
| + L-Iben t'Alla sar Bniedem
LULJU 2001 - Nru 419 Il-familja Churchill kienu jistriehu hdejn il-bahar meta z-zghir taghhom Winston sab ruhu f’diffikultà. Beda jaqdef u jghajjat, imma xorta deher niezel taht l-ilma. Il-genituri tieghu bdew jghajtu ghax hadd minnhom ma kien kapaci jaghtih l-ghajnuna. U dlonk guvnott li nzerta fil-qrib qabez il-bahar, resaq hdejn Winston u rnexxielu jsalvah. Il-missier hassu obbligat hafna lejn dan il-guvnott u ried ihallsu, imma dan ma riedx hlas. Saru hbieb u l-missier sar jaf li dan il-guvnott xtaq hafna jkompli l-iskola, imma l-familja ma kellhiex mezzi. Churchill urieh li lest li jhallaslu parti sewwa mill-mizata u hekk Alexander Fleming kompla jistudja.
U rnexxa sew fl-istudju ghax sar tabib
imsemmi hafna. U ssemma izjed Izda iktar ta’ ghageb hu l-fatt li fost dawk li kellhom juzawha fil-bidu taghha kien hemm Winston Churchill …issa ragel maghmul u kien gà jzomm pozizzjoni importanti fil-gvern ta’ pajjizu. Fleming meta sema’ li habibu kien laqqat pulmonite, invistah u tah il-medicina l-gdida. Hafna kienu gà qatghu qalbhom minn Winston. Fleming kien salvah it-tieni darba. Imma ma kienx isalvah kieku missier Winston ma kienx ghenu jistudja. Kos hux… il-karità qisha gebla mitfugha l-bahar… tohloq mewga wara mewga. Jalla ahna wkoll nitfghu gebel ta’ karità fil-bahar ta’ quddiemna. WAQTIET LI JSIRU MUMENTI DEJJIEMA Steve Covey jirrakkonta… Konna lkoll f’gabina mdaqqsa ta’ tren antik ta’ zmien il-brodu, imma konna komdi u siekta, min jaqra, min jonghos, min ihares lejn kampanja hadranija …izda dlonk din il-kalma mbierka tkissret mid-dhul ta’ ragel u erba’ wliedu. Dawn l-erbgha bdew jghajtu u jitlewmu, jidhku u jizzegilgu, dehlin u hergin mill-vagun taghna. Addio nghas, addio qari, addio sikta u kalma.
Kollox inqaleb ta’ taht fuq. Minn genna fl-art inbdilna f’infern ta’ dwejjaq. Ma stajtx nissaporti izjed ghax ir-ragel deher ghajjien, kalm daqs hassa, anqas biss kelma biex forsi jisktu. “Habib, hawn post pubbliku, mhux bithet darkom. Inhoss li dawn l-erbat itfal haqqhom tbezbiza. Urihom li ahna ta’ hawn gew ghandna dritt ghall-kwiet u l-paci.” Ir-ragel hares cass lejja u meta wliedu kienu ftit boghod medhija f’dahk u briju qalli: “Ghadni gej mill-isptar. Ommhom marida. Nahseb li ma tarax ix-xemx ta’ ghada. Ghada jisbhu mbikkija. Illum jidhru ferhana ghax l-ahbar ma jafuhiex.” Minn dak il-hin, id-dahk u l-aghjat tac-ckejkna ma baqax idejjaq lili u lil dawk l-ohra li mieghi kienu kwieti kwieti. Anzi bdejna ahna stess inzieghlu bihom… maghhom nidhku u bhalhom nghajtu. Ghaddew is-snin u d-dehra ta’ wicc ir-ragel ghadha f’mohhi u kuljum tfakkarni li qabel infassal pjan ta’ x’suppost jaghmel haddiehor nipprova nxidd imqar ghal ftit, iz-zarbun tieghu. DR CORONATO GRECH M.D. jibda artiklu dwar C60
