![]() +L-Iben t'Alla sar Bniedem Lulju 2007 numru 491
Dale Carnegie kien raġel fqir Skoċċiż meta
rifes l-Amerika. Stinka u ħadem bi sħiħ u spiċċa wieħed mill-ikbar
miljunarji Amerikani. Miegħu kellu jaħdmu għexieren ta’ “Għalija kull wieħed minn dawk il-miljunarji hu biċċa deheb. Bħalma biex tikseb biċċa deheb trid tinżel eluf ta’ metri taħt l-art u ttella’ mijiet ta’ kilogrammi f’ġebel li ma jiswa xejn sakemm minnhom tagħżel id-deheb hekk nagħmel jien minn nies ta’ madwari. Dawk inżilt għalihom fil-fond u neħħejt minnhom il-ġebel li ma kienu jiswew xejn. Issa saru deheb u nkun iblah narmihom biex jeħodhom ħaddieħor meta kont jien li nżilt fil-fond għalihom.” U kompla Dale: “U ngħidilkom li anki madwarkom hemm ħafna minn dan id-deheb imma n-nies jaraw fihom ġebel biss għax jinsew li taħt dan il-materjal hemm id-deheb.” Carnegie stagħna għax f’ta’ madwaru ra skalluni għas-suċċess mhux żgambettaturi. Jalla aħna fir-relazzjonijiet ma’ l-oħrajn niftakru fid-deheb li jkun hemm moħbi taħt ġebel irħis li jidher minn barra. Kieku l-apprezzament tagħna għal ta’ madwarna jkun ikbar. U tiskanta mbagħad kif anki l-apprezzament ta’ ħaddieħor għalina jikber ukoll għax l-apprezzament ħafna drabi hu reċiproku... lil min tapprezza aktarx li japprezzak ukoll. U d-dinja ta’ madwarna ssir għalina ġnien ta’ mistrieħ flok andar ta’ lotta.
|
|
XENI MINN TREJQET IL-HAJJA Jirrakkonta Norman Vincent Peale: Jgħid li darba kien preżenti għal ikla ta’ professur - kirurgu ta’ fama. U xi ħadd xtaqu jirrakkonta xi episodju li baqa’ f’moħħu. Il-professur isserja u aħna wkoll waqafna ssummati għax donnu bsarna li ser jgħidilna xi esperjenza sublimi. Kirurgu għal tletin sena wettaq min jaf kemm-il elf operazzjoni. U beda r-rakkont tiegħu.
“Kont ili ġà snin
professur stabilit. Kelli isem stupend u kont naqlagħha tajjeb ħafna. Iżda fil-familja kelli l-inkwiet. L-imħabba ta’ bejni u bejn marti ma kinitx għadha kif kienet qabel u anki l-istess uliedi donnhom ma kinux juru rispett u mħabba li kont nippretendi minnhom. Forsi għax kienu żgħar jew forsi għax nies il-mara kienu qed ibegħduhom minni. Naf żgur li kien żmien iebes għalija u għal marti u kont nibża’ li ma kienx hemm dawl f’tarf is-sqaq ta’ ħajjitna u biex tagħqad fl-isptar kien hemm min intebaħ u beda juri ħafna simpatija. Riditni nkun ċert li lesta tilqagħni Jekk jien insib li marti għalqitli l-bieb f’wiċċi.
“U darba għal operazzjoni kelli tifla kont naħsibha binti età tagħha... marida serja. Il-ġenituri tagħha jħobbuha b’imħabba kbira imħabba tal-ġenn imma kien hemm il-biża’ li jitilfuha. Ħadd daqsi ma kien jaf kemm kbir kien il-periklu. Imma għamiltilhom il-qalb għad li xorta wrejthom x’seta’ jiġri. U f’jum l-operazzjoni ż-żgħira ħarset lejja u meta għidtilha li ser inraqqadha ħalli tqum imfejqa qaltli: ‘La ser norqod irrid nitlob.’ U dlonk niżlet għarkobbtejha u talbet: ‘Ġesù jien naf li tħobbni F’idejk nintelaq Dak li trid int hu dejjem l-aħjar għalina.’ Żgur li ma kinitx it-talba tagħha. Semgħetha u rrepetietha iżda kienet donnha t-talba tiegħi. L-operazzjoni rnexxiet it-tifla fieqet u mal-fejqan tat-tifla fieqet ukoll il-ġerħa tal-familja tiegħi għax minn dakinhar bdejt ngħaddi kuljum fi knisja żgħira u nirrepeti t-talba ta’ dak l-anġlu ċkejken ‘Ġesù jien naf li tħobbni f’idejk nintelaq dak li trid int hu dejjem l-aħjar għalija.’”
