+L-Iben t'Alla sar Bniedem - Lulju 2005 | Numru 467

L-EDITORJAL 

Waqt li Mrs Brown kienet qed tkellem migemgha, xi hadd tefghalha patata u laqatha. Mrs Brown gabritha u poggietha f'butha. Meta waslet id-dar fellet il-patata u zerghet il-bicciet. Sena wara kienet fl-istess post u kellha f'idejha basket tal-plastik zghir. F'hin minnhom qalet:

"Bhal daz-zmien sena kont hawn u xi hadd tefaghli patata. Nixtieq inkun naf min hu jekk din is-sena gie jismaghni bhalma gie s-sena l-ohra."

U ragel godli, li ma kien jibza' minn xejn u kellu qilla ghal kull mara li tipprova tiehu axxendent fuq l-irgiel, qam bilwieqfa u qalilha: "Jien kont u din is-sena gibt ohra u f'xi hin nerga' nitfaghhielek ghax jien nemmen li int postok id-dar u mhux tipprova tidhol fil-hajja politika fejn ma tifhimx!"

Il-mara tbissmet u qaltlu: "Mela la darba l-patata tas-sena l-ohra kienet tieghek x'hin tkun tista' ejja u igbor hwejgek!"

U dlonk uriet lin-nies il-kontenut tal-basket. Kien fih madwar 20 patata sabiha.

"Dawn kollha tieghek habib ghax jien zrajtha u gbarthom f'ismek!"

Din hi l-fibra ta' dawk li jkun twieldu biex isiru mexxejja. L-injam li titfghalhom biex tolqothom jaghmluhom sellum biex jitilghu fuq il-bejt tas-success.


ESPERJENZI LI JISTGHU JSERVU TA' LEHHA DAWL GHAL MATUL IT-TRIQ

F'belt imdaqqsa f'Texas kien hemm ragel li sikwit kien jintasab bilqieghda fuq tarag il-qorti jittallab ic-centezmi minn dawk li jkunu diehla u hierga u bil-loqom li jdahhal jiekol bukkun u jlegleg hafna u kulhadd jidhak jarah jizzegleg u jmil minn hajt ghall-iehor. Kienu laqqmuh il-Gvernatur Campbell ghax jghidu li kien jixbhu.

U ta' kultant jghaddu minn hdejh is-Salvation Army jigbruh u jehduh maghhom. Inaddfuh... lehja jqaxxrulu u jaghtuh tibdila gdida u tohrog l-ghajta: 'Il-Gvernatur Campbell ikkonverta.'

U ghal ftit gimghat ma kienx jintasab fuq turgien il-qorti izda jghaddi dritt, dritt minn quddiemu u jara n-nies iharsu u jitbissmu u jismaghhom jghidu:

'Ha naraw kemm ser idum hekk issa'.

U l-profezija taghhom issehh ftit wara. Jaraw lill-Gvernatur jerga' jittallab. Xuxtu terga' tithabbel. Hwejgu jiddensu u Campbell mill-gdid jerga' fis-sakra.

U din il-grajja tirrepeti ruhha bosta drabi.

Is-Salvation Army tiehdu maghha tikkonvertih ghal ftit u jerga' ghall-hajja ta' qabel.

U n-nies erhilha tlissen…

'Meta ser jifhmu li mal-Gvernatur ghalxejn jithabtu hela ta' zmien, hela ta' flus, hela ta' kliem ghax ma jhalluhx hemmhekk u jfittxu ohrajn li lesti jikkonvertu?'

U jghaddu minn hdejh u bit-tbissma jinbxuh u jghidulu:

'Ergajt waqajt Gvernatur Campbell' u jitfghulu ftit centezmi biex jerga' mill-gdid jixrobhom alkohol.

U forsi ftit fehmu li t-tbissima niggieza taghhom kienet ghal dan ir-ragel dghajjef imbuttatura ohra ghad-daghbien ta' qabel.

Tghid kien ikun ishah f'ridatu kieku ta' madwaru flok tbissima ta' zeblih gharfu jweznuh f'mixjietu?


DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu dwar…

IL-MIRJA

Fost il-hafna disinji ta' sizmografu (strument li jimmarka c-caqliq ta' l-art minn terremot) hemm dak delikat li parti centrali tieghu hija mera li tirrifletti ragg dawl irqiq li jaqa' fuq u jimmarka karta ddur bil-mod fuq romblu.