Illum nafu li kulma hawn madwarna, anke l-iktar affarijiet kkumplikati bhal gisimna, huwa maghmul minn 92 element differenti u li minnhom xi tuzzana biss huma komuni hafna. Hija l-varjetà tremenda ta’ l-arrangamenti ta’ l-atomi ta’ dawn l-elementi li taghti l-varjetà tremenda ta’ materjali differenti li naraw madwarna. U jerga’ fost l-atomi kollha, l-iktar li kapaci jaghmel varjetà huwa l-elemenet karbon, tant li hemm fergha kbira, il-kimika organika, li tikkoncerna biss it-tahlit ta’ dan l-element u l-materjal li jifforma. Però dan l-element karbon, ghal kontra ta’ hafna ohra huwa stabbli anke meta jkun wahdu. U sa ftit ilu kien mahsub li hemm biss zewg forom ta’ karbon fin-natura. Wiehed huwa l-faham li huwa l-fdalijiet ta’ pjanti li kienu jghixu miljuni ta’ snin ilu, intradmu u bil-pressa u s-shana tbiddlu f’fost ohrajn f’faham li jekk ikollok taharqu il-gass principali li jirrizulta huwa carbon dioxide. U drammatikament il-forma l-ohra ta’ karbon hija d-djamant li meta mahdum f’gojjelli tant huwa magiku imma li jekk ifettillek taharqu johrog biss l-istess gass, carbon dioxide kif ta prova f’esperiment il-Franciz Antoine Lavoiser (1743 – 94) meta hu u xi dilettanti ohra shabu xtraw djamant u harquh. Issa x’jaghmel l-istess element li jezisti f’forom daqstant differenti? Ir-raguni tinsab fl-arrangamenti ta’ l-atomi. Fil-faham dawn huma rrangati f’forma ta’ saffi li huwa pjuttost facli li jizzerzqu u ghalhekk il-karbon, f’din il-forma, specjalment meta pur, jizloq hafna tant li gieli jintuza bhala lubrikant. Minn naha l-ohra fid-djamant kull atom tal-karbon hija mwahhla sod hafna fuq erba’ nahiet tant li d-djamant huwa l-iktar haga iebsa li tezisti. U sa ftit ilu l-karbon kien mahsub li jezisti biss f’dawn il-forom jew allotropi, kif jissejhu forom differenti ta’ l-istess element. Imma kif thabbar f’Dicembru 1991 fil-gurnal Science, f’dik is-sena r-rebbieh tal-molekola tas-sena kien forma gdida ta’ karbon li nghata l-isem ta’ buckminsterfullerine. Kif giet din l-iskoperta u ghaliex issemma hekk? L-istorja tmur ghar-regjuni mbieghda, immensi u kiesha ta’ l-ispazju interstellari. Fis-sebghinijiet l-astronomi bdew isibu, permezz tar-radjoastronomija u b’sorpriza, xi molekoli pjuttost kkumplikati f’dan l-ispazju interstellari; molekoli bhall-ilma, ammonja u alkohol …kif ukoll ghabra li fiha wkoll xi karbon. Dan il-karbon kien mahsub li gej minn certi kwiekeb hamranija li jkunu fi studju avvanzat ta’ l-evoluzzjoni taghhom u li fihom ammonti konsiderevoli ta’ karbon, tant li jissejhu carbon stars. Dan il-karbon flimkien ma’ elementi ohra bhal ossignu u nitrogenu jigi mferrex ma’ l-ispazju interstellari (u li iktar tard iservi ta’ materja prima biex jiffurmaw kwiekeb ohra, inkluz ix-xemx u ahna). Intant biex ix-xjentisti jivverifikaw il-prezenza tal-karbon fl-ispazju huma pproducew l-ispektrum tal-karbon fil-laboratorju, go vakwu u f’temperatura ta’ madwar 10,000 grad centigradi bhal kundizzjonijiet fil-kwiekeb u l-ispazju u dan kien kwazi identiku ma’ dak miksub mill-karbon ta’ l-ispazju. Id-differenza zghira kienet apparentament gejja minn xi forma gdida ta’ karbon fl-ispazju. Ix-xjentisti ghalhekk studjaw bir-reqqa dan il-karbon u sabu li hemm molekola stabbli tal-karbon li tikkonsisti minn sittin atom imwahhlin ma’ xulxin …u ghalhekk is-simbolu C60. Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta’ Awissu
