
| Lulju 2006 - Harga Nru
479 + L-Iben t'Alla sar Bniedem L-Editorjal
Izda fil-palazz kien hemm ufficjal li ried jistaghna bil-generozità tas-sultan. Beda jaghmilha iebsa ghall-bdiewa li jidhlu jkellmu lir-re ghax kien jghidilhom …
"...illum ma jiflahx." Il-bdiewa ntebhu li biex jaslu sa hdejn is-sultan ried jxahhmu lil dan l-ufficjal u ghalhekk bdew jaqsmu mieghu nofs il-premju li jircievu. Darba, gie bidwi bi xkora dulliegh u bettiegh u s-sultan tghidx kemm staghgeb bir-riha tfuh u iktar bit-toghma bnina ta' din il-frott li kienet bikrija.
"Xi trid bhala rigal
habib?" staqsa s-sultan.
Is-sultan tbissem. L-ufficjal tas-sultan spicca bla xoghol ghax nesa li l-onestà hi l-ahjar triq. KUCCARINA GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA
Ghalina Betty Hutton
Izda t-trobbija taghha
Zbaljat bi shih U
darba waqt li kienet fuq sodditha
Ghamlet kuragg u sellmitlu U
bdiet ghal Betty it-triq lura
Illum Betty Hutton ma jafuhiex Dr Coronato Grech M.D. ikompli l-artiklu li beda fil-harga ta' Gunju XI SKOPERTI LI SARU B'LAPES U KARTA
Fil-1916, Karl Schwarchild (1873 – 1916) ikkalkola ir-radius li minnu 'l gewwa xejn ma jista' jiskappa. Fil-1971 kien hemm l-ewwel xhieda, minn osservazzjonijiet indiretti, li dawn l-oggetti, li ssemmew black holes, tassew jezistu. F'dak iz-zmien ukoll Stephen Hawking (1942 - ) kien ikkalkola li l-black holes jistghu jevaporaw u li jistghu jezistu mini black holes, imma dawn l-ahhar suggerimenti teoritici ghadhom ma gewx ivverifikati. John Couch Adams (1819 – 92) u Urbaine Leverriere (1811 – 77) kwazi fl-istess zmien, madwar 1843, hadmu kalkolazzjonijiet li kienu juru li hemm pjaneta ohra lil hemm minn Uranus, l-iktar pjaneta mbieghda sa dak iz-zmien. Instabiet fil-1846 u ssemmiet Neptune1. L-Iskocciz James Clark Maxwell (1831 – 79) fil-1865 wera li hemm konnessjoni diretta bejn l-elettricità u l-manjetizmu u li d-awl huwa fenomenu ta' mewgiet elettromanjetici. Dawn instabu mill-Germaniz Heinrich Hertz fil-1888. Bl-istess metodu ta' karta u lapes. Maxwell kien ukoll sab li c-crieki tal-pjaneta Saturn huma maghmula minn particelli u mhux solidi, kif ukoll li molekoli f'gass huma f'moviment kontinwu relatat mat-temperatura. Albert Einstein (1879 – 1955) fil-1905 hareg kalkolazzjonijiet teoretici fuq l-ispazju, iz-zmien, il-velocità u r-relazzjoni ta' bejniethom, teorija li llum hija maghrufa bhala 'it-teorija specjali tar-relattività'. Hafna mit-tbassir tieghu, per ezempju li z-zmien jghaddi b'rati differenti, gew ivverifikati. Però darba Einstein ukoll b'lapes u karta waqqaf l-espansjoni ta' l-univers ghax ma ghogbitux. Meta snin wara l-Amerikan Edwin Hubble sab li l-univers tassew qed jespandi, Einstein kien qal li dak kien l-ikbar zball ta' hajtu2. Paul Dirac (1902 – 84) fil-1930, minn kunsiderazzjonijiet teoretici, irrealizza li barra l-particelli tal-materja (protons, neutrons, electons ecc) irid ikun hemm il-particelli opposti, dawk ta' l-antimaterja, (l-anti-proton, l-anti-neutron, l-anti-electron ecc). Iktar tard dawn kollha gew ivverifikati. Subrahmanjan Chandrasekhar (1910 - ) li darba meta kien qed jivjagga minn pajjizu l-Indja ghall-Ingilterra