
| + L-Iben
t'Alla sar Bniedem
Jannar 2008 - Harga Nru 497 Kienu bosta siġar tal-ġellewż ħdejn xulxin. Ma’ kienu ta’ ħadd u kienu ta’ kulħadd għax kull min kien jgħaddi minn dawk l-inħawi kien sikwit jitrejjaq bil-frott kotran li kien ikollhom. It-tfal kienu jixxabbtu mal-friegħi u jxengluhom biex il-frott misjur jaqa’, u ħalli għalihom biex ikissru u jieklu. U donnu li iktar ma kien jinqata’ frott, iktar kien jitrabba.
Iżda mal-binja tal-ħitan is-siġar donnhom xjieħu f’daqqa. Bdew iwaqqgħu l-frott qabel isir u fi ftit xhur tbielu u mietu. Is-sinjur ma setax jifhem x’ġara. Hu kien saqqihom u demmilhom u stenna iktar frott kotran u mhux mewt bikrija. Ġab l-esperti u dawn qalulu li aktarx li bil-ħitan li kien bena kien faga lis-siġar għax ma ħallewx iż-żiffa ddur mal-friegħi u tagħtihom l-arja. Forsi din hi biss ħrafa imma fil-ħajja jiġrilna l-istess. Dak li nżommu għalina weħidna jispiċċa joħloq egoiżmu li jeqred l-intern. Imma dak li jirnexxielna naqsmu ma’ ħaddieħor joktor u jimlielna qalbna bil-ferħ. L-għażla f’idejna. EJJA NIXEGĦLU XEMGĦA FLOK NISĦTU D-DLAM Anthony Campolo jirrakkonta l-ġrajja kiebja ta’ tfajjel li għadda minn ħafna tbatija – għax razztu kienet Lhudija u f’dawk is-snin fil-Polonja mmexxija minn Nażi kull min kellu qatra demm ta’ dan in-nisel kien jiġi eliminat biex qatt iktar ma jpassi fuq din il-pjaneta.
Dan it-tfajjel Lhudi ma jiftakarx tfulitu bħal ta’ tfal oħra - joħroġ barra jiġri u jilgħab jogħxa jaqbeż wara xi farfett imlewwen. Jaf biss għajxien ġo kmamar żgħar mudlama bla jagħmlu ħoss għax jibżgħu li jaqbduhom u minkejja kull attenzjoni
xorta nqabbdu u suldati bla qalb għax hekk mgħallma ħaduhom ġo għalqa kbira u t-tfajjel Lhudi ra quddiemu xena tal-biża’... għexieren ta’ nies jinqatlu bla ħtija fosthom missieru, ommu u ħutu u hu b’għajnejh magħluqa jistenna t-tir li kien ser itemmlu ħajtu.
Tir li donnu dam ma wasal imma hu xorta waqa’ fejn niesu iċċappas bid-demm tagħhom u baqa’ hemm fl-art jixxennaq il-mewt biex jeħles minn tant tbatija.
Dalam u kollox siket niesu kollha kienu hekk u anki ħbiebhom bla ħadd jitħarrek… miksija demm… dehra makabra.
It-tfajjel Lhudi… bil-ġuħ, bil-għatx, għajjien, imwerwer u jirtgħod qam minn fejn kien u telaq jiġri bla jaf fejn sejjer daħal il-belt li minnha kienu ħarġuh ftit sigħat qabel jiġri bla sens fit-toroq tagħha iħabbat il-bibien u għad li ra nies jittawlu baqa’ bla tweġiba għax ħadd ma ried jitwikka b’wild Lhudi għax min jagħtih kenn kien jieħu piena ħarxa.
U t-tfajjel baqa’ jiġri u jħabbat jibki u jokrob forsi xi ħadd iħenn għalih u jkennu u fl-aħħar ruħ tajba bexqet il-bieb u staqsietu: “Xi trid ruħi… min int?” “Aħbini f’darek jien tfajjel Lhudi hu Ġesù li intom tgħidu li tant tħobbu.”
U din il-mara twajba laqgħetu f’darha. Libbsitu, temgħetu u kennitu rabbietu ma’ wliedha l-oħra bla ebda distinzjoni tul il-jiem kollha tal-gwerra. U riedet li kulħadd iżommu qisu kien tal-familja.
