|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Frances
Green kienet armla fqira Amerikana. Izda
minkejja l-faqar taghha kienet dejjem tibghat donazzjoni zghira ta’ $5
lill-partit Repubblikan.
Meta
Reagan kien president, intbaghtet stedina lill-membri kollha tal-partit
Repubblikan ghal riceviment fil-White House u l-ewwel 1000 twegiba kienu
ser jinghataw dan il-privilegg li jkunu mal-President.
Frances
Green irrispondiet mill-ewwel li ser tkun maghhom.
Izda ma flietx sewwa l-istedina ghax il-kliem kien jghid li kull
twegiba kellha tinkludi donazzjoni ta’ $5000!
Meta
rcivew it-twegiba, l-iskrivani warrbuha ghax maghha ma kienx hemm flus.
U meta Frances Green waslet Washington ma hallewhiex tidhol ghax
isimha ma kienx mal-lista. Izda
baqghet tiggieled li kien il-President innifsu li stedinha.
Xi
hadd semaghhom jillatikaw u dlonk informa lill-President li malli sar jaf
bl-istorja, mar hdejn il-bieb u minkejja l-hafna tahbit li kellu, laqa’
lil Frances fl-ufficcju tieghu u tghidx kemm dam jitkellem maghha.
Frances ghoxiet tghid lill-President dwar tfulitha u meta harget
mill-White House kienet l-iktar mara kuntenta tad-dinja ghax...
“...il-President
kien laqaghha fl-ufficcju tieghu u hadu t-te
flimkien!”
Kif
tinbidel id-dinja kieku lkoll ikollna atteggjament nisrani lejn hutna l-bnedmin
...anke dawk foqra, xjuh u emarginati.
PIT
STOPS
Tentufiet
li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja
Ragel
kien qed jirrakkonta kif intilef fid-dezert u kemm talab bil-qalb biex
il-Mulej jghinu jsib it-triq lura lejn ir-rahal.
“U
semghek il-Mulej?” staqsieh wiehed mis-semmiegha.
“Ma
semaghnix imma b’xorti tajba kien ghaddej bedwin mill-qrib li wrieni t-triq!”
“Allura x’ippretendejt meta tlabt
lill-Mulej? Ma kienx
bizzejjed li bghattlek bedwin? X’ridt
jewilla xi anglu?”
Meta l-haddiema
jkunu jridu bicca injam iebsa, jitilghu aktar ’il fuq lejn il-quccata
tal-muntanja ghax skond huma:
“Is-sigar
ta’ fuq il-muntanja ikunu isheh minn dawk tal-wied ghax iridu jissieltu
kontra l-elementi. Dawn
isahhu iz-zokk u jaghmel l-injam li johrog minnu injam iebes hafna.”
L-isfidi
qeghdin hemm biex jaghmluna ahjar u mhux biex ikissruna.
Hemm
zewg modi kif tkun kuntent:
1.
Ipprova ikseb kulma tixtieq;
2. Kun
kuntent b’dak li ghandek.
Ta’
l-ewwel, jakkwistaw kemm jakkwistaw, jibqghu jixtiequ allura ma huma qatt
kuntenti.
Tat-tieni
jitbissmu dejjem.
L-ghazla
f’idejk.
F’wiehed
mill-ahhar diskorsi tieghu, Martin Luther King qal:
“Meta
tkunu qed taghmlu d-diskors funebri tieghi, toqoghdux issemmu l-unuri li
ksibt jew ir-rebhiet li wettaqna flimkien.
Ghidu biss li ppruvajt kemm stajt inhobb u nservi lil huti l-bnedmin.”
U
ghax ghamel hekk meta deher quddiem il-Mulej sab li ghax …
...tema
li min kien bil-guh;
...libbes
lil min kien gharwien;
...zar
lil min kien il-habs;
...sabbar
lil min kien marid …
...il-Mulej
kellu ghalih premju
bla tmiem.
Ahna
– l-qaddejja ta’ Alla – in-nies
iharsu
lejna bhala mnikktin imma ahna ferhanin,
bhala
foqra imma ahna ghonja,
bhala
nies li ma ghandhom xejn
izda
ghandna kollox.
