IL-HBIEB ISEJHU
Lulju 2004 | Harga Nru. 4
55
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Dari, hdejn bieb il-belt Valletta kien ikun hemm irgiel u nisa jitolbu l-karità.  Kien zmien meta f’pajjizna ma kienx hemm servizzi socjali u min kien ikun marid jew bla xoghol kien jispicca tallab.

U jghidu li darba wiehed minn dawn it-tallaba ressaq idejh quddiem ragel sinjur li kien diehel mghaggel lejn il-belt. Dan tah harsa kerha ghax ma riedx jitlef zmien izda minhabba n-nies l-ohra li kienu mieghu ma riedx jibqa’ ghaddej bla ma jaghtih xi haga. Dahhal idu fil-but, sab munita li kienu jghidulha tmintax irbieghi (xi 12-il centezmu tal-lum) u poggihielu b’sabta f’qiegh idu. U baqa’ sejjer bla kliem u bla sliem.

Tmintax irbieghi kienet munita li rari kienu jaqilghuha t-tallaba. Izda t-tallab ta’ l-istorja gera wara s-sinjur u qallu:

“Hawn sinjur. La ma tajthielix bil-qalb anqas irridha.”

U tefaghhielu fil-but tal-glekk waqt li mar lura f’postu jkompli jittallab.

Hux vera jew le ma nafx imma naf zgur li l-Mulej jaghmel bhat-tallab. Jekk dak li jsir ghalih u f’ismu ma jsirx bil-qalb, tieghu la jaghtik ferh u anqas ma jhalli f’qalbek sodisfazzjon.


MID-DJARJU TA’ DR A J CRONIN

Kont ili ftit xhur mhux hazin f’Tannachbrae. Nahdem minn sbih il-jum sa tard bil-lejl fil-klinika tat-tabib Cameron li kien ihaddimni. Kien ihallasni tajjeb barra li kont niekol u noqrod bla hlas. Ma stajtx ingerger.

Imma darba nqalghet okkazjoni u sirt naf li tista’ tistaghna malajr jekk taghtiha ghax-xiri ta’ shares. Thabbibt ma’ certu Mr McKellor u fuq il-parir tieghu xtrajt shares fil-kumpanija Roan Vleis. Mitt lira kollox imma din kienet tfisser xhur ta’ xoghol u snin biex tfaddalhom. Ridt nittanta xortija.

U bellec gietni tajba ghax fi ftit gimghat dawn ix-shares bdew tilghin ’il fuq u flusi kienu qed joktru. Saru mitejn u ftit wara telghu ghal tliet mija. U kienu ghadhom tilghin! Hassejtni bla sabar. Nistenna jisbah l-ghada biex nara kemm kont staghnejt izjed mill-bierah. U x-shares komplew tilghin ghax qalu li f’wahda mill-minjieri ta’ Roan Vleis kienu nstabu xi tracci tad-deheb.

Ghaddew xi jiem u qajmuni kmieni filghodu ghax il-familja Dallas, li kienet toqghod xi 20 mil boghod, kienu nfurmawni li riduni malajr. Tlaqt bilgri u mn’Alla ghax Elizabeth kienet tidher dghajfa hafna u zgur li riedet hafna ghajnuna biex twelled. Maghha kien hemm ommha. Dehret inkwetata ghax bintha Elizabeth kellha 40 sena u din kienet l-ewwel tarbija taghha.

Izda fl-ahhar welldet. Gmiel ta’ tarbija izda ntbaht li din kienet bla nifs. Imbaghad intebah kulhadd li kienet twieldet mejta. Izda  xi haga fija gaghlitni naghtiha nifs il-hajja ...nipprova u nerga’ nipprova donni ma ridtx nemmen li kienet mejta. U wara hafna tentattivi t-tarbija dehret tiehu n-nifs. Nifs dghajjef. Imma malajr issahhah. Tajthom lura tarbija hajja u b’sahhitha. Naf cert li kieku ma kontx hemm... jew ma kienx hemm xi tabib iehor ...din it-tarbija ma kienet qatt tara wicc ommha.

