+ L-Iben t'Alla sar Bniedem                         Lulju 2000 - Harga Nru 407

Dawk li dari kienu jahdmu fuq il-vapuri Nglizi zgur li ghaddew mill-esperjenza ta' l-ezercizzju msejjah 'Still' - 'Ieqaf'.

Hu ezercizzju li jsir kemm waqt il-manuvri u kemm waqt ir-realtà.  Kull bahri jrid jitghallem jieqaf u jahseb flok jigri bla jaf fejn sejjer jew x'ser jaghmel waqt dik l-emergenza partikulari. 

Jieqaf ghal 20 sekonda.  Ma jitharrikx hlief jekk fil-post fejn qieghed hemm periklu immedjat.  Jieqaf biex ikun jista' jahseb ahjar.  U f'dawk l-20 sekonda jintebah x'l-ahjar li jsir fic-cirkustanzi.

L-esperjenza ghallmet li hafna drabi dawk l-20 sekonda mhux talli ma kinux zmien mitluf izda swew biex gew salvati hafna hajjiet.

Ahna wkoll fil-hajja nghaddu minn bawxati u jkun jiswa hafna li nieqfu ftit u niftakru li lkoll ghandna Missier li lest dejjem jismaghna, jghinna u jfarragna.  Quddiem din ic-certezza ghax ghandna naqtghu qalbna?  Ejjew ahna wkoll ndarru lilna nfusna u nghaddu mill-esperjenza ta' 'still' ...nieqfu ftit u nitolbu.  L-esperjenza ghallmet li waqt bawxata talba fiha sahha tremenda.


DAWN XEGHLU XEMGHA FLOK SEHTU D-DLAM

Jirrakkonta Terry Dobson f’‘Chicken Soup for the Soul’

Intbaht mill-ewwel li ser jinqala' l-inkwiet.  Rajtu diehel fil-vagun fejn konna jien, ragel xwejjah Gappuniz u xi nisa b'uliedhom.  Kien hemm hafna sedini vojta u ghalhekk hsibt li dan ix-xurban jintasab fuq wiehed minnhom u jhallina bi kwietna.  Imma malli dahal beda jitkellem hazin u joffendi lil kulhadd.  L-iktar lin-nisa.  Ghalkemm kont barrani demmi beda jbaqbaq ghalih.  Ghax ahna ma konna ghamilnielu xejn.  Jekk ried jixrob affari tieghu u ma jfissirx li issa li xorob kellu xi dritt li jigi joffendina.

Fizikament kont ikbar minnu.  U kont ghadni gej minn xhur ta' tahrig msejjah aikido li tani hafna kunfidenza fija nnifsi.  Zgur li ma kontx ser nibza' minn dan ix-xurban.  Daqqa wahda fuq il-kus t'ghonqu u nonxru ma' l-art.  Mhux ghax jien kont xi bniedem tal-glied imma ma ridtux ikompli jkasbarna b'ilsienu ghal xejn b'xejn.   U din il-qilla fija faret meta rajtu jhedded wahda minn nisa li bdiet twerzaq ghax bezghet li ser jigri xi haga lit-tarbija.  Qomt minn posti u sfidajtu li jekk ried jiggieled ma jiggilidx ma' dik il-mara bit-tarbija imma jiggieled mieghi.

Ghajnejn ir-ragel saru stalletti.  Beda joffendini mbaghad qalli:

          "Min qabzek ja barrani bla sinsla!"

...u tar ghal fuqi.  Imma jien kont ehfef, warrabtlu u waqa' tahti.  Dak il-hin qam bilgri r-ragel xwejjah li dahakli, imbuttani xi ftit lura u ghen lix-xurban joqghod bilqieghda.  Dahhlu hdejh in-naha tat-tieqa.

          "Habib, tidher li xrobt iktar milli kien messek.  Jien ukoll inhobb il-qatra izda nippreferi li nixrobha filghaxija meta nkun ser ningabar biex norqod."

          "Imma jien le.  Jien nixrob kull hin.  Ha ninsa.  Marti mietet.  Uliedi telquni.  Irrid ninsa."

Jien kont wasalt.  In-nisa kienu gà hargu mill-vagun u marru f'iehor.  Jien dort lejn ix-xwejjah:

          "Jien ser ikolli ninzel ghax wasalt.  Imma jekk tridni nehilsek minnu ..."

          "Nirringrazzjak.  Hallih f'idejja.  Dak mhux daqqiet irid imma kelma ta' farag."