SAN
PAWL (2 Kor 6: 4, 10)
DR
CORONATO GRECH M.D. ITEMM L-ARTIKLU LI BEDA F’MEJJU
IL-BZIEQ
F’hafna
postijiet madwar id-dinja, il-bzieq, bhala xi haga li tohrog mill-gisem,
kien meqjus sinifikanti hafna. Mieghu,
bhal speci, tohrog il-qawwa ta’ min jobzoq.
Kien ghalhekk jintuza mit-tabib sahhar tat-tribù biex ifejjaq.
Eku ta’ dan jidher fl-episodju tal-Vangelu fejn Gesù jinghad li
fejjaq wiehed ghama billi bezaqlu f’ghajnejh (Mk 8, 23) u darb’ohra
jinghad li fejjaq iehor billi messlu lsienu bil-bzieq tieghu (Mk 7, 33).
Anke fil-Mitologija Egizzjana l-bzieq intuza minn Tot, alla
tal-Medicina biex fejjaq ghajn Horus.
Madanakolu
kien mahsub li l-bzieq li thalli warajk, bhal hafna affarijiet ohra minn
gismek, jista’ jintuza biex jahdem magija kontrik u ghalhekk min jobzoq
kien irid joqghod attent li jwarrabha jew jirfisha.
Minn naha l-ohra fil-Mesapotamja kien mahsub li min irid jiehu s-sahha
fuq xi hadd kien jobzoq fl-art halli l-vittma jirfes il-bezqa.
Uzu stramb iehor tal-bzieq huwa bhala protezzjoni mill-ghajn hazina:
per ezempju f’xi pajjigi Mediterranji, inkluz taghna, jekk dari xi hadd
ifahhar izzejjed it-tarbija, l-omm kienet tobzoq tlett darbiet f’wiccha
- in-numru tlieta spiss ikkunsidrat li jgib ix-xorti.
Prattika
ohra assocjata mal-bzieq u ferm iktar imferrxa hija l-uzu bhala insult –
li tobzoq ghal xi hadd huwa nsult kbir kwazi f’kull kultura u f’kull
zmien. Fil-Bibbja nsibu li
jekk missier jobzoq f’wicc bintu din tibqa’ mrieghxa ghal sebat ijiem
(Num 12, 14); insibu wkoll il-karba mizerabbli ta’ Gob (Gob 30, 10) u l-procedura
kurjuza li trid taghmel armla lil hu zewgha ma jridx jehodha b’martu (Dt
25, 5-10) u li dan jispicca bil-laqam ta’ ‘Dar il-Hafi’.
U ferm iktar maghruf l-insult lil Gesù (Mt 26, 67).
Intant,
issa li forsi taf xi haga ftit iktar fuq il-bzieq, forsi tapprezza iktar
il-kumplessità tal-gisem, (anke f’dawk l-affarijiet li forsi ma tantx
huma attraenti), kif ukoll tapprezza r-rikkezza tal-Mitologija, it-tant
uzanzi differenti madwar id-dinja, il-glieda kontra l-mard u l-kurzità
umana li tipprova tifhem l-affarijiet ta’ madwarna.
U f’din il-kundizzjoni umana, inkonfondibbli mhux ftit, ipprova
ghix fuq principji umanitarji u tinsiex toqghod attent biex ma jkollokx
tilghaq dak li tobzoq.
FORSI
JINTERESSAWK
Kelma
Meta
James Garfield spicca l-iskola sekondarja xtaq jistudja f’xi Universita'.
Kellu l-kwalifiki mehtiega imma ma kienx jaf f’liema wahda jmur.
Iddecieda li jiktbilhom ittra u jara fejn jaqbel.
Bosta baghtulu ittra xotta li lesti jaccettawh.
Imma l-Universita' ta’ Williams ma’ l-ittra ghamlulu nota
qasira:
‘Niehdu
gost li nghinuk tilhaq l-ghan ta’ hajtek!’
Illum
l-Università ta’ Williams tiftahar li fost l-istudenti taghha kien hemm
James Garfield ...wiehed mill-Presidenti Amerikani.
Kemm
tiswa kelma!
