Ghandna nixtru hwejjeg u rigali sbieh bla ma noqoghdu naghtu kas jekk inwasslux messagg religjuz jew le. Izda meta naghmlu dan kollu ma ninsewx narmu l-istatwa ta' Gesù tarbija ghax b'dan il-mod ma nkunux niccelebraw sewwa din il-festa tat-twelid tal-Messija. Id-dinja tal-lum taghmel minn kollox biex taljenana mill-messagg awtentiku ta' l-okkazjoni. Bizzejjed titkellem ma' xi zghazagh biex tintebah li aktar mohhhom fid-divertiment milli jippreparaw ruhhom permezz tas-sagramenti ghal din il-festa. Izda ahna ma rridux inhallu lill-Father Christmas jiehu post Gesù. Laqtitna ferm l-inizjattiva li nebbtu fil-qasam ta' Ghajnsielem li jaghmlu novena ibbazata fuq intervisti lill-persunaggi principali tal-Milied… raghajja, slaten Magi, San Guzepp, il-Madonna u jtemmu din is-sensiela b'intervista ma' Gesù. Semmalna r-recording ta' l-ahhar wahda u l-attenzjoni ta' dawk prezenti wriet kemm laqghu l-messagg. Tiskanta kemm ikun hemm attenzjoni meta l-messagg ta' Gesù jitwassal b'mod originali.

Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. James Galea ta' Triq ir-Rabat tela' fir-raba' volum ta' Il-Hbieb Isejhu bl-Istejjer.


IL-LAQGHA TA' JANNAR

Ser ikollna farsa ohra mis-sensiela ta' Spiru:

META SPIRU SAR SENSAR

Nhar is-Sibt 7 ta' Jannar 2006 fis-7.15p.m. Hajru lill-old boys jigu wkoll biex inhallu r-rapprezentazzjonijiet l-ohra tal-farsa ghall-bqija tan-nies. Ejjew numeruzi biex nidhku dahka bejn il-hbieb.


Dawn il-festi hu gost u ccelebra. Izda jekk ser issuq tixrobx. Ix-xorb u s-sewqan ma jithalltux. Ftakar li l-festi tal-Milied ma jkunux shah minghajr qrara sinciera u tqarbina.


IS-SENA T-TAJBA 2006

TAHLIX DAWN IL-525600 MINUTA LI ALLA SILFEK.  TAHOMLOK BIEX TUZAHOM GHALL-GID TA' HADDIEHOR U TIEGHEK.  FTAKAR LI GHAD TRID TAGHI KONT TAGHHOM.


EKU BIBBLIKU FI ZMIENNA

"U meta l-bicca li kien jahdem (il-fuhhari) ma kenitx tigi tajba, il-fuhhari bit-tafal f'idu kien jerga' jaghmel bicca ohra, kif kien joghgob lill-fuhhari li jaghmel." {Ger 18:4}

Rembrandt, l-artist Olandiz tas-seklu 17 hu meqjus bhala wiehed mill-aqwa li qatt ghexu.

Wara l-mewt ta' martu, ghadda zmien f'dipressjoni u din inhasset sew fil-pittura. Izda rnexxielu jerga' jqum. U meta gie lura mill-kundizzjoni Rembrandt pitter b'aktar sahha, b'izjed passjoni u bi skop iktar car.

Xi kritici jaqblu li mewt martu kienet bidla fil-karriera tieghu. Ghollietu ghal-livelli li qatt ma lahaq.

Il-grajja ta' Rembrandt turina kif Alla jista' juza t-tragedji biex jaghtina sura isbah u ahjar minn dik li kellna.

Kemm jien cert li Alla kapaci jibdel id-difetti u n-nuqqasijiet tieghi f'xi haga tassew sabiha?