|
|
DR CORONATO GRECH M.D.
ikompli
l-artiklu interessanti li beda f'Gunju... LIEMA REALTA'? Qabża oħra ’l isfel ta’ elf, teħodna fir-reġjuni ferm żgħar tan-nanometri. Nanometru huwa wieħed minn elf ta’ millimetru. Dan huwa d-daqs ta’ molekoli mdaqqsa; per eżempju molekola ta’ sucrose, li huwa z-zokkor li nżidu fil-kafè, fiha madwar nanometru. Hawnhekk anki l-iċken viruses huma kbar; per eżempju dawk ta’ l-influwenza fihom madwar 120 nanometru, waqt li l-iżgħar viruses msejħa bacteriophages (għax jinfettaw il-bakterja!) huma madwar 20 nanometru. F’dan id-daqs il-pajsaġġ jista’ biss jiġi immaġinat għax impossibli narawh bid-dawl. Dan għaliex il-partiċelli-mewġiet tad-dawl li bihom naraw huma ferm ikbar minn nanometru: l-ispektrum ta’ kuluri jvarja minn 760 nanometri għal kulur aħmar, għal 415 nanometru tal-kulur vjola u huwa impossibli tara bihom oġġetti iżgħar minnhom. Intant, f’dan id-daqs ta’ l-ittri tal-paġna li qed taqra ‘jidhru’ bħala sisien u widien enormi. Madankollu t-teknoloġija tallum qed tinżel sew fid-dinja tan-nanometri. Fil-futur, mhux imbiegħed, għad naraw nanorobots injettati fiċ-ċirkulazzjoni, fejn per eżempju, jintbagħtu fl-arterji u l-qalb biex ineħħu saffi ta’ kolesterol, jew inkella tumuri, jew infezzjonijiet. Elf darb’oħra iżgħar u niġu għal pikometri. Pikometru (mill-Ispanjol ’pico’ għal żgħir ħafna) huwa wieħed minn miljun ta’ mikrometru. Hawn issa qegħdin fir-reġjun subatomiku. F’dan il-kejl anki l-atomi huma kbar, per eżempju dawn ta’ l-idroġenu, karbon, ossiġnu u nitroġenu fihom madwar 100 pikometri, u dawn huma fost l-iżgħar atomi.
U jerġa’ qabża oħra hija
dik ta’ elf oħra, għal femtometri. Femtometru huwa wieħed minn miljun ta’
nanometru. Issa
Fir-reġjun tal-femtometri nidħlu fid-dinja stamba (għalina) tal-quantum, fejn bl-ikbar serjetà, ix-xjentisti jgħidulna li anki vakwu mhux vojt, fejn electron (partiċella oħra iżgħar mill-pronton u neutron, u ma tikkonsistix minn quarks) waħda tista’ tgħaddi minn żewġ postijiet f’daqqa, li tista’ titfaċċa f’post minn ieħor mingħajr ma tgħaddi minn bejniethom, jew fejn il-pożizzjoni u l-livell ta’ enerġija huma possibli biss dawk iddettati mil-liġijiet tal-quantum, u fejn ma nistgħux inkunu nafu eżatt u fl-istess ħin partiċella fejn hi u x’veloċità għandha. Dan kollu kien ikun purament fantasija li kieku mhux għax dawn il-fenomeni kollha ġew osservati... fl-ispjegazzjonijiet li għadna lura. Fadal l-aħħar qabża, qabża imma tant kbira li hija ferm u ferm ikbar minn dik minn metru għal femtometru. Din hija l-hekk imsejħa Planck’s length u hija d-distanza li inqas minnha l-liġijiet tal-fiżika rigward il-gravità, spazju u żmien ma jibqgħux jgħoddu, u dimensjonijiet ta’ inqas minn hekk ma fihomx tifsira. Intant din id-distanza hija ta’ wieħed minn 10 u 33 żero ta’ ċentimetru, jew wieħed minn 10 u 20 żero inqas minn proton! Hija ’l bogħod u ’l bogħod u ’l bogħod u ’l bogħod mir-realtà tagħna! (Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Awissu)
|
|
FORSI
JINTERESSAWK Soluzzjoni eħfef Raġel kien qed isibha diffiċli li jorqod. Mar fejn psikjatra u qallu biex jibda jgħodd merħla nagħaġ u bla ma jintebah jorqod. Iżda r-raġel tgħidx kemm għadd nagħaġ u xorta baqa’ mqajjem. Mar talab parir minn bniedem qaddis u dan qallu: “Li kont minnek ninsa n-nagħaġ u nipprova nitkellem ftit mar-Ragħaj!” U belleċ tgħidx kemm raqad fil-fond! Tul ta’ minuta Kienu mistiedna għal tieġ u r-raġel kien qed jistenna lil martu biex imorru flimkien għall-quddiesa u wara għar-riċeviment. Kien ilu jistenna mhux ħażin meta minn isfel staqsieha: “Jien ser indum nistennik jew?” “Minuta oħra... kemm int bla sabar!” Ir-raġel mar ġab barmil ilma u beda jaħsel il-karozza persważ li jkun lestieha minn kollox qabel tgħaddi l-minuta li kienet irreferiet għaliha martu.