FORSI JINTERESSAWK Jew kollox jew xejn Rudyard Kipling (poeta u kittieb Ingliz li kien jghix ghall-ahhar tas-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu ghoxrin) kien abbonat f’gazzetta u tghidx kemm dahak meta bi zball sab li kitbu li hu miet. Kiteb lill-editur u qallu: “Issa la jien mejjet tinsiex taqtaghni mil-lista ta’ l-abbonati!” Il-paci tal-qalb Tauler, predikatur famuz u bniedem b’fama ta’ qaddis, darba ltaqa’ ma’ tallab u xtaqlu jum tajjeb. Dan qallu: “Hajr tax-xewqat tieghek imma jiemi huma dejjem tajbin.” Tauler skanta ghax il-bixra tat-tallab ma kinitx turi li hu komdu. Allura l-predikatur rega’ staqsa: “Imma jigu granet meta tixtieq is-sahha u tkun marid, tixtieq il-bnazzi u jisbah il-maltemp?” “Jien naf li Alla jhobbni u dak li nghaddi minnu hu dejjem ghall-ahjar tieghi. Fil-hafna u fil-ftit, fil-maltemp u fil-bnazzi, fis-sahha u fil-mard jien naf li Alla ghadu missieri u dak li jibghat hu jkun l-ahjar ghalija!” Tauler sellimlu u baqa’ miexi. U ta’ madwaru semghuh jghid: “Mulej dakkarni ftit bil-qdusija ta’ dan it-twajjeb!” Kellu xuxtu bajda imma daqna sewda. Xi hadd staqsa ghaliex jahseb li hemm dik id-differenza. “Habib, xuxti hi dejjem kwazi ghoxrin sena ixjeh mid-daqna.”
Nofs direzzjonijiet Thomas Henry Huxley deher mifxul. U kellu ragun ghax dik il-ghodwa kellu jaghmel diskors fil-Kamra tar-Rapprezentanti u kien sar il-hin. Ried ikun hemm f’inqas minn kwarta. Waqaf fejn il-kuccier u qallu: “Suq b’kemm ghandek sahha!” U dlonk intefa’ gewwa jaqra l-karti li kellu waqt li l-kuccier kien ihedded u jfaqqa’ l-frosta fl-arju biex iz-zwiemel ikomplu jlebbtu. Izda meta Huxley refa’ ghajnejh minn fuq il-karti ntebah li kienu sejrin f’direzzjoni opposta minn fejn xtaq. Irrabjat ghall-ahhar ghajjat: “Int fejn id-demonju sejjer?” “Fejn sejjer ma nafx ghax ma ghidtlix imma zgur li qed insuq b’kemm ghandi hila!” Miljunarja fqira
Tant kienet saret xhiha li anqas kienet tiekol biex tfaddal. Nithassruha… bhalma nithassru lil dawk… forsi ahna stess… li l-Mulej zejjinna b’talenti sbieh u utli u ahna naghzlu li nwarrbuhom. Bhal Bertha Adams warrbet flusha u ghexet fil-faqar meta setghet tghix hajja dicenti... u maghha tghin hafna ohrajn bil-karità taghha. Il-fjask isir telf meta ma tibqax tipprova. AQRA SEW U IFHEM Mulej, Giet f’idejja talba miktuba minn zaghzugh. Kien suldat u miet hesrem fil-battalja. Talba li nistqarr hawditni bi shih. Ma niftakarx il-kliem ezatt imma naf li kien hemm xi haga hekk.