Il-gwerra ntemmet u dan it-tfajjel kiber u qal ġrajjietu u faħħar il-qalb nobbli ta’ dil-familja li kienet tgħix bil-fatti twemmin in-Nazzarenu. Fid-dlam kiebi tal-gwerra kiefra din il-familja xegħlet xemgħa ta’ tama ġdida.
Kos hu... kemm differenti kienet tkun imġibitna ma’ l-oħrajn kieku veru fihom naraw lil Ġesù ħuna.
DR CORONATO GRECH M.D.
ikompli
l-artiklu LIEMA REALTA'? Matul xahar il-pajsaġġ ukoll jinbidel, kultant drammatikament, bħal minn dak ħadrani u kkulurit bil-fjuri, għal dak safrani u kannella, fl-aħħar tar-rebbiegħa, jew il-kontra wara l-ewwel xita tal-ħarifa.
F’xahar il-qamar ikun għamel dawra madwar
id-dinja, (fil-fatt definizzjoni Madwar xahar (minn 26 ta’ Awissu sat-28 ta’ Settembru 1978), kien ukoll ir-renju ta’ wieħed mill-papiet ta’ żmienha, Ġwanni Pawlu I. Sena: Din hija bbażata fuq id-dawrien tad-dinja madwar ix-xemx. F’sena d-dinja tagħmel orbita waħda, distanza ta’ 943 kilometru, li tieħu madwar 365 ġurnata u sitt sigħat biex tagħmilha. F’dan il-perjodu li fih ħafna postijiet fid-dinja jgħaddu miċ-ċiklu ta’ l-istaġuni li huma l-inqas prominenti f’inħawi ekwatorjali u l-iktar fir-reġjuni polari. Sena huwa perjodu ta’ żmien konsiderevoli fil-ħajja umana – l-iktar ftit għaxriet minnhom u daqshekk!! Fil-fatt il-ġisem adult ikun xjaħ daqsxejn iktar, bl-arterji ftit iktar miżduda, il-ġilda iktar imkemmxa, il-ġogi u l-muskoli inqas flessibbli u r-riflessi inqas mgħaġġla. Il-moħħ issa jkun tilef madwar 40 miljun ċellola. Katavru jkun issa kważi għadam biss u ħwejjeġ immermra. Fis-sitema solari, waqt id-dawra waħda tad-dinja max-xemx, il-pjaneti eqreb lejn ix-xemx ikunu għamlu iktar dawriet: Mercury tkun daret ftit iktar minn erba’ darbiet, u Venus ftit iktar minn darba u nofs. Min-naħa l-oħra l-pjaneti iktar bogħod ikunu daru biss biċċa minn orbita: Mars nofs orbita, Jupiter madwar wieħed minn tnax, u l-pjaneti l-oħra frazzjonijiet ferm iżgħar. Qabża ta’ mija teħodna għal mitt sena jew seklu. Dan huwa perjodu twil wisq għall-ħajja umana; ftit individwi jilħqu din il-marka, għalkemm xi annimali, bħal ċerti fkieren ta’ l-art, regularment jgħadduha sew. F’mitt sena, mill-ġisem mejjet jibqa’ biss għadam, u jekk fil-mikxuf jibda jitfarrak sew, però jekk mirdum fil-ħamrija, l-għadam jibda bil-mod isir ġebli, jew fossili.
F’seklu wkoll id-dinja tagħna tkun daret mitt darba madwar ix-xemx, waqt li fost il-pjaneti Mercury tkun daret iktar minn 400 darba, Jupiter iktar minn 8 darbiet, Uranus darba u kwint u Pluto1 ftit inqas minn terz ta’ dawra. Fl-istorja umana seklu jista’ jagħmel differenzi kbar. Seklu ilu ma kienx hawn ajruplani, televiżjoni, radju, ċinema, missili nukleari, vot għan-nisa u telefon. Ir-rivoluzzjoni Russa u l-Komuniżmu kienu għadhom ġejjin kif ukoll żewġ gwerer kbar dinjija (inkluż l-olokawst Nażista) u tant oħra żgħar. Planck u Einstein kienu għadhom kif ippublikaw it-teoriji tagħhom. (Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Frar) 1. Anzi dan l-aħħar Pluto lanqas għadha ikkunsidrata pjaneta imma waħda mill-ikbar u l-eqreb minn ċorma ‘pjaneti’ żgħar.