Hassejtni fis-seba’ sema. U anke d-Dallas. L-omm tibki bil-ferh u l-missier George jhaddanni mieghu u jirringrazzjani. Izda l-ferh kollu tarli meta wasalt Tannachbrae u sirt naf li x-shares tieghi kienu sfumaw. Fi ftit sighat tlift kollox ghax instab li fil-minjiera ma kienx hemm deheb imma biss faham. Il-fortuna tieghi kienet taret mar-rih.

Kont ser nibda neqred is-siegha u l-mument li mort ghand id-Dallas. Izda d-dehra ta’ dik il-familja ferhana nessietni t-telf kollu u f’qalbi raddejt hajt lill-professjoni tieghi ta’ tabib li kienet gabet tant ferh u sodisfazzjon. Ferh u sodisfazzjon li kienu wkoll f’qalbi minkejja li kont tlift flusi kollha. Kelli ferh li l-flus ma setghu qatt jixtru.

Kieku l-flus jaghmu n-nies kuntenti kieku s-sinjuri kont tarahom iktar ta’ spiss bi tbissima.


DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu …

UFF XI SHANA!!

Miz-zmien ir-Rivoluzzjoni Industrijali ’l hawn (dawn l-ahhar 250 sena) fejn beda jintuza hafna l-faham, instab li l-livell tal-carbon dioxide kullimkien tela’ xi ftit.  U l-effett fuq it-temperatura issa beda jinhass anke minn nies, mhux biss minn strumenti fini.

X’jigri jekk it-temperatura tibqa’ tiela’?  Effett serju hafna huwa li jibda jinhall is-silg polari; u b’inqas silg abjad x’jirrifletti s-shana iktar dan l-effett isir dejjem iktar mghaggel.  L-effett fuq il-kosta madwar id-dinja jkun dizastruz b’ibliet kbar hdejn l-ilma bhal New York, Londra u Bangkok jispiccaw mgharrqin.  Anke ghalina jekk il-livell tal-bahar jitla’ biss 50 metru Ghawdex jiehu dehra gdida!! (izghar).

U jekk it-temperatura titla’ hafna, il-pjaneta ma tkunx iktar tajba ghall-hajja.  Kemm din mhix xi bicca fantasija jidher mill-kaz tal-pjaneta Venus li veru hija kaz estrem b’atmosfera ta’ madwar 95% carbon dioxide, imma li t-temperatura fil-wicc taghha hija ta’ madwar 475°C!1

U issa fid-dinja taghna kif qed tissolva din il-problema tas-shana?  Billi jixeghlu fans jew air conditioners li jahdmu bl-energija elettrika li tigi (f’pajjizna) mill-hruq ta’ faham!

Intant, issa x’jista’ jsir forsi qabel ma ssir hsara irreparabbli fl-atmosfera?  Fuq skala mondjali jrid ikun hemm kontroll fil-popolazzjoni li f’dan l-ahhar snin qed tizdied espotenzjalment.  L-ahhar biljun zdied f’10 snin meta ta’ qabel zdied fi 80 sena.  Din probabli hija l-aktar parti importanti tas-soluzzjoni.

Iridu jinstabu u jintuzaw sorsi ohra ta’ energija apparti dik tal-faham u z-zejt, sorsi li x’hin jinharqu ma jipproducux l-carbon dioxide.

Sors ovvju huwa l-energija tax-xemx, almenu f’pajjizi bhal taghna bi klima xemxija.  L-uzi ta’ solar heaters, solar cookers u solar batteries (u karozzi) ghandu jnaqqas sew il-konsum tal-faham, imma sfortunatament dawn donnhom ghadhom ma qabdux f’pajjizna.

Imbaghad nistghu nzidu l-hdura (vegetarjana) f’pajjizna li barra li tant issebbah l-ambjent tant hija tajba ghas-sahha.  Irridu nhawlu iktar sigar indigeni u Mediterranji (ez harrub, zebbug, ballut, palm, sigar tal-frott ecc) inkluz dawk adattati ghall-ftuh tal-kosta (bruk), waqt li nibzghu u napprezzaw l-arbuxelli tal-kampanja, xaghri u widien.

Ta’ min jispera li b’pajjizna iktar ihaddar, it-tendenza ghan-nixfa tonqos u iktar shab jipprecipita xita fuqna (litteralment l-ilma tal-hajja – acqua vitae).  Mhux biss imma iktar ghasafar li jpassu jieqfu f’pajjizna u ahna b’iktar edukazzjoni u ospitalità minn qatt qabel inhalluhom jghixu bi kwiethom.  Sabih l-ideal!