ghamel kalkulazzjonijiet fejn sab li certi kwiekeb imsejha white dwarfs ma setax ikollhom massa iktar minn 1.5 daqs dik tax-xemx. Din kienet holqa ohra fl-istudju ta' l-evoluzzjoni tal-kwiekeb u sal-lum ma nstabet ebda white dwarf li hija iktar mil-limitu li ghamlilha Chandrasekhar permezz ta' lapes u karta. Hendrick Christian van der Hulst (1918 - ) li fil-1944, waqt l-okkupazzjoni Nazista ta' pajjizu l-Olanda, qaghad ihazzez fuq l-agir ta' l-idrogenu tas-shab interstellari. Fil-1951 instabet ir-radjazzjoni preciza (it-21 cm microwave radiation) li ghadha tintuza hafna fir-radju-astonomija. Wolfgang Puli (1900 – 58) li minn konsiderazzjonijiet teoritici jaghmlu reazzjonijiet particelli subatomici, fil-1931, kiteb li jrid ikun hemm particella zghira newtrali li iktar tard (fil-1956) instabet u ssemmiet (minn Enrico Fermi, fizicista famuz iehor) in-neutrino. 1 Interessanti ghalina li qamar ta' Neptune, li ssemma Triton kien instab minn Malta mill-astonomu Ngliz William Lassell (1799 – 1890). Dak iz-zmien Malta kienet hafna ahjar ghall-osservazzjonijiet astronomici. 2 U forsi ma kien zball xejn wara kollox. Fil-prezent qed tingabar xhieda li l-univers qed izid fir-rata ta' l-espansjoni, xi haga li trid dak il-fattur matematiku li Einstein kien ivvinta u mbaghad warrab. (Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta' Awissu) FORSI JINTERESSAWK S ghal success... u sagrificcju Santa Clare Swimming Club fl-Istati Uniti tipprepara lit-tfajliet ghall-olimpjadi – sezzjoni ghawm. U dan hu l-programm ghat-tfajliet li jixtiequ jsiru membri:
Qawmien fil-5.30 ta'
filghodu Mijiet ta' tfajliet jidhlu f'din l-iskola bit-tama li ftit wahdiet minnhom jintghazlu ghat-tim olimpiku. Mhux jahasra li ahna nistinkaw daqshom biex nakkwistaw premju etern. Mill-ftit ghall-hafna Il-pont Melrose jghaqqad l-Istati Uniti mal-Kanada fuq in-Niagara. Jghidu li l-inginier li bnieh fl-1848 baghat l-ewwel spaga minn naha ghall-ohra permezz ta' tajra. Ma' l-ispaga mbaghad ghaqqad habel irqiq. Ma' dan wiehed ftit ehxen. U mbaghad wiehed ehxen sakemm kellu l-ewwel cable. U minn hemm beda x-xoghol ta' cable wara cable. Bidu zghir permezz ta' hajta. Imma hajta li saret cable ohxon. Kultant azzjoni zghira ta' mhabba lejn min hu batut tbiddel hajja ta' bniedem. Mhux kollha f'keffa wahda Amerikan mizzewweg Ghawdxija kellu l-omm il-mara qed tqatta' vaganza fl-Istati Uniti. Kienet tghix mieghu. Uliedu tghidx kemm kienu jhobbuha. Izda l-vaganza ghadditilha malajr u kellha tibda tahseb biex terga' lura lejn Ghawdex. Talabha ttawwal ftit iehor imma l-viza ma kinitx tippermetti. Kiteb ghalhekk lill-awtoritajiet Amerikani biex itawlulha ftit iz-zmien u rcieva din ir-risposta. 