Jekk ikollok arloġġ wieħed tħossok ċert mill-ħin imma jekk ikollok tnejn jew tlieta tibda tiddubita liema minnhom hu eżatt. Ħafna drabi l-ħafna ġid flok iħaffiflek ħajtek... ijassrek.
Dik xorti!
Ibdel il-liri ma’ minuti u ssib li f’ġimgħa kellek iktar minn 10,000 minuta li tahomlok il-Mulej u minnhom talbek 45 lura. Trid tkun daqsxejn egoist meta tgerger biex tagħtihomlu meta jitolbok tisma’ quddiesa f’tarf il-ġimgħa.
Il-qies tal-kritika Meta jien ninnervja għax hemm prinċipju fin-nofs. Meta ħaddieħor jinnervja għax hu supperv.
Meta jien ngħajjat biex inkun ċert li kulħadd jismagħni. Meta ħaddieħor jgħajjat għax hu storbjuż.
Meta jien nonfoq għax ma rridx ngħix bil-karestija. Meta ħaddieħor jonfoq għax hu ħali.
Meta jien infaddal għax jien bil-għaqal. Meta ħaddieħor ifaddal għax hu xħiħ.
Meta jien mgħaġġel għax jien ħafif. Meta ħaddieħor jgħaġġel għax hu fexfuxi.
Kemm hu faċli li tikkritika lill-oħrajn b’għajn tajba fuqek innifsek! Ħalliel iltaqa’ ma’ raġel li kellu fuqu xi flus għax kien għadu kemm ikkonkluda business li ħallielu xi qligħ. Ordnalu l-ħalliel: “Flusek jew ħajtek?” “Ħu ħajti... il-flus li għandi rridhom għal meta nixjieħ!”
|
|
AHBARIJIET TA'
INTERESS IŻŻEWĠU Jeremy Vella ta’ Triq Ħida lil Maria Grima (Victoria). Infakkruhom biex fil-ħajja taż-żwieġ tagħhom isibu ħin għat-talb. Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.
IL-LAQGĦA TA’ ĠUNJU Peress li l-laqgħa saret lejlet il-kanonizzazzjoni ta’ Dun Ġorġ kien xieraq li nitkellmu ftit dwar dan il-qassis twajjeb u umli li xtaq li ismu jintemm ma’ ġismu billi ta’ warajh jaħarqu dak kollu li kien tiegħu. Tkellem fil-laqgħa l-psikologu Dr Michael Galea PhD u semma għaliex dan il-qassis irnexxielu jiġbed tant nies warajh. Għax kien trasparenti u umli. Il-Kanonku Dun Ġużepp Grech irrakkonta ġrajjiet marbutin ma’ l-ewwel qasam tal-MUSEUM fin-Nadur u s-sehem importanti li taw nies bħal Salvu Buttigieg biex twaqqfet is-soċjetà f’raħalna. Smajna wkoll xi rakkonti marbuta ma’ Dun Ġorġ u spiċċajna l-laqgħa billi smajna flimkien silta qasira minn sajda museumina li Dun Ġorġ kien għamel xi sentejn qabel miet. Tkellem sabiħ fuq il-ħniena ta’ Alla li jħobbna għax Hu missierna. Wara l-laqgħa tellajna tifkira żgħira ta’ San Ġorġ Preca. Ħajr lil ħabibna Robert Borg li għal darb’oħra pprovdielna bi drinks li qassamna wara l-laqgħa. Offerta ġeneruża li jagħmilha kull xahar.