Nistqarr li hassejtni nisthi u nzilt bilgri bla ma harist lejn ix-xurban li kien sar mans daqs haruf hdejn ix-xwejjah.  Ghaddew 20 sena u wicci ghadu jihmar meta niftakar fir-ragel xurban u fix-xwejjah li gharaf li fil-hajja kelma tajba ghandha forza u effett iktar mis-sahha u l-glied.


Dr Coronato Grech ikompli jiktbilna dwar

IS-SHAB

Poeta romantiku iehor li kiteb, fost hafna affarijiet spiss kontroversjali, anke fuq in-natura, kien Percy Bysshe Shelley (1792 – 1822) li fil-poezija ‘To the skylark’ jixxennaq il-gost li bilbla ttir u tghanni fis-shab, jimmagina li thoss, waqt li fil-poezija ‘Ode to the West Wind’ jiddeskrivi s-shab li fil-kommozzjoni tas-sema bhal weraq mitbiel jinqata’ mill-frieghi u jitferrex.  Is-shab imbaghad ikompli jiddeskrivih fit-tul u f’lirika mirquma li tibda: ‘I buy fresh flowers for the thirsty flowers,’ u tispicca bil-versi

‘Like a child from the womb, like a ghost from the tomb

                                      I arise and unbuild again.’

li huma l-ftuh u l-gheluq tal-poezija famuza ‘The Cloud’.  (Dawn il-poeziji Shelley kitibhom f’Piza l-Italja, fis-sena 1820, waqt il-hafna vjaggi fil-hajja qasira u mqallba hafna li kellu.)  Poeta Ngliz iehor minn ta’ dan iz-zmien u li huwa generalment imsemmi f’nifs wiehed ma’ dawn it-tnejn l-ohra huwa John Keats (1795 – 1821) li f’wahda mill-poeziji ‘To Autumn’ (1819) jaghti deskrizzjoni tas-sbuhija tal-harifa, elegija lis-Sajf u riflessjoni fuq kemm tghaddi malajr il-hajja, waqt li jdahhal ukoll daqsxejn is-shab.  …U ohrajn.

Minbarra l-letteratura fejn huwa deskritt u mmaginat, is-shab ma setax jonqos li jidhol ukoll fl-Arti viziva fejn l-impatt huwa mmedjat u forsi iktar impressjonanti.  Lokalment, l-iktar li naraw dan is-shab huwa fl-Arti Sagra fejn fl-eluf ta’ nkwadri u pitturi fil-knejjes u djar, il-qaddisin u l-angli, minkejja li suppost huma spirti, dejjem donnhom iridu jserrhu fuq xi shaba, generalment tat-tip cumulus, però l-effett huwa dejjem estetikament pozittiv, ghax is-shab jimla u jsebbah. 

Intant, l-artisti l-ohra sekulari kwazi kollha dahhlu s-shab b’tant varjetajiet f’tant xoghlijiet u f’tant stili differenti.  Minn fejn tibda?  Fost l-artisti Nglizi nsibu lill-mistiku William Blake (1757 – 1827) b’xi shab mhux daqstant naturali kif jidher minn dak statiku avolja r-rih fil-pittura ‘The Ancient of days’ liema xena l-artist qal li kien raha f’vizjoni f’ras it-tarag.  Iktar famuz ghas-shab, jekk mhux ghall-vizjonijiet, imbaghad hemm John Constable (1776 – 1837) li huwa famuz ghal dawk il-pajsaggi mimlija shab enormi, generalment cumulonimbus, kif jidhru f’kapolavuri bhal ‘The Hay Wain’, ‘Salisbury Cathedral’ u ‘The Cornfield’.  Il-kollega u rival Joseph Turner (1775 – 1851) li kien artist iehor influwenzat mill-moviment Romantiku fil-Letteratura, pitter xeni immaginattivi u drammatici li juri l-maestà tan-natura l-iktar fit-tahlita ntensa ta’ sema u bahar f’xoghlijiet bhal ‘The Slave Ship’, ‘Snowstorm’ u ‘Calais Pier’.  U jerga’ qabilhom Thomas Gainsborough (1727 – 1788) ghalkemm kien primarjament artist li jpitter l-ucuh tal-klijenti (u kien success kbir) però l-pajsagg kien donnu iktar ghal qalbu ghax f’xi whud minn xoghlijietu, bhal ‘Mr and Mrs Andrews’ u ‘Woodcutter courting a milkmaid’ is-shab, bhas-sigar, huwa prominenti hafna avolja qieghed fl-isfond.  Iktar ta’ stil klassiku kien it-Taljan Giambattista Tiepolo (1696 – 1770) li fil-murali allegorici bhal ‘America’ u ‘Europa’, il-figuri qishom qed jghumu fis-shab.  Pittur iehor li ghamel hafna uzu mis-shab (cumulonimbus) kien il-Franciz Jean-Honore Fragonard (1732 – 1806) li f’xoghlijiet bhal ‘Blind Man’s Buff’ u ‘The Swing’ dan is-shab huwa kwazi iktar prominenti mis-suggett ta’ l-istampa.  Dan is-shab huwa ghal kollox reali.  Mhux hekk ta’ l-artist Franciz Claude Monet (1840 – 1926) li l-istampi tieghu juri l-impressjonijiet tieghu tas-shab (wara kollox Monet kien Impressjonista prominenti) kif jidher f’xoghlijiet bhal ‘Wild Poppies’ u iktar stil impressjonista ‘Lady with Parasol’ bi shab kollu daqqiet ta’ pinzell jigri mar-rih.  Shab iktar personali u inqas realistiku kien dak tal-Germaniz Caspar Friedrich (1774 – 1840), pittur romantiku li ghamel xoghlijiet misterjuzi u ta’ intensità religjuza li fihom spiss jidher is-shab li jgib certa malinkonija, bhal per ezempju fix-xoghol ‘Moonrise over the Sea’.  

(Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta' Awissu)


FORSI JINTERESSAWK

Patt bejn tnejn

Kienet taf kemm zewgha Henri kien jixtieq post fil-French Academy u ghalhekk, qabel l-elezzjoni, marret fejn habibu u qaltlu:

          "Nitolbok ivvutalu, ghax zewgi jmut jekk ma ttellghuhx."

Izda ghad li habibu tah l-appogg mitlub xorta wahda ma telax. 

Xi xhur wara din il-grajja, membru ta' l-Akkademja rtira u kien hemm bzonn li xi hadd jehodlu postu.  Mart Henri regghet sabet lill-istess habib u tennietlu t-talba ta' qabel.

          "Jien kelmti zammejtha izda hu ma zammiex ....ghadu haj.  Ghalhekk inhossni hieles minn kull irbit ta' kelma."


Kieku tkun taf qabel!

Meta fl-1983 l-ex koppja rjali Ngliza Karlu u Diana ghamlu zjara statali l-Awstralja u n-New Zealand, Diana nqatghet ftit ghaliha biex tmur tkellem grupp ta' tfal.  Lill-aktar wiehed qribha bdiet tmisslu xaghru u zzieghel bih u qaltlu:

          "Ghalfejn m'intix skola llum?"

          "Baghtuni d-dar", wegibha, "ghax sabu li ghandi l-qamel f'rasi!


Il-qawwa tat-talb

Malcolm Muggeridge, producer imsemmi u awtur maghruf, fl-1968 iddikjarali qed ihoss xewqa kbira li jsir nisrani.  Xewqa li twettqet xi snin wara meta gie mghammed fil-Knisja Kattolika.  Meta harget l-ahbar, Muggeridge rcieva ittra minghand wahda soru li kienet tghid hekk:

"Sur Muggeridge,

Wahda mis-sorijiet taghna ilha 43 sena titlob ghall-awtur ta' dan l-artiklu li jien qed nibghatlek.  Titlob ghalih ghax fehmet li min kitbu kien qed ifittex il-verità.  U talbet ghalih biex isib dak li kien jixtieq.  Jidher li t-talb ta' din is-soru ma kienx ghalxejn ghax bla ma jaf tajjeb l-awtur ta' dan l-artiklu kont int ...guvnott ta' xi ghoxrin sena ...43 sena ilu!"

Alla dejjem jisma' t-talba taghna ...kultant jghidilna 'iva' ...kultant jghidilna 'le' u xi drabi jghidilna 'mhux ghal issa'.


Rectar u kummenti

L-attrici Cornelia Otis Skinner kellha l-parti principali fil-play ta' George Bernard Shaw 'Candida'.  Wara l-ewwel darba Shaw qalilha:

          "Eccellenti, impekkabbli."

          "Mhux postu daqstant ftahir," wegbitu l-attrici.

          "Jien qed nitkellem fuq il-play u mhux fuqek," qalilha Shaw.

          "Anke jien," wegbitu.


Kompetizzjoni: Bniedem - berghud

Berghud kapaci jaqbez distanza ta' 50 jew 100 darba aktar minnu.  Jekk ragel normali jithajjar jaghmel din il-bicca xoghol irid jaqbez minn ta' l-inqas mitt metru.  Certi paraguni jgibulek ghajnejk wara widnejk.