“Tlabtek is-sahha ghax ridt inwettaq bosta hwejjeg u minflok sibt ruhi f’qiegh ta’ sodda imma swieli ghax tghallimt li ma jien xejn mingharek. Tlabtek l-energija ghax kelli f’mohhi hafna pjanijiet u minflok sibt li kont ghajjien… bla forza. Imma d-dghufija swietli biex nintebah li l-kobor mhux qieghed f’dak li twettaq imma f’dak li bil-verità tixtieq. Tlabtek l-ghana u s-setgha ghax hsibt li fihom inkun ferhan u minflok kelli nahdem biex naqla’ x’niekol u setgha qatt ma kelli imma ntbaht li ma kien jonqosni xejn. U meta nhares lura nifhem li ghad li minn dak li tlabtek qajla qlajt xi haga xorta ksibt dak kollu li xtaqt u nhossni l-iktar bniedem ferhan fuq l-art.” Hekk kienet tghid it-talba li kiteb is-suldat. Hawditni ghax rajtha tac-cajt jitlob u ma jaqlax u jghid li kien kuntent. Inhoss kontradizzjoni imma meta nahseb fit-tul nintebah li jien ukoll gie li tlabt u ma qlajtx imma xorta b’xi mod gejt moghti dak li xtaqt ghax triqatek misterjuza. Nissel fija Mulej fiducja shiha fik biex nintelaq f’idejk bhalma tarbija tintelaq f’idejn ommha. Int tafni… tifhimni… tismaghni… thobbni. AMULETI - jew dak li l-bniedem holom li seta’ jehilsu mill-hazen IL-KOKKA Sa mill-qedem kienet tirraprezenta l-gherf. Kienet ghaziza hafna ghal Atena l-alla Griega ta’ l-gherf. It-tradizzjoni dwarha li giet wara ghenet biex tibqa’ maghrufa bhala dik li tipprotegi mill-injoranza u dik li zzid l-gherf. Biex titkompla t-tradizzjoni saret ukoll protettrici minn kwalunkwe haga li ggib genn jew nuqqas ta’ ragunar. Ir-Rumani qisuha aktar bhala hlejqa tal-lejl u attribwewlha kwalitajiet oskuri. Izda aktar baqghet maghrufa t-tradizzjoni Griega. B’ghajnejha t-tnejn iharsu ’l quddiem unika fid-dinja ta’ l-ghasafar – inghatat kwalitajiet umani. Uzanzi antiki difficli jmutu. Inharsu kemm inharsu lejn il-hlejqiet l-ohra l-ebda wahda minnhom ma ghandha mohh bhal tal-bnedmin. Hu l-bniedem biss li hu mzejjen b’mohh li kapaci jahseb. Il-hlejqiet l-ohra ghandhom biss stint. Kif kienet taghmel kokka ta’ eluf ta’ snin ilu taghmel wahda ta’ llum. Xejn differenti… kollox l-istess. Hu l-bniedem li bi hsibijietu tejjeb hajtu. Hu l-bniedem li bl-esperjenza tieghu ma rrepetiex l-izbalji tal-bierah. ‘Hsieb l-annimal’ hu limitat. Hsieb il-bniedem hu bla tarf. Jalla juza dehen mohhu biex itejjeb il-hajja ta’ hutu l-bnedmin u mhux biss jissodisfa l-hsibijiet egoistici tieghu. L-ghazla f’idejh - mhux f’immagni ta’ kokka! Is-sitta: LA TIZNIX Ircivejt avviz id-dar mill-iskola fejn jattendi ibni ta’ 13-il sena. Ahna l-genituri konna mistiedna ghal introduzzjoni dwar suggett li kienu ser idahhlu fil-klassi ta’ ibni – Is-Sesswalità. Il-genituri kienu mistiedna jaraw is-sillabu u jinghataw lezzjoni ezatt kif kienet ser issir quddiem uliedhom. Malli wasalt l-iskola staghgibt kif kien hemm biss madwar nofs