STEDINA għal-laqgħa ta’ LULJU 2007 Ser issir nhar is-Sibt 7 ta’ Lulju fit-8.15p.m. L-Imnarja għaddiet u jalla permezz tal-festa tar-raħal ersaqna aktar qrib ta’ Ġesù bħalma qribu kienu f’ħajjithom u wara mewthom l-appostli patruni tagħna San Pietru u San Pawl. Ftit ftit anki dan is-sajf igerbeb. Żgur li jkollna ħafna aktar ħin ħieles. Nagħmlu sew li nistrieħu u niddevertu. Iżda ma għandniex ninsew il-bżonn spiritwali tagħna. Permezz tal-laqgħa nkunu qed inżommu r-rabta tagħna flimkien. Mela nistennewk. Ejja int u ħajjar lil sħabek jiġu wkoll. u ħajjar lil sħabek jiġu wkoll.
|
|
IL-BIBBJA
FIL-HAJJA TAL-LUM [Jefte kien iben prostituta. Kien imwarrab, sar mexxej ta’ klikka. Iżda meta l-Lhud ħabbtu wiċċhom ma’ għadu f’saħħtu, daru lejh. Hu aċċetta.] “Ġie fuq Jefte ruħ il-Mulej... u għadda Jefte għall-Għammonin biex jaħbat għalihom, u rħiehom il-Mulej f’idejh.” {Imħallfin 11: 29, 32}
Frank Harris III kiteb fiċ-Chicago Tribune “Bħala Amerikani ta’ ġilda sewda għandna ħafna okkażjonijiet fejn nobogħdu. Il-mibegħda, wara kollox hi, waħda mill-ftit affarijiet li aktar għandna ċans għaliha mill-bniedem l-abjad.” Iżda mbagħad bidel ir-ritmu u kompla: “Il-mibegħda tagħmik mhux iddawlek Il-mibegħda ssoffok mhux iżżommok. Il-mibegħda tfarrak mhux tibni... Għalhekk ma għandniex nobogħdu.”
L-istorja ta’ Harris u ta’ Jefte jġagħluni nistaqsi, Kif qed nieħu ħsieb ir-rabja u l-mibegħda f’ħajti?
Jekk tobgħod qisek qed taħraq darek biex teqred ġurdien. HARRY EMERSON FOSDICK
|
|
Dawn li ġejjin huma slogans li l-Knisja wżat f’kampanja pubbliċitarja f’Singapore. Wara kull waħda kien hemm il-firma ta’ Alla. Aqrahom u aħseb dwarhom:
Tixrobx jekk ser issuq. Għadek ma intix lest biex tiltaqa’ miegħi.
Tista’ timmaġina l-prezz ta’ l-arja kieku kellek tixtrih mingħand aġent ieħor?
Xi tridni nagħmel biex niġbidlek l-attenzjoni? Nagħmel reklam f’gazzetta?
Nies tad-dinja, tistmawnix bħala xi ħadd mill-ispazju.
Kont qed naħsibha jekk nagħmilx id-dinja bajda u sewda. Imbagħad reġa’ bdieli.
Jekk ma rajtx ix-xemx tiela’ dalgħodu tinkwetax. Nagħmillek oħra għada.
Kif tgħid li għamilt kollox bis-saħħa tiegħek? Niftakar sew il-jum li ħlaqtek.
Jekk tiskanta bis-sbuħija tal-Mona Lisa irridek tara l-kapolavur tiegħi... fil-mera.
Tinsiex l-umbrella. forsi nsaqqi l-pjanti llum.
Naħseb li int l-iktar persuna sabiħa tad-dinja. U iva... int taf kif jien miġnun fuqek.
Għid lit-tfal li nħobbhom.
Ejja niltaqgħu d-dar tiegħi nhar il-Ħadd qabel il-partita.
Ejj’oqgħod u ġib it-tfal.
Għandna bżonn nitkellmu.
Għoġobni t-tieġ. Issa stedinni għaż-żwieġ.
It-triq li qiegħed fiha… twasslek sa għandi?
Imxi warajja.
Temmen bil-Big Bang? Int trid tiċċajta?
Qrajtu l-ktieb tiegħi? Taf li ser ikollok eżami?
Taf fejn int sejjer?
Tħallinix nerġa’ ninżel.
|
|
IL-POODLE U
L-LEOPARD
“Kemm kien tajjeb dan il-leopard. Tgħid fadal xi ieħor?” Ma’ dan il-kliem il-leopard ħarab. Xadin ra x-xena kollha. Ħaseb li seta’ jikxef is-sigriet b’patt ta’ protezzjoni mil-leopard. Mar sabu u wrieh bil-qerq tal-poodle. “Itla’ fuqi ħa mmorru nsibuh!” U x-xadin tela’ fuq dahar il-leopard u lebbtu lejn il-kelb anzjan. Il-poodle rahom ġejjin. Ma kellux ċans jiġri aktar minnhom. Malli qorbu qal: “Fejn mar dan l-imbierek xadin? Ilni siegħa li bgħattu jġibli leopard ieħor!” L-esperjenza dejjem hija aktar qawwija mill-ħeġġa taż-żgħożija. |