'Ragel li jitlob biex itawwal iz-zmien lil omm il-mara biex tibqa' tghix mieghu jkun veru ltaqa' ma' kunjata stupenda u mara bhal din ikun zgur haqqha li tibqa' ftit iehor fostna!' Sewwa tkun ippreparat imma… John Hylan ghamel zmien sindku ta' New York. Naturalment kien ikollu hafna okkazjonijiet fejn jippresiedi cerimonji u ikliet u kull darba kien ikun mitlub jaghmel xi forma ta' diskors. Hafna minn dawn id-diskorsi kienu jinkitbu mill-iskrivani tieghu u hu kemm jaqrahom. F'okkazjoni minnhom kien qed jaqra hekk: "...U bhalissa tigi f'mohhi l-istorja tat-tabib…." U tant kienet storja tajba li John Hylan beda jidhak u jidhak u ma setax ikompli jaqra. Id-diskors kellu jkompli jaqrah haddiehor. Qatt iktar Hylan ma qara diskors f'cerimonja simili bla ma jkun flieh qabel. Darba meta Gandhi kien fi triqtu lejn il-Parlament Ingliz, xi studenti offrewlu fuljett li kien mimli kliem iebes kontra l-Indja. Gandhi ha l-fuljett, silet minnu l-istapler li kienet izzomm il-pagni ma' xulxin, qatta' l-karti u qalilhom: "Ser inzomm l-unika haga li fiha valur!" AHBARIJIET TA' INTERESS IZZEWGU
Michael Debono ta' Triq
San Blas lil Anita Buttigieg (Xewkija); Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb. Il-familja li titlob flimkien, tibqa' flimkien. IL-LAQGHA TA' GUNJU Gunju huwa x-xahar tradizzjonalment iddedikat lill-Qalb ta' Gesù. Ghad li din id-devozzjoni ghandha storja ta' mijiet ta' snin kien fl-ahhar mitt sena li nghatat spinta 'l quddiem. Fr Matthew Crawley ha d-dehra ta' Santa Maria Margerita Alacoque bhala l-missjoni ta' hajtu – fil-bidu tas-seklu ghoxrin – meta tfejjaq minn marda li kellha ttemmlu hajtu fi ftit zmien. Illum, sfortunatament, hawn min jipprova jissemma billi jattakka l-figura ta' Kristu. Il-ferment li nqala' f'dawn l-ahhar gimghat bil-film Da Vinci Code huwa xhieda ta' dan. Izda min jghid li jammira lil Kristu bhala persunagg kbir izda mhux bhala Alla jkun igiddeb lilu nnifsu. La kien bniedem kbir, zgur li ma kienx giddieb. U safrattant Gesù accetta qima ta' Alla. Meta San Pietru qallu li hu l-Kristu l-Iben ta' Alla l-haj fahhru li kien il-Missier stess li nebbhu b'dan. Altru li kien konsistenti Gesù bhala Alla fil-mirakli li wettaq f'ismu stess. Anke l-profeziji li ghamel sehhew. Izda l-kritika li ssir ma ghandhiex taqtghalna qalbna. Hadd ma jsawwat ziemel mejjet. Sinjal car li huwa divin biex wara elfejn sena ghadna narawh meqjus haj anke minn min ma jipprofissax ir-religjon li halla. Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. Joseph Camilleri ta' Triq l-Isqof Buttigieg tela' fil-ktieb u l-key chain fl-ahhar tal-laqgha. STEDINA ghal-laqgha ta' nhar is-Sibt 1 ta' Lulju fit-8.15p.m. Ser ikellimna Mons Karm Refalo – Arcipriet tax-Xaghra – li ma setax jigi ghal-laqgha ta' Gunju minhabba mpennji djocesani. Habib tinsiex tigi u fakkar lil shabek jigu wkoll. Sad-9.00p.m. inkunu lesti u wara jkun hemm partita bejn dawk prezenti. Mela habib tinsiex ...nhar is-Sibt 1 ta' Lulju fit-8.15p.m. Tiehu gost u jsirlek il-gid. PROSIT TASSEW Nifirhu minn qalbna lin-Nadur Youngsters – kumitat, players u coach ghar-rebh tal-kampjonat – it-8 wiehed fl-istorja glorjuza ta' dan il-club. Dan l-istagun id-dirigenti tal-club ghamlu ghazla favur it-talent lokali ghax fit-tim kien hemm hafna players li telghu minn nursery tal-club u taw wirjiet stupendi tul l-istagun kollu. Kien kampjonat missielet u baqa' incert sa l-ahhar tisfira tar-referee fil-partita krucjali kontra Kercem. Bl-iskor 2-2, goal minn naha ta' Kercem kien ifisser telf ta' kampjonat. Imma l-Youngsters irrezistew u kisbu l-punt li riedu. Nifirhu wkoll lill-player Mario Bonello li ddecieda li jieqaf mil-loghob kompetittiv. Mario ghandu warajh karriera brillanti li fiha barra hafna kampjonati u tazzi ohra rebah ukoll il-Footballer of the Year. F'isem in-Nadur kollu nirringrazzjawh tas-servizz twil u bi grinta sportiva li ta lill-club. EKU BIBBLIKU FI ZMIENNA "U malli temm Geremija jghid kulma kkmandah il-Mulej biex jghid lill-poplu kollu qabduh il-qassisin u l-profeti u l-poplu kollu u bdew jghajtu: 'Ghandek tmut!'