U fuq skala personali hemm bzonn li kulhadd jigi konxju tal-problema; u ghalkemm wahdek ma tista’ taghmel xejn drammatiku, però tista’ taghmel l-isforz ckejken li titfi swicc jekk hemm xi dawl, fan jew air conditioner jixghel ghalxejn.

U tkun ukoll isserrah daqsxejn mohh l-awtur!

1 L-ambjent ta’ Venus – ta’ temperatura tant gholja, ta’ gassijiet velenuzi, u ta’ atmosfera sfiqa u mcajpra, tixbah hafna l-idea ta’ l-infern medjevali.


FORSI JINTERESSAWK

Irgulija

Il-President Amerikan Jefferson Davis xtaq iqabbad ufficcjal ta’ kalibru. Tawh l-ismijiet ta’ bosta nies ta’ hila. Il-President hassu mifxul imma ra li mal-lista l-iktar li spikka kien certu Whiting. Izda kien jaf li dan hu kritiku qawwi hafna tal-General Lee li kien l-id il-leminija tieghu. Ma riedx joffendi lil Lee u ghalhekk xtaq li qabel jiehu l-fehma tieghu:

“X’jidhirlek minn Whiting?"

“Ragel ta’ l-affari tieghu. Biezel u sincier.  Jaghtik servizz eccellenti.”

Xi hadd li sema’ t-tahdita gibed lill-general ghall-genb u qallu:

“Mela nsejt kemm kiteb kontra tieghek Whiting?”

“Le ma nsejtx imma l-President ma staqsinix x’kiteb fuqi imma jien x’nahseb fuqu.  U ghidtlu l-verità.”

Kellu ragun il-President meta qal:

“Lee mhux biss hu general tajjeb imma fuq kollox hu gentlom kbir.”


Iktar beza’ minn martu milli …

Mara ta’ haddiem f’cirku lemhitu jitbissem u jiccaccra ma’ tfajla u telqet tigri lejh ixxejjer umbrella.

Ir-ragel raha gejja, u harab lejn il-gagga ta’ ljuni... dahal u qafel minn gewwa, bl-iljun jhufu madwaru.

Martu resqet lejn il-hadid tal-gagga u bdiet tghajru:

“Ohrog minn hemm, bezzieghi... ohrog minn hemm!”


Korrezzjoni li jibqghu jiftakru

F’Kalifornja zewg zghazagh inqabdu jisirqu 4 galluni petrol. Il-Magistrat flok multa jew habs wahhalhom li ghal hmistax-il gurnata jaghmlu bil-mixi l-mili li l-karozza kienet taghmel b’dak il-petrol misruq.

Habat tajjeb li l-karozza kienet Amerikana u daqs xarabank... ghax kieku b’karozza moderna bhal taghna 4 galluni jfissru hafna izjed mili!


Fehem in-natura umana

Meta Napuljun kien qed jehodha qatta’ bla habel kontra l-Papa, inzerta darba f’rahal u haduh izur skola li kienet immexxija mis-sorijiet. Ried jara l-istatut ta’ l-iskola u sab li l-istudenti kienu obbligati li darbtejn fil-gimgha jattendu ghas-servizz religjuz.

Napuljun inkassa ‘darbtejn fil-gimgha’ u nizzel il-kelma ‘kuljum’. Xi hadd irrimarka:

“Sorpriza ghalina, eccellenza.”

“Studenta li ma tattendix servizz religjuz kuljum ma tasal qatt li tkun omm tajba u ’l quddiem flok ghajnuna lil pajjizna tkun ta’ piz.”


Id-determinazzjoni

Xi dilettanti tat-tixbit mal-muntanji stiednu lil Edmund Hillary jghidilhom xi haga dwar il-Himalayas specjalment dwar l-Everest li sa dakinhar kienet ghadha mhix mirbuha. 

Hillary innifsu kien gà pprova jitlaghha darbtejn izda ghalxejn. Meta kien qed ikellem lil dawn id-dilettanti qalilhom:

“Illum nghidilkom kif l-Everest rebhitilna. Imma jigi zmien meta nirrakkontalkom kif irbahnielha. Ghax l-Everest ma tistax tikber izjed imma ahna ghadna nistghu nikbru.”