Kif bdew?: IL-FRISBIE PIES

Frisbie pies kienu famuzi fi Bridgeport Connecticut.  Torot delizzjuzi fi plattini rqaq.  Darba xi studenti minn Yale University ordnaw ghexieren minnhom ghal xi party li kellhom u wara li kiluhom xi hadd fettillu jwaddab dan il-plattin.  Ohrajn thajru jaghmlu l-istess.  U bdew loghba min kapaci jaqbad il-plattin qabel imiss ma' l-art.  U bla ma kienu jafu dakinhar welldu loghba gdida ...li llum saret popolari hafna u skond il-Guinness Book of World Records certu Don Cain irnexxielu jzomm il-frisbie fl-arja ghal 16.72 sekonda.


MIN qed jghix hazin ghandu ZEWG ghazliet:

                   ....jew jitlob mahfra

                   ....jew jistenna kastig.

Is-Sajf hu zmien ta' mistrieh

...u bejn il-mistrieh u l-ghazz hemm bahar differenza.


INKWADRI TA’ ISPIRAZZJONI GHALL-HAJJA TA’ KULJUM

Kienet il-quddiesa tal-Hadd

u l-qassis stieden lill-migemgha

biex jibdew jelenkaw

dawk il-hwejjeg

li taghhom ghandhom

ikunu rikonoxxenti lejn Alla.

Kienu bosta li semmew

is-sahha, il-familja,

l-ghaqda, il-paci ...

sakemm qam ragel minn postu

u rringrazzja lil Alla

tal-mara sabiha li zzewgitu

tnejn u tletin sena qabel.

Il-kongregazzjoni wiegbet

'Amen' ghalenija.

Gietni l-kurzità nkun naf

min hi din il-'mara sabiha'

li semma u dort fuq siehbi

u ghidtlu jurihieli. 

"X'hin nohorgu nghidlek min hi!"

U bqajna hekk.

Spiccat il-quddiesa

u bhas-soltu ghaddejna

mill-bieb principali

u rajna bosta nies migbura.

"Hemm hi araha," qalli.

"Qieghda f'dik ir-rokna."

Hemmhekk kien hemm mara

liebsa libsa kahla, fuq wiccha

tbissima li tigbdek.

Veru kienet mara helwa

li kienet qieghda titkellem

ma' mara go siggu bir-roti -

kienet tidher li ilha zmien go fih.

Izda malli harist

lejn ghajnejn siehbi

ndunajt

li hu kien qed ihares

lejn il-mara ta' fuq is-siggu

u mhux lejn dik

tal-libsa kahla.


LIEMA HU L-IKTAR SPORT PERIKOLUZ?

Skond survey li ghamlet l-Università ta' Middlesex, l-Ingilterra iktar hi perikoluza sajda milli loghba rugby.  Fil-fatt, it-tiftix ippubblikat fil-gazzetta Sports Exercise Injury, 50 sajjied mietu tul l-erba' snin ta' tiftix meta mqabbla ma' zewg players tar-rugby.  Izda l-players tar-rugby jokkupaw l-ewwel post fil-lista ta' dawk li jkorru waqt il-loghob.

KORRIMENTI KULL 100,000 PARTECIPANT

Rugby                     440

Football                  200

Hockey                   130

Skiing                     130

Motor sport               58

Horse Riding              26

Sajd                         11

Giri                            7

Golf                           5

Bowling                      3

 

IMWIET

Ghawm                     191

Fuq id-dghajjes           69

Horse riding                62

Mountaineering           51

Sajd                          50

Football                     14

Giri                             9

Cricket                        2

Rugby                         2

Golf                            1


IL-VIZZJU

RAJTHOM madwar mejda

ghajnejhom izebbgu

iharsu

jixxenqu

jistennew

il-karta li setghet trebbahhom fortuna zghira.

THASSARTHOM

qishom ilsiera tad-destin

b'xewqa dejjiema li jistaghnew

izda hafna drabi

jispiccaw midjuna.

U hajjithom issir infern

jaraw gharaq xogholhom

jintilef f'hakka t'ghajn.

F'lejla jtajru

dak li batew ghalih

tul gimghat ta' xoghol u tbatija.

U donnok tghidilhom ghalxejn

ghax il-vizzju dahal wisq 'il gewwa.

Kultant ix-xorti tidhkilhom

izda l-ghada terga' tbikkihom

u tehdilhom il-ftit li tkun tathom.

Imbaghad imsieken tad-dar

ghax jehlu huma.

Vittmi bla htija ...

ommijiet mghajra u msawta

... familji mkissra.

Habib

tiddakkarx bil-marda

ghax issibha difficli tfiq minnha

u ftakar

li l-ghaqal

jaghnik iktar mil-loghob ghall-flus.