." {Ger 26:8} Il-professur
Samuel Langley L-istejjer
ta' Langley u Geremija
Safejn kien jasal Mosè HARRY TRUMAN Tidher ghat-tfal izda jekk tahseb fuqha tghodd aktar ghall-kbar... IL-HABIB TAS-SAHHARIs-sahhar ic-ckejken kien dejjem ferhan u b'burdata tajba. Izda f'dawn l-ahhar zminijiet kien qed jinhakem minn mewgiet ta' swied il-qalb u hsibijiet mimlija shab tqil. It-tuffieh qed isir, kien jahseb bejnu u bejn ruhu, izda ma ghandix ma' min naqsam il-benna ta' tuffieha sabiha. Il-faqqiegh qed jikber fil-bosk izda ma ghandi lil hadd ma' min nista' noqghod nigborhom biex naghmlu pizza tajba. U ma' kull nifs li jiehu kien joqghod ihammem kemm kienet tkun haga sabiha li kieku kellu habib. Jum minnhom ghadda minn hdejh tfajjel. Is-sahhar ic-ckejken hareg mid-dwejra tieghu tal-bosk u staqsieh: "Trid issir habib tieghi?" "Digà ghandi habib, jismu Marione," wiegbu xott xott u baqa' sejjer fi triqtu. Ghalhek is-sahhar mar ifittex lill-fenek tal-liebru u offrielu: "Trid issir habib tieghi?" Izda l-fenek qaghad iharrek rasu biex jurih il-'le' tieghu u waqqa' widnejh. L-istess ghamlu il-moghza, il-hmar u dak li jaqta' z-zkuk. "Aghar ghalikom," haseb is-sahhar. "Jien nista' naghmel habib b'tixjira tal-bakketta magika." Tela' fuq blata gholja, tleflef fil-mantell ikhal imtektek bi stilel dehbiena, xejjer il-bakketta u lissen formula magika. Imbaghad ghalaq ghajnejh, ghaliex xtaq li anke ghalih tkun sorpriza, u meta fetahhom, hemm hdejh, ezatt ma' saqajh jara kokka zghira. "Mela int?" staqsa mibluh is-sahhar ic-ckejken. "Immaginajt lil xi habib ikbar." "Habib ma tistax taghmlu b'daqqa ta' bakketta magika," wegbitu l-kokka, filwaqt li fethet u ghalqet ghajnejha kbar. "Habib, trid tkun tixraqlu u tahdem biex takkwistah. Ftit jimporta jekk ikunx kbir jew zghir." Ghalhekk is-sahhar ic-ckejken beda jaghmel li jista' biex tkun tixraqlu l-hbiberija tal-kokka. Kienu jkantaw flimkien, jilaghbu flimkien u s-sahhar kien jehodha ghall-passiggati rpozata fuq spalltu. Meta fl-ahhar intebhu li kienu saru hbieb tal-qalb ghamlu skoperta li ferhithom it-tnejn. Izda darba, waqt mawra fil-bosk, iltaqghu ma' cirku ta' ballut xih. "Hares 'l hemm," qaltlu ferhana l-kokka filwaqt li wrietu toqba li kien hemm f'zokk centenarju. "Dik irrid naghmilha d-dar tieghi!" "Izda," oggezzjona s-sahhar, "int ma tistax thallini hekk. Int il-habiba tieghi." "Iva," wegbitu l-kokka li kienet digà dahlet fit-toqba. "Imma jien kokka u kolla suppost li tghix go zokk. Minn dejjem hekk kien. Jekk joghgbok, aghtini l-permess! Inkun ferhana. U min ihobb tassew lil habibu, irid jghinu jsib il-ferh!" "Min ihobb tassew lil habibu irid jghinu jsib il-ferh," tenna kajman is-sahhar. U hekk baqghu hbieb ghal dejjem. |