U l-weghda zammha. Fid-29 ta’ Mejju 1953 Hillary u Sherpa Tenzing poggew il-bandiera ta’ pajjizhom fuq il-quccata taghha.


L-insara jistghu jkunu …

...dghajjes ta’ l-irmonk – jigbdu l-ohrajn

…dghajjes tal-qlugh – tajbin biss ghall-bnazzi

...cattri – iridu min jigbidhom.


Immutu meta nghixu ghalina nfusna…
nghixu meta mmutu ghalina nfusna.


AHBARIJIET TA’ INTERESS

IZZEWGU

Josef Said ta’ Triq it-Telegrafu lil Marla Saliba (Zebbug);
Silvana Azzopardi ta’ Triq il-Mithna l-Qadima lil Jimmy Saliba (Zebbug)
Sonia Said ta’ Pjazza Dun Martin lil Andrew Saliba(Zebbug);
Denise Attard ta’ Triq il-Qala lil Patrick Caruana (San Lawrenz).

Filwaqt li nixtiqulhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.


IL-LAQGHA TA’ GUNJU

Kienet l-ahhar laqgha qabel il-festa tal-patruni taghna San Pietru u San Pawl u ghalhekk il-laqgha ghamilha l-Arcipriet taghna Mons Salv Muscat.  Ghamlilna lezzjoni interessanti fuq kemm ghandna naghtu importanza lill-hajja spiritwali taghna.  Il-gibdiet tad-dinja u ta’ Alla huma kontra xulxin.  Fejn Alla jippriedka c-cahda taghna nfusna, id-dinja tghidlek biex takkwista kemm tista’ u tiddeverti bla ma toqghod tqis xejn.  Ghalhekk il-messagg ta’ Alla ma jintlaqax minn dawk li mohhhom biss f’li tghid id-dinja.  Hemm bzonn li nkunu aktar disposti biex nilqghu l-messagg ta’ Alla. Il-festi huma atti esterni ta’ l-imhabba u l-ammirazzjoni taghna lejn il-patruni. Il-festa tilhaq l-iskop taghha meta spiritwalment nersqu aktar lejn Alla.  Kristu stess hallielna hafna ghajnuniet biex insibu lil Alla fil-hajja taghna. Ghandna l-Bibbja, fejn insibu l-messagg dirett ta’ Alla ghalina, ghandna l-Ewkaristija fejn Gesù baqa’ maghna fl-ispeci tal-hobz u l-inbid u qabel miet tana wkoll lil ommu – lejha ghandna nersqu f’kull bzonn taghna.

Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters tad-drinks li qassamna.  Jean Pierre Saliba ta’ Triq ta’ Said tela’ fir-rigal.


IL-LAQGHA TA’ LULJU

Zmien il-vaganzi maghna. Ikollna hafna aktar hin hieles mill-bqija tas-sena. Hu z-zmien li fih naghmlu dak kollu li xtaqna ghamilna imma qajla sibna hin ghalih.  Ghalhekk, habib, ghamel proponiment li das-sajf ma titlifx laqgha li issa ilha ssir 38 sena. Il-laqgha li tmiss ser issir nhar is-Sibt 3 ta’ Lulju fit-8.15p.m.

Mela habib nistennewk. Ghid lil shabek jigu wkoll.

Is-SIBT 3 ta’ LULJU fit-8.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.


EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA

[Gesù qal:]

“Trekknux tezori ghalikom f’din id-dinja …
minflok ahznu tezori fid-dinja l-ohra ghaliex
qalbek tkun dejjem fejn hemm
it-tezor tieghek.” 

Nies primittivi qabdu bahri li kien heles
minn nawfragju, haduh ir-rahal taghhom,
poggewh fuq tron u bdew jismawh ta’ re.

Ftit ftit il-bahri beda jsir jaf id-destin tieghu.
Kienu ser ihalluh re ghal sena
imbaghad jehduh fuq gzira dezerta
u jhalluh hemm bhala offerta lill-allat.