tuzzana genituri. Ahna u nistennew ghall-introduzzjoni qghadt inqalleb pagna wara ohra ta’ struzzjonijiet kif ghandek tiskansa tqala u mard venerju. L-astinenza ssemmiet biss fuq fuq. Meta waslet l-ghalliema flimkien man-ners ta’ l-iskola riedet tkun taf jekk hemmx mistoqsijiet. Qajjimt il-punt ta’ l-astinenza. Kulhadd infaqa’ jidhak. Xi hadd, sahansitra ssuggerieli li jekk ghadni nahseb li l-astinenza fadlilha valur, ghandi mmur indahhal rasi fir-ramel. L-ghalliema ma qalet xejn. Wicci sar ahmar nar. Mohhi zvojta u ma stajtx inlissen kelma. L-ghalliema fissritli li xoghol l-iskola hu li tghid il-fatti, huma l-genituri bejn il-hitan privati tad-dar li kellhom jghallmuhom il-moralità. Bqajt fis-skiet ghall-ghoxrin minuta ta’ wara. Il-genituri l-ohra dehru jappruvaw dak kollu li ntqalilhom. “Issa wasal hin il-kafè. Jekk joghgobkom wahhlu l-ismijiet biex issiru tafu aktar lil xulxin. Tkellmu bejnietkom u toqoghdux lura. Kif uliedkom draw lil xulxin hekk jixraq li taghmlu intom.” Hekk kif rajthom iwahhlu l-ismijiet u jiehdu b’idejn xulxin jien ghodost fi hsibijieti. Hassejtni nisthi minni nnifsi li ma rnexxilix nikkonvincihom biex jinkludu diskussjoni serja fuq l-astinenza fis-sesswalità. Ghidt talba f’qalbi biex forsi l-Mulej jilluminani. Hsibijieti nqatghu hesrem hekk kif in-ners resqet lejja u filwaqt li poggiet idha fuq spallti qaltli: “Ghaliex m’intix tkompli ma’ l-ohrajn, Mr Leyton? Il-kafè tajjeb ta!” kompliet biex tikseb il-fiducja tieghi. “Grazzi,” ghidtilha. “Imma ma ghandix aptit!” “Mela ghaliex ma twahhalx ismek? Jiena certa li l-ohrajn jixtiequ jsiru jafuk!” “Ghandi d-dubji tieghi fuq hekk!” lissint minghajr ma hsibt. Izda l-vuci f’qalbi kienet cara, ‘Tmurx, tmurx!’ “Ahjar nistenna hawn!” ghidtilha.
Ir-ragel faccata tieghi gholla idu. “Hawn hi!” “Sewwa wisq,” kompliet l-ghalliema. “Il-warda tirraprezenta marda. Tiftakar b’idejn min hadt waqt hin il-kafè?” Semma xi tnejn min-nies. “Tajjeb issoktat l-ghalliema. “Li tiehu b’idejn xi hadd hawnhekk tirraprezenta l-intimità. Issa dawk it-tnejn li hadtilhom b’idejhom iddakkru wkoll b’din il-marda.” Kien hemm dahk spjetat. L-ghalliema kompliet: “U dawn it-tnejn b’id min hadu?” Kienet laqtet il-musmar fuq rasu. Fissritilna kif l-iskop tal-lezzjoni kienet li t-tfal jifhmu kemm il-mard jinxtered malajr. “Peress li ahna lkoll hadna b’idejn xulxin, ahna issa lkoll morda.” Kien f’dak il-waqt li ergajt smajt dak il-lehen fil-gewwien tieghi. ‘Tkellem issa, izda tghidx wisq. Bi ftit ghandhom jifhmu!’ Qomt bilwieqfa u skuzajt talli ser nindahal jien. Ikkumplimentajt lill-ghalliema ghal-lezzjoni interessanti taghha u kemm din ser timpressjona lill-istudenti taghha u kkonkludejt li kelli punt zghir li xtaqt naghlaq bih. “Mhux ilkoll kemm ahna spiccajna nfettati bil-marda,” lissint. “Wiehed minna… astjena!” |