Talba ...u nofs
Kien
jibza’ jirkeb iz-ziemel ghax kien jarah gholi hafna. Ghalhekk b’gabra kbira talab bil-qalb:
“Qaddisin
kollha ghenuni nitla’.” U
qabez.
U tant
qabez li spicca fl-art in-naha l-ohra.
It-tieni talba kienet iktar prudenti:
“Nofs il-qaddisin tas-sema, ghenuni
nitla’!”
Svetlana
Stalin, bint it-tirann Russu, harbet mir-Russja ghax...
“...minkejja
li f’dar missieri qatt ma smajt il-kelma ‘Alla’ kont naf li jezisti u ma stajtx nghix iktar bhallikieku ma jezistix.”
Ragel
miet u deher quddiem il-Mulej.
“Min int?” staqsietu
vuci.
“Jien
il-Gvernatur ta’ Sevilja!” qallu r-ragel.
“Ma
staqsejtekx x’kienet il-pozizzjoni tieghek.
Staqsejtek min int!”
“Jien missier ta’ familja u ghamilt
hilti biex inrabbi tajjeb lil uliedi.”
“Ma staqsejtekx x’ghamilt f’hajtek
...imma min int!”
“Jien habib hafna tal-Kardinal
Fildestini u darba ltqajt mal-Papa.”
“Ma staqsejtekx min huma hbiebek ...imma
min int!”
Ir-ragel
deher imhawwad. Fl-ahhar
qallu:
“Jien dejjem emmint li jien iben, hu Gesù
Kristu, li ghallimni nsejjah lil Alla Missieri.”
“Idhol ibni fil-hena li missierek ilu li
hejja ghalik sa mill-holqien tad-dinja.”
Fid-dinja
importanti hafna x’int, lil min taf, u min huma hbiebek imma quddiem
il-Mulej, dan kollu ma ghandu l-ebda importanza.
Il-hsieb ragel hazin
Kienu ilhom mizzewgin ghaxar snin
u iddecidew li jiehdu vaganza flimkien f’lukanda sabiha.
Wara xi tlett ijiem ir-ragel iddecieda li jqaxxar il-lehja u tant
hassu ahjar li wara ftit granet qaxxar ukoll il-mustacci.
Wahda mara xwejha li kienet residenti nstemghet tghid ma’ xi
hbieb, waqt li rat il-koppja tippassigga:
“Imissha tisthi!
F’inqas minn hmistax biddlet tliet irgiel!”
Kemm
drabi nghaddu gudizzju fuq haddiehor u jkun gudizzju falz ghax ma nkunux
nafu l-affarijiet kollha.
AHBARIJIET
TA’ INTERESS
IZZEWGU
Michelle Camilleri ta’
Triq Duru lil Kevin Cassar (Gharb).
Nawgurawlhom
futur hieni flimkien u nfakkruhom fit-talb.
Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.
IL-LAQGHA TA’ GUNJU
Ghal
din il-laqgha kellna mistieden specjali.
Hasra li ma kinux hafna aktar dawk li laqghu l-istedina.
Zgur li kienu jiehdu gost daqs dawk l-ixxurtjati li gew.
Ghamilna nofs siegha Adorazzjoni u kellna atmosfera ta’ gabra u
talb b’Gesù Kristu prezenti fostna fl-Ewkaristija.
Mexxa l-Adorazzjoni l-Kanonku Dun Karm Portelli u ghamlilna
riflessjonijiet tassew sbieh. Kienu
riflessjonijiet pozittivi li gabuna f’taghna kemm ghandna ghalfejn
nirringrazzjaw lil Alla ta’ dak kollu li tana izda bosta drabi ahna
aktar niffissaw fuq dak li mhux kif nixtiquh milli fuq il-grazzji li
nghumu fihom. Alla tana tliet
grazzji principali – il-hajja, l-imhabba u l-paci tieghu.
Sewwa li kultant nieqfu u nirringrazzjawh.
Jalla jkunu hafna aktar dawk iz-zghazagh li jigu ghal-laqghat bhal
dawn.
Hajr
lil Robert Borg – barman tal-kazin
tal-Youngsters – tad-drinks li
qassamna wara l-laqgha. Darian
Grima ta’ Triq Grunju tela’ fl-inkwadru u l-kartiera.