Ferm iktar trivjali huwa l-kalejdoskopju, kwazi gugarell, fejn sensiela ta' mirja f'tarf ta' tubu juru hafna immagni ta' disinji ta' oggetti kkuluriti ez bicciet tal-hgieg, u li bi ftit caqliq dawn l-immagni virtwali f'tant disinji kkumplikati jergghu jitbiddlu f'disinji ohra.

Kif tahdem mera?  Illum nafu li d-dawl huwa forma ta' energija elettromanjetika li jghaddi dritt (ma jdurx mal-kantunieri1 bhal per ezempju l-hoss) u ghalhekk id-dellijiet narawhom daqshekk definittivi.  Dan id-dawl jigi wkoll rifless lura meta jahbat ma' xi haga, fil-fatt ahna naraw bid-dawl rifless mill-oggetti li mbaghad jidhol f'ghajnejna.  U x'kulur narawha jiddependi mill-kuluri riflessi.  Ukoll id-dawl jobdi certi regoli ta' kif jigi rifless, per ezempju l-angolu tar-ragg dawl li jigi rifless huwa l-istess angolu li ghamel ir-ragg meta habat mal-haga, skoperta li ghamel l-Olandiz William Snel (1580 – 1626)2.

Issa peress li mera hija lixxa hafna (il-wicc taghha ma jvarjax aktar minn 0.0001cm) fiha saff irqiq ta' merkurju jew aluminium, din tirrifletti kwazi d-dawl kollu li jaqa' fuqha, li mbaghad jghaddi ghall-ghajnejn u finalment ghall-mohh in-naha ta' wara fejn tigi nterprata.  Izda l-mohh jibqa' bl-illuzjoni li d-dawl veru gej minn wara l-mera fejn minghalih hemm l-immagni. Però din l-immagni hija finta jew virtwali.  Li ma kienx hekk kieku jekk tpoggi 10 liri quddiem mera ssir 20 lira!

Hemm tipi differenti ta' mirja, xi whud konkavi (fit-tond bit-tondjatura 'l gew) juru immagni vera zghira li tista' tigi mkabbra (u ghalhekk teleskopju riflettiv).  Mirja ohra konvessi (bit-tondjatura 'l barra) juru xeni virtwali relattivament kbar.  Dawn jintuzaw fil-karozzi.

U fl-ahhar daqsxejn ta' esperiment fil-hsieb3.  Suppost li fl-ispazju madwar 40 miljun lightyear4 boghod hemm pjaneta li tirrifletti hafna d-dawl li jaqa' fuqha (fi kliem iehor mera kbira).  Suppost li tirrifletti dawl mid-dinja u li ahna ghandna teleskopju qawwi bizzejjed li jaqbad dan id-dawl rifless, dawl li dam 40 miljun sena biex wasal hemm u 40 miljun sena biex gie lura.  X'naraw?  L-astronomi ma jarawx wicchom, fil-fatt jaraw id-dinosawri minn 80 miljun sena ilu!

Intant id-darba li gejja li thares lejn mera, (u mhux qed nghidlek hekk b'xi insult!) irrifletti daqsxejn fuq ir-riflessjonijiet, involuti, fuq il-mekkanizmu ta' l-ghajnejn, fuq in-naha ta' wara tal-mohh, li m'intix vampir, u forsi fuq l-imsejken Narcissus.

1 Ta' l-inqas fuq skala makroskopika tal-hajja ta' kuljum, ghax fuq skala zghira d-dawl kapaci jdur daqsxejn mal-kantunieri, fenomenu msejjah 'difrazzjoni'.

2 Snel studja wkoll kif jghaddi d-dawl mill gol-hgieg, ilma u lentijiet, studju li sar qabel (u ferm inqas preciz minn Ptolemu (m75-?) kif ukoll iktar tard (u iktar preciz) minn Renè Descartes (1596 – 1660).

3 Fix-xjenza dawn it-tip ta' esperimenti ghandhom ukoll daqsxejn post.  Fost l-ezempji famuzi nsibu l-'lift ta' Einstein' u l-'qattus ta' Schrodinger'.