FORSI JINTERESSAWK Tbissima waqt tixriba
“Biex qdejtni sirt għasra u safrattant bqajt titbissem. X’inhu s-sigriet tal-ferħ tiegħek?” “Jien qattajt tliet snin suldat. Tixriba bħal tal-lum hi ħmerija ħdejn it-tbatija tal-gwerra. Quddiem ġrajjiet ftit iebsa bħal tal-lum ngħid lili nnifsi: ´Aħjar tixriba milli kokka fi trunċiera bil-balal għaddejjin iħokku ma’ rasi f’tixrib u kesħa xxoqq l-għadam.’ U flok ingerger nibda nitbissem.” Korrezzjoni li swiet agħar
Il-missier
kien qed ikellem liċ-ċkejken: “Smajtek tgħid lil ommok li hi injoranta. Iġri skuża ruħek u għidilha li jiddispjaċik!” Iċ-ċkejken telaq: “Ma skużani u veru jiddispjaċini li int injoranta....” L-omm saret minn kull kulur u bdiet issawwat lil binha: “...Il-pa qalli biex ngħidlek hekk.”
Dik il-lejla Pawlu raqad ħobż u ġobon. Hekk jagħmel Missierna tas-sema Missier l-iben il-ħali kien xiħ imma xorta sab il-forza biex jitla’ fuq il-bejt u wara jinżel u jiġri jgħannqu. Tinsiex li meta Ġesù qal din l-istorja rabat x’għamel il-missier ta’ l-iben mal-Missier li għandna fis-sema li jħobbok anki jekk forsi kultant tiżgarra xi ftit u jifraħ jekk kapaċi twarrab dak li qed ifixklek u terġa’ tersaq lejh. Il-Ġustizzja Dinjija
Il-mixli ma wettaqx id-delitt għax ma kienx fil-post u fil-ħin tad-delitt. Imma kieku kien hemm żgur li kien iwettqu. Allura aħna nsibuh unanimament ħati! Viva l-ġustizzja tad-dinja! Dik karità!
“Dan id-dmugħ ta’ ferħ hu ferm isbaħ mill-ġojjelli li kelli!”
AĦBARIJIET TA’ INTERESS IŻŻEWĠU Mary Rose Said ta’ Triq Ħida lil Ivan Grech (Żebbuġ). Filwaqt li nawgurawlhom futur sabiħ flimkien infakkruhom fit-talb. Il-familja li titlob flimkien, tibqa’ flimkien. IL-LAQGĦA TA’ DIĊEMBRU
Kellemna Peter Paul
Portelli li ilu għal numru ta’ snin
social worker
u żgur li l-professjoni tiegħu laqqgħetu ma’ stejjer li setgħu jagħtuna
tagħlima. Peress li konna fil-bidu tax-xahar tal-Milied – l-aħħar laqgħa qabel
din il-festa – Peter tana xi punti ta’ kif għandna nippreparaw u kif ma
għandniex nippreparaw għal din il-festa. Il-Milied hu żmien li bla ma trid
tħossok ferħan. Ma tistax tħalli l-ferħ jiġri bik u tagħmel dak li ma tixtieqx
għax bosta drabi ħafna ferħ jista’ jkollu l-effet bħal ħafna dwejjaq…
ineħħulek ir- Kurun Attard ta’ Triq Sant’Indrija tela’ fir-rigal u ħajr mill-qalb lil Robert Borg, barman tal-każin tal-Youngsters tad-drinks li qassamna wara l-laqgħa.
STEDINA GĦALL-FARSA TA’ SPIRU
nhar is-Sibt 5 ta’ Jannar 2008
fis-7.15p.m. Din is-sena jisimha…
L-old boys ukoll huma
mistiedna għal din ir-rappreżentazzjoni. Wasslulhom din l-istedina għal daħka
flimkien tal-bidu tas-sena biex it-tliet rappreżentazzjonijiet l-oħra
nħalluhom għall-bqija tan-nies.
Mela ħabib ejja int u ħajjar lil ħbiebek u sħabek jiġu wkoll. Narawkom is-Sibt
5 ta’ Jannar 2008 fis-7.15p.m.