IL-LAQGHA TA’ LULJU
Ser
ikellemna Dun Karm Refalo, l-Arcipriet tal-Qala u nixtiequ ferm li jkollna
attendenza numeruza. Dun Karm
hu maghruf ghall-hsibijiet sbieh li jaghmel u sewwa li ma nitilfux
okkazjonijiet bhal dawn l-aktar f’dawn ix-xhur li fihom ikollna hafna
aktar hin liberu. Mela habib
narawk nhar is-Sibt 5 ta’ Lulju fit-8.15p.m.
Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll.
IL-HBIEB ISEJHU ON LINE
Minn
kemm ilna nixhtu l-fuljett taghna fuq l-internet – hajr lil Pierre u
Ryan Meilak – fuq www.june29th.com/hbiebisejhu.htm – kellna rispons
inkoragganti hafna. Huma bejn
l-1300 u l-1400 dawk li ta’ kull xahar jaqrawh minn fuq l-internet.
Sa issa l-aktar li dahlu kien f’Jannar 2003 fejn kellna 1587
qarrej li bejniethom zaruh 1750 darba matul l-istess xahar. Huma figuri li lilna jaghmlulna hafna kuragg.
Inkoragganti huma wkoll il-messaggi sbieh li sibna fuq il-guestbook
ta’ june29th.com bhal ta’ dik l-ghalliema l-Awstralja li tistampa l-fuljett
taghna minn fuq il-website u taghtih lill-istudenti taghha tal-Malti
f’dan il-kontinent imbieghed. Ghad
li hawn din id-distanzi kollha nhossuna qribhom u qrib dawk kollha li
jzommu l-appuntament maghna permezz tal-fuljett elettroniku.
Niehdu gost li l-indirizz elettroniku taghna jibqa’ jinxtered u
b’hekk in-numru ta’ dawk li jaqrawh jibqa’
dejjem jizdied. Habib, jekk taf lil xi hadd li ghandu l-internet aghtih
l-indirizz taghna u int ukoll ikollok sehem fit-tixrid tal-kelma t-tajba.
IL-YOUNGSTERS
Nifirhu
mal-Youngsters li minbarra l-Kampjonat rebhu wkoll il-Freedom Cup,
is-Super Cup u n-Noel Vassallo Cup.
Stagun
li zgur jibqa’ mfakkar u jinzel b’ittri tad-deheb fl-annali tal-club.
Nawguraw lill-players, coach, kumitat mistrieh misthoqq u hegga
gdida ghal stagun gdid.
SNAPSHOTS
Stejjer
u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom
Ic-cajt
dwar in-nies ta’ Texas hu sterjotipat
Jghidu
li jaghmlu kollox bi kbir.
Fosthom
jinghad li darba wiehed minn New York
ghamel
pjacir lil wiehed minn Texas
u dan
ried jaghtih rigal
biex
juri l-apprezzament tieghu.
Dam
jissikkah sakemm ta’ New York qallu
li erba’
golf clubs ikunu bizzejjed.
Tghidx
x’qatgha ha meta rcieva
risposta
minn Texas li kienet tghid:
“Hawn
sitt golf clubs ghalik:
Hamsa
ghandhom swimming pool barra
u
wahda minnhom gewwa.”
Narawha
tad-dahk kif flok erba’ stikek tal-golf
tah
sitt centri tal-golf.
Izda
jekk niflu ftit kliem Kristu
nsibu
li wieghed mija fil-wiehed
ghal
kull haga tajba li naghmlu.
Mhux
bhal banek ta’ din id-dinja
li
jaghtu l-wahdiet fil-mija.
Il-Mulej
totalment bil-maqlub.
Kemm-il
darba naqtghu qalbna
u
nibdew naghmlu kalkoli
ghal
dak kollu li naghmlu mal-Mulej.
Ninsew
li jpattilna ghal mitt darba
kull
tazza ilma li naghtu
Ahseb u
ara hwejjeg ohra li ntuh mill-qalb.
Jixraq
li nafdaw f’idejH il-kontijiet ta’ hajjitna!