4 Lightyear hija d-distanza li jimxi d-dawl f'sena u li tammonta ghal 9,460,000 miljun km (id-dawl jimxi 300,000 km fis-sekonda).


FORSI JINTERESSAWK

Gesù Ewkaristija

Dun Ang Seychell jirrakkonta grajja ta' zmien il-gwerra:

Kappillan kattoliku zar is-suldati qabel glieda qalila u qarar lil dawk li xtaqu jqerru.  Hafna xtaqu jitqarbnu izda dawk li kienu kielu xi haga ma setghux. Il-kappillan ftiehem ma' suldat minnhom, li kien djaknu u baqaghlu ftit xhur biex iqaddes, biex l-ghada jqarben lil shabu kmieni filghodu.  Halla s-sagrament fit-trinka u matul il-lejl is-suldati qaghdu tnejn tnejn ghassa tas-sagrament u fl-istess hin jaduraw lill-Mulej.  Kien hemm suldati ohra li nghaqdu f'din l-adorazzjoni matul il-lejl.  Esperjenza li, dawk li baqghu hajjin, baqghu jirrakkontaw tul hajjithom.


Deskrizzjoni ezatta

Tifel Afrikan kien qed jaghmel tour fl-Ewropa u ra ghall-ewwel darba pjanu u semghu jindaqq.  Lill-ghalliem tieghu ta' l-iskola kitibu hekk:

'Illum rajt annimal li ahna fl-Afrika m'ghandniex bhalu.  Imissulu s-snien u ma jigdimx ...anzi jkanta sabih.  U ghad li ma huwiex marbut anqas jitharrek.  Imma mhux mejjet ghax kieku mejjet ma jkantax.'


L-inkwiet jixbah lil ragel fuq siggu li jitbandal.  Minkejja t-tbandil jibqa' dejjem fl-istess post.


Fidi

Is-sultan baghat ghal xi qassisin u qalilhom:

"Irrid nara lil Alla u jekk ma narahx noqtolkom!"

Il-qassisin twerwru imma wiehed minnhom qallu:

"Imxi mieghi ja sidi u nurihulek."

U hadu mieghu fuq is-setah u qallu biex ihares lejn ix-xemx tisreg f'sema kahlani.

"Ma nistax inhares lejn ix-xemx ghax qed taghmini."

"Jekk anqas ghandek hila thares lejn is-seftur kif tippretendi li thares lejn is-Sinjur?"

Is-sultan dakinhar fehem il-limitazzjonijiet tieghu.


Kulhadd mera tieghek

Kienu ghaddejjin flimkien tliet irgiel... wiehed alkoholiku, iehor ghazzien u iehor halliel prim, meta raw ragel mitluq ma' l-art.

Qal l-alkoholiku:

"Dan xorob xi erba' grokkijiet zejda... arah mejjet fis-sakra!"

"U hallina minnek," wiegeb il-halliel. "Dak inqabad jisraq u tawh ix-xebgha ta' hajtu!"

"La fis-sakra u anqas inqabad jisraq. Dak jitlob li ma titlax ix-xemx. Rieqed raqda nobis."

Imma fil-pront ghadda minn hemm samaritan tajjeb li waqaf hdejh, raw li hu ghaxi bil-guh, rejqu mill-ikel li kellu fil-barzakka u rah jistejqer u jiehu r-ruh.

Il-qawl jghid: 'Kulhadd ifassal fuq persuntu.'


Min jinghalaq fih innifsu jaghmel pakkett zghir hafna.


AHBARIJIET TA' INTERESS

IZZEWGU

Karen Falzon ta' Triq San Blas lil Noel Muscat (Xaghra).

Filwaqt li nawgurawlhom hajja mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbhom, infakkruhom fl-importanza li jsibu hin biex jitolbu flimkien kuljum ghax il-familja li titlob flimkien tibqa' flimkien.