KELMET
IL-BIBBJA LLUM ...il-Mulej Ġesù, f’dak il-lejl li fih kien merħi (f’idejn l-għedewwa), qabad il-ħobż u, wara li radd il-ħajr, qasmu u qal: “Dan hu ġismi, li hu għalikom...” (1 Kor 11: 23-24)
Fl-1985 l-istazzjonijiet tat-televiżjoni kienu qed juru xeni live ta’ mara li nħakmet taħt krejn imwaqqa’ fi New York. It-tobba kienu f’tiġrija kontra l-ħin sakemm jinġab krejn ikbar biex iħarrku dak l-imwaqqa’. Tawha likwidu, demm ġdid u pilloli kontra l-uġigħ. Imbagħad wasal mument drammatiku. Kellha xewqa partikolari. Riedet il-Ġisem ta’ Kristu permezz ta’ tqarbina. L-istazzjonijiet tat-televiżjoni ġabu kollox. Il-mara nħarġet u ħaduha l-isptar fejn grupp ta’ tobba salvawlha ħajjitha.
Jekk inpoġġi lili nnifsu flok dik il-mara taħt dak il-krejn, xi ħsibijiet kienu jgħaddu minn moħħi jien u nirċievi l-Ġisem ta’ Kristu?
...Min jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem... Ġwanni 6:51
IL-PARAXUT
Jum minnhom, meta hu u martu kienu f’ristorant, raġel minn mejda qribhom qam minn postu u mar ħdejhom. “Int Plumb! Kont fuq fighter fuq l-aircraft carrier Kitty Hawk. Kienu waqqgħuk!” “Kif jista’ jkun li taf dawn id-dettalji kollha?” “Kont li jien li ppakkjajt il-paraxut tiegħek?” Plumb ħa nifs ’il ġewwa b’sorpriża u bi gratitudni. Ħadu b’idejn xulxin, “Kien ħadem!” Plumb aċċertah: “Ħadem u ngħid. Kieku l-paraxut tiegħek ma ħadimx, kieku jien m’iniex hawn!” Dak il-lejl Plumb ma setax jorqod. Baqa’ jħammem kif dan l-individwu kien jidher fl-uniformi, beritta bajda, daqsxejn ta’ bib fuq dahru u qalziet wiesa’. Baqa’ jħammem għax min jaf kemm-il darba għadda minn ħdejh u anqas biss sellimlu għaliex il-mentalità kienet li pilota ta’ ajruplan tal-ġlied kien ferm aktar ’il fuq minn sempliċi baħħar. Beda jaħseb fuq is-sigħat twal li dan il-baħħar kien għamel fuq mejda tawwalija f’żaqq il-vapur jitwi u jirranġa l-parachutes. F’idejh kellu x-xorti ta’ min ma kienx jaf. U Plumb ikompli jirrifletti: “Min qed jippakkjalek il-paraxut tiegħek?” Kulħadd għandu lil min jeħodlu ħsieb dak li jrid biex jgħaddi l-jum. Charles jgħid li meta l-ajruplan tiegħu twaqqa’ kellu bżonn diversi tipi ta’ paraxut: dak fiżiku – mingħajru kien jintemm ma’ l-ajruplan; dak mentali – il-moħħ għandu qawwiet tremendi; emozzjonali – il-bniedem mhux moħħ biss; spiritwali – Alla għandu jkun il-bidu u t-tmiem tagħna. Dawn kollha ġie bżonnhom biex baqa’ ħaj. Xi drabi fil-ħajja tagħna ta’ kuljum nitilfu dak li huwa importanti. Ma nistaqsu lil ħadd kif inhu, nikkumplimentaw jew ngħidu xi ħaġa sabiħa. Matul dan il-jum, din il-ġimgħa, dan ix-xahar jew din is-sena, għaraf lil dawk li jeħdulek ħsieb il-paraxut tiegħek. Is-sena t-tajba. Ħsieb għall-bidu tas-sena Meta r-Re Ġorġ III laħaq sultan ħareġ digriet: Meta jien inkun il-knisja għal xi servizz ma rridx li l-predikatur jagħmel referenzi ta’ ftaħir għalija għax jien fil-knisja niġi biex nisma’ tifħir lill-Mulej u mhux lili. |