Il-bahri fassal pjan.
Bhala re ordna
lill-mastrudaxxi jibnu vapur,
lill-bdiewa biex jaghmlu gnien fuq il-gzira,
u l-bennejja palazz.

Hija storja parabbola tal-hajja tan-nisrani.
Bhall-bahri ahna nafu x-xorti taghna.
U hemm bzonn b’ghaqal nippreparaw ghaliha.

Jien kemm jien lest ghal wara l-mewt?
Il-hajja hija vjagg lura d-dar.

Herman Melville


IZ-ZRING

Grupp ta’ zringijiet zghar fettlilhom jaghmlu kompetizzjoni... min minnhom kapaci jitla’ fuq il-quccata ta’ torri li kien hemm fil-qrib ta’ l-ghajn fejn kienu jghammru.

Numru imdaqqas ingabru madwar it-torri biex isegwu t-tigrija u jaghmlu l-kuragg lill-kompetituri.

It-tellieqa bdiet. Fil-fond ta’ qalbhom l-ebda zring ma kien jemmen li z-zringijiet iz-zghar kienu kapaci jtemmu l-isfida. Kien hemm min beda jghajjat:

“Tqila wisq” jew “Qatt m’intom ser taslu!” inkella “Hadd ma hu ser jirnexxilu.  It-torri gholi wisq.”

U z-zringijiet iz-zghar bdew jizzellqu. Wiehed, wiehed. Izda x’uhud dehru jisseqqru u jitilqghu. Imma l-migemgha kompliet tghajjat: “Difficli wisq!!  M’intomx ser taslu!!”

Bosta zringijiet zghar ghejjew u cedew l-armi. Izda wiehed baqa’ tiela’, tiela’, ‘il fuq, ‘il fuq. Ma kienx behsiebu jcedi.

Fl-ahhar kollha kienu abbandunaw it-tigrija minbarra dan iz-zring iz-zghir li wara sforz ahhari rnexxielu jiehu n-nifs minn fuq il-quccata.

Imbaghad kulhadd ried ikun jaf kif irnexxielu. Wiehed issogra jistaqsih.

Izda induna li r-rebbieh kien trux.

Tismax minn dawk li minn natura taghhom huma pessimisti u negattivi ghaliex jeqirdulek l-isbah holm u xewqat.

Zomm dejjem f’mohhok il-qawwa tal-kliem. Dak li tisma’ jew taqra ser jaffettwalek lil hajtek.

Ghalhekk, kun dejjem pozittiv u fuq kollox kun trux meta xi hadd jghidlek biex twarrab holmietek. Dejjem ahseb: Jien nasal.


Anedotti Parlamentari

Aktarx li fl-ebda Parlament ma jikbru fjuri imma f’hafna Parlamenti u fil-kurituri taghhom nibtu aneddoti li joholqu tbissima u forsi jhallu wkoll taghlima.

Rari Churchill gie mrekken imma f’din l-okkazjoni, l-avversarju politiku tieghu Lady Astor rekknitu wahda sew.  

Waqt seduta din is-sinjura bdiet titkellem fuq il-biedja u tat xebgha kritika lill-gvern ta’ Churchill.  Dan irrisponda hekk:

“Nahseb li Lady Astor ma taf assolutament xejn fuq il-biedja.  Nassumi li anqas taf kemm ghandu swaba l-majjal.”

“Nahseb li naf u int tista’ ssir taf ukoll jekk tinza’ z-zarbun u tghodd subghajk.”

Darba fil-Parlament Indjan, Nehru qal:

“Il-bicca art li qed incedu lic-Cina ma tiswa xejn ghax fiha ma tikber l-anqas haxixa hazina.”

U Mahavir Tyagi, membru anzjan, wiegeb:

“Anqas fuq rasi ma jista’ jikber xejn imma b’daqshekk ma nohlomx li ncedi rasi lill-ghadu!”

Il-membru tal-Kungress Amerikan Henry Fountain Ashurst ta’ Arizona kien qed jitkellem dwar l-istat li kien jirraprezenta u qal:

“L-istat tieghi jsir genna jekk kapaci nsibu l-ilma u nimlew iz-zona bi ftit eluf ta’ nies ta’ karattru.”

Senatur iehor, Boies Penrose wiegeb:

“Anke l-infern isir genna b’dak li trid int!”