IL-LAQGHA TA' GUNJU

Saret fit-tieni Sibt peress li nhar l-ewwel Sibt in-Nadur kien hawn xi attivitajiet marbuta mal-25 konvenzjoni internazzjonali dwar il-karnival.  Il-laqgha ghamilha sehibna Leli Attard li kellemna dwar l-imhabba kbira ta' Gesù lejna.  Matul hajtu Gesù donnu ma setax jara t-tbatija u jibqa' ghaddej.  Kien jieqaf u jghin.  Kien jieqaf u jsabbar.  Kienet jieqaf u jfarrag.  U hekk ghadu llum.  L-istess qalb ta' dakinhar hi l-qalb ta' Gesù llum lesta dejjem li tghinna, issabbarna u tfarragna.  Jalla nsibu ftit hin kuljum u nkellmu lil din il-qalb hanina.  Niftakru fil-kliem li qalilna Gesù meta kien fostna: 'Ejjew ghandi intom imtaqqlin u mghobbijin u jien inserrahkom."

Tajna lill-prezenti domna sabiha u santa b'talba.  Tellajna rigal sabih li mess lil Pierre Vella ta' Triq San Blas.  Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li tajna lil dawk li attendew.  Wara l-laqgha hadna gost nilaghbu loghba fuq il-pitch ta' l-aritificial turf.


IL-LAQGHA TA' LULJU

Ser issir fit-tieni Sibt ta' Lulju – 9 tax-xahar fit-8.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.

Ser ikellimna l-qassis novell Fr Peter Paul Sammut u xieraq li jkunu numeruzi dawk iz-zghazagh li jigu ghal din il-laqgha.

Wara l-laqgha, bhas-soltu, ser isir il-loghob tal-football fuq il-pitch ta' l-artificial turf.  Jekk tixtieq tilghab ejja u ibqa' cert li ssib postok ma' xi tim.

Nistennewkom.


AD MULTOS ANNOS

Nifirhu lil Fr Peter Paul Sammut li rcieva s-sagrament ta' l-Ordni Sagri nhar l-24 ta' Gunju u ccelebra l-Ewwel Quddiesa Solenni tieghu nhar is-Sibt 2 ta' Lulju.

Nawgurawlu hidma sfiqa fl-ghalqa tal-Mulej u nweghduh it-talb taghna.


HSIEB

Is-Sajf hu zmien il-bahar izda ma nhallux kollox imur il-bahar.


EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA 2

[Darba Gesù stieden zaghzugh
ibiegh gidu u jmur warajh:]
"Sewwed qalbu ghal dan il-kliem
u telaq imnikket
ghax kellu hafna gid."

Tifel peruvjan sab perla imprezzabbli.
'Daqshekk inkwiet,' qal bejnu u bejn ruhu.
'Inbieghha u ma jkollix ghalfejn nahdem.'
Izda meta pprova jbieghha
x-xerrejja gerrxuh.

Wara gie attakkat hafna drabi.
Sar jaf li x-xerrejja
riedu jisirquh
– kienu lesti li joqtluh.

Kellu jaghzel
bejn il-perla ...u hajtu.

Meta kien jaf li x-xerrejja qed jarawh
resaq lejn l-irdum,
hareg il-perla,
u waddabha minn dak il-gholi.

L-azzjoni tat-tifel
tmur kontra dak li qrajna fil-vers evageliku.
Tistedinna nistaqsu:
'X'effett ghandhom fuqi l-oggetti tieghi?"

Meta titlef gidek, ma tlift xejn.
Meta titlef sahhtek, tlift xi haga.
Meta titlef il-karattru, tlift kollox.


REV DR MICHAEL GALEA PhD ikompli fis-sensiela dwar il-Psikologija:

2. L-arti ta' l-Addattament.

L-Addattament. Kelma twila u komplikata. Imma fil-fatt mhix. Hi haga li verament tajjeb li jkollok, li importanti tkun taf dwarha...

Tfisser li tipprova tidhol fil-kumpanija ta' dawk li tinzerta tkun maghhom, anke jekk xi ftit jew wisq stranjieri ghalik, li tipprova ssib postok f'cirkustanzi godda jew mhux komuni ghalik. Nikbru u ninbidlu, u maghna jinbidlu c-cirkustanzi, hbieb, xewqat, ecc. Kull meta l-ambjent jinbidel, kull meta nimxu pass iehor gdid f'hajjitna, ikollna bzonn l-addattament. Inkella jigri li ma naccettawx il-bidla li tkun saritilna f'hajjitna, nispiccaw ma niffittjawx, niddejqu, indejqu lill-ohrajn, nigu frustrati, ninghalqu fina nfusna, u naharbu mill-hajja.