META TAQSAM IL-FERH
Zewg
irgiel, Bob u Tom, it-tnejn morda serjament, kienu pazjenti fl-istess
kamra ta’ sptar. Lil Bob
kienu jqajmuh bilqieghda ghal siegha kuljum biex inehhulu l-likwidu li
kien jingemaghlu fil-pulmun. Soddtu
kienet qrib l-unika tieqa tal-kamra.
Tom
kellu jghaddi s-sighat kollha zaqqu ’l fuq.
Kienu jghaddu l-hin jitkellmu dwar in-nisa taghhom, il-familji,
djarhom, xogholhom, fejn kienu qattghu l-lieva, fejn kienu marru vaganza...
u elf haga ohra.
Kull
meta kienu jqajmu lil Bob bilqieghda kien joqghod jirrakkonta x’qed jara
fil-ftuh ta’ quddiem it-tieqa. Tom
beda jghix ghal din is-siegha fejn id-dinja tieghu kienet tiehu lwien
godda u kollox jerga’ jsir xehda ta’ attivitajiet.
It-tieqa kienet taghti fuq gnien sabih.
Kien hemm ghadira mimlija papri bi tfal jilaghbu b’dghajjes zghar.
Il-mahbubin kienu jghaddu jippassiggaw id f’id qalb mixtliet ta’
ward ta’ kull ghamla u kulur. Hekk kif Bob kien ikun jiddeskrivi x-xena, Tom kien jaghlaq
ghajnejh u jara kollox fuq il-lizar tac-cinema ta’ mohhu.
F’xi
lejla sajfija Bob kien jiddeskrivi parata.
Ghad li Tom qatt ma rnexxielu jismaghha ghaddejja, seta’
jimmaginaha bid-dettalji kollha, grazzi ghat-talent deskrittiv ta’ Bob.
Gerrbu
l-jiem, il-gimghat u x-xhur. Ghodwa
wahda, waslet l-infermiera biex timmedikahom izda mal-ewwel intebhet li
Bob kien miet matul il-lejl. Iddispjacihom
ferm ghal dan il-karattru ferriehi u bdew ihejjuh biex jehduh
ghall-mistrieh etern.
X’hin
ghadda l-hin Tom talab li jiehu s-sodda ta’ Bob – ried joqghod qrib
it-tieqa – l-unika fetha fuq id-dinja ta’ barra minn kamra arida ta’
sptar. Ikkuntentawh u hallewh
hemm wahdu sakemm igibu pazjent iehor biex jimla l-vojt ta’ Bob.
Bi tbatija beda jiggebbed biex igawdi x-xena ta’ barra ...xena li
min jaf kemm-il darba raha fil-menti vividi tieghu. Beda jimbotta u jistinka biex jitla’ daqsxejn fuq minkbu ha
jara ...jara dak li sa issa kellu biss l-opportunità li jisma’ dwaru.
Izda ma
seta’ jilmah xejn ghajr hajt imkahhal lixx u mbajjad ...xejn
interessanti, arja mkien, ghosfor il-gnien, nixfet l-ghadira, dabu t-tfal
u d-dghajjes iz-zghar u n-namrati sfumaw fix-xejn. Ghall-mument hassu jithawwad.
Gie f’dubju jekk biddlulux il-kamra f’dawn il-ftit sighat li
fihom tilef il-kumpann tieghu.
Staqsa
lill-infermiera ghalfejn Bob kien jiddeskrivi xeni daqshekk sbieh meta ma
kien hemm xejn mit-tieqa ’l barra.
Ma setghetx tifhem il-mistoqsija ta’ Tom.
Izda wegbitu li Bob kien ghama u
zgur li anqas il-hajt ma kien jara. Kompliet:
“Forsi
kien jaghmel hekk biex iqawwilek qalbek!”
Il-vojt
ta’ siehbu beda jhossu akbar.
Sentenzi
relatati:
Hemm
ferh kbir meta tipprova tferrah lill-ohrajn, minkejja s-sitwazzjoni li
nkunu fiha.
Meta
naqsmu n-niket niddeviduh, meta naqsmu l-ferh nimmultiplikawh.
Jekk
trid tara kemm int sinjur, ghodd il-hwejjeg li ghandek u li ma jinxtrawx
bil-flus.
|