Meta Alla jaghlaq bieb, jiftah tieqa ghal min ikun lest ghaliha - Gerald Horton Bath


IL-HAJJA PREZZJUZA… IBZA' GHALIHA

Jack hares lejn l-ispeedometer qabel ma naqqas. Kien ghaddej b'73 f'zona ta' 55. Kienet ir-raba' darba li nqabad f'daqstant xhur. Donnu kien in-naghga s-sewda. Waqqaf fil-genb tat-triq u mill-mera seta' jara l-pulizija jieqaf warajh u hiereg mill-karozza.

Izda hassu joghdos fis-seat tal-karozza hekk kif gharaf il-pulizija. Kien Bob, jiltaqa' mieghu ghall-quddiesa tal-Hadd. Pulizija jaqbad zaghzugh mill-istess parrocca tieghu. Zaghzugh li kien ftit mghaggel biex jasal id-dar wara gurnata xoghol. Gieli laghbu l-golf flimkien! Qatt ma kien flieh bl-uniformi.

"Kif int Bob? Ma mmaginajtx li ha niltaqghu f'okkazjoni bhal din!"

"Jack." Lissen minn taht l-ilsien bla ma tbissem.

"Qbadtni fl-okkazjoni x'hin kont sejjer id-dar biex nara lil marti u uliedi."

"Nahseb!" Bob deher mhux konvint. Tajjeb.

"Fuq ix-xoghol kollox gej hazin. Nahseb li ksirt ftit ir-regoli. Imma illum biss," gideb. Hareg mill-karozza u qaghad ihares lejn l-asfalt.

"Diane qalet li kienet qed taghmel xi haga l-forn. Taf x'qed nghid?"

"Naf li int ghadek fama fil-parrocca!" Jack hassu jinfixel. Bob kien sema' wkoll! Hin biex jibdel it-tattika.

"B'kemm qbadtni ghaddej?"

"Sebghin. Erga' idhol fil-karozza!"

"Stenna Bob. Jien naqqast malli rajtek. Forsi qbizt ftit il-65." Din il-gidba donnha bdiet tigih aktar naturali kull ticket li kien jibbukkja.

B'nervi ta' kelb dahal fil-karozza u sabbat il-bieba warajh. Ma kellux ghagla jiftahlu t-tieqa. Il-minuti bdew ghaddejjin u Bob iharbex fuq il-karti. 'Kif ghadu ma talabnix il-licenzja!' haseb Jack. Jigri x'jigri ser jghaddu x-xhur qabel ma jerga' jpoggi hdejh fil-knisja. Taptipa fuq il-hgieg gabitu f'sensih. Nizzel zewg pulzieri l-hgiega, kemm kemm tghaddi l-karta. "Grazzi," lissen bla ebda hjiel ta' gratitudni.

Bob mar lura fil-karozza bla ma ntqalet kelma. Mill-mera Jack rah jidhol fil-karozza. Jack fetah il-karta b'qalbu ttaqtaq kemm kien ser ikollu jhallas.

Imma stenna hej. Din x'inhi? Cajta?

Zgur li mhix ticket. Jack beda jaqra:

'Ghaziz Jack. Jien darba kelli tifla. Kellha biss sitt snin meta ttajret minn karozza. Iva qtajt… sewwieq li kien qed isuq hafna iktar milli suppost. Multa u tliet xhur il-habs u rega' bniedem hieles. Hieles li jhaddan lil uliedu, it-tlieta li huma. Jien kelli wahda biss u ser ikolli nistenna d-dinja l-ohra biex inkun nista' nhaddanha mieghi. Elf darba ippruvajt nahfirlu. Elf darba hsibt li rnexxieli. Forsi rnexxieli imma rrid nerga' nipprova. Itlob ghalija. Suq sewwa Jack, ma fadalli lil hadd hlief lil ibni. Bob.'

Jack dar fil-hin biex jara lil Bob iqabbad il-karozza u jitlaq. Baqa' jhares lejn il-karozza sakemm ghebet. Kwarta shiha wara hu wkoll qabbad u bil-mod wasal id-dar, il-hin kollu jitlob ghall-mahfra sa ma wasal ghand martu u wliedu.

Il-hajja ghaziza. Attent biex tharisha.