Ghal bidu, dan l-addattament hu spiss u iktar facli. Min-natura umana, ahna mahluqin reziljenti u kapaci naddattaw ghal ambjenti godda u cirkustanzi differenti. Ovvjament, ghalkemm it-trabi huma reziljenti, certu tibdil mir-rutina tas-soltu xorta jista' jkun stressanti, u ghalhekk mhux dejjem hu pozittiv u tajjeb. Però xorta jibqa' il-fatt li t-trabi u t-tfal huma ferm iktar flessibbli u kapaci jaddattaw mill-kbar. Dan hu frott il-mod specjali li ahna mahluqin bih, biex inkunu kapaci nevolvu, nghixu ahjar, insalvaw, u nimxu 'l quddiem.

Per
ò iktar ma nikbru fil-hajja, iktar insibuha difficli naddattaw. Iktar nibdew nippreferu r-rutini tas-soltu. Iktar insibuha difficli nibdlu anke semplici modi hfief tal-hajja, minn semplicement dieta u certi ritwali komdi ghal ovvjament strategiji iktar iebsa, bhal ezercizzju fiziku kuljum, dixxiplina fuqna nfusna, ecc

Ovvjament, l-addattament mhux kollu tajjeb. Hadd mhu jitolbok taddatta ghal rutini hziena, ghal hajja ta' xalar u ikel bla razan ecc. Il-punt hu li ghalkemm int zzomm l-identità u l-individwalità tieghek, tipprova taccetta u taddatta ghal mod ta' hajja fejn ikun facli ghalik tghix ma' haddiehor, u fejn haddiehor ikun jista' jghix mieghek.

L-ad
dattament hu partikolarment importanti meta nies minn kultura ohra jithalltu ma' ohrajn li gejjin minn kultura differenti. Forsi tahseb li dan mhux importanti u facli, qisu mhu xejn. L-addattament ma jidholx biss fil-lingwa, kif persuna ssellem u titkellem ma' persuna ohra ta' kultura differenti biss. Mhix l-ewwel darba li ssib li gesti fizici f'kultura huma l-oppost f'kultura ohra. Per ezempju, fil-kultura taghna meta qed titkellem ma' xi hadd, tajjeb li zzomm kuntatt dirett bl-ghajnejn, anke jekk mhux il-hin kollu. Però, ghal persuna mill-Gappun, kuntatt dirett bl-ghajnejn hu pastazata kbira. Immagina allura tiltaqa' ma' xi turista Gappuniza li ssaqsik xi haga bl-Ingliz u int tinnotaha mhix thares lejk! X'tahseb? Forsi tahsibha trid tghaddik biz-zmien, jew hemm xi haga tac-cajt fik, jew m'intix importanti bizzejjed ghaliha...!

Niftakar meta kont il-Kenja, darba l-katekista laqqaghni ma' omm xiha ghakka, u meta fissrilha bil-lingwa tribali tal-Kikuju li jien gejt minn eluf ta' mili boghod biex nahdem fil-parrocca taghhom, hi bezqitli. L-ewwel atteggjament tieghi kien skantament, rabja u stmerrija, kollha f'daqqa wahda. Imma dlonk il-katekista qalli: 'No father, that's the way our elderly manifest their deep respect and greetings to their pastors! Spitting is their way to bless you from their deepest being...!' Ghalkemm niftakar li kont ghamilt
hielu cara li hadtu l-messagg, u ma kienx hemm bzonn li jlaqqaghni ma' xjuh ohra, (u bejnietna imn'Alla kien hemm hu li fissirli dak il-gest!), imma tghallimt kemm hu importanti li naghraf li nitghallem ir-riti ta' kulturi differenti biex naddatta ahjar ghalihom.

Ghalkemm gieli ssib
lil xi whud li ma jridu jaddattaw qatt u ghal hadd u xejn, u jispiccaw igergru u jeqirdu dejjem, u jippretendu li haddiehor ghandu dejjem jinzel ghalihom, il-hajja ma tistax timxi hekk. Veru li l-addattament jitlob ftit ta' l-isforz. Però kemm jiswa dak l-isforz hdejn il-paci u l-ferh li johloq fil-hajja!

______________________________________