
|
+L-Iben t'Alla sar Bniedem Lulju 2009 numru 515 Il-kompożitur famuż George Frederick Handel kien issa xjieħ. Kellu mas-sittin u ħassu mdejjaq għax donnha l-muża tal-kompożizzjoni kienet ħallietu għal kollox. Kien joħroġ bil-lejl jippassiġġa fit-toroq ta’ Londra biex forsi jisma’ jew jara xi ħaġa li tispirah imma kollox kien donnu mejjet f’moħħu u f’qalbu. Lejl minnhom kien għaddej minn ħdejn knisja u raha miftuħa. Resaq qrib u għajjat: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?”
U kompla
sejjer lejn daru. Malli wasal sab pakkett li kien ħallielu ħabibu l-poeta
Charles
Hekk twieled l-oratorju ‘The Messiah’. U meta ġie ppreżentat f’Londra fil-preżenza tas-sultan Brittaniku, dam qam bilwieqfa b’sens ta’ rispett meta l-kor kien qed ikanta l-Alleluja. U hekk għadu jsir sal-lum kull meta fi żmien l-Għid jerġa’ jittella’ dan l-oratorju. L-udjenza tqum b’rispett lejn il-Mulej. It-talba li Handel għamel ħdejn il-bieb tal-knisja f’lejl xitwi kienet instemgħet. U tagħna jinstema’ wkoll għax il-Mulej ta’ żmien Handel għadu l-istess Mulej illum. COFFEE BREAK - waqfa qasira fil-ġirja tal-ħajja mal-awtur Paulo Coelho (Għaddejjin b’pass mgħaġġel wisq li kultant anqas iħallilna żmien nirriflettu. Dawn il-ħsibijiet qosra huma għal dawk li kapaċi jieqfu biex jiflu skop il-ħajja.) Kont għaddej ma’ marti
fi Triq
Constante Ramos f’Kopacabana meta lmaħna mara anzjana fuq siġġu tar-roti titlob il-karità ħdejn l-istazzjon tal-ferrovija għax it-triq mill-istazzjon ’il barra kienet għat-telgħa.
Ma riditx flus jew oġġetti, għax milli jidher kienet qalgħet biżżejjed għal dak il-jum, imma riedet li xi ħadd jimbuttaha lejn darha.
Marti hi mara ta’ qalb ħanina
u x-xiħa ferħet li konna ser ngħinuha tasal f’darha. Jien tlabt li din ma tkunx imbiegħda ħafna. Imma issa la dħalna għaliha ridna nwettqu l-għajnuna sa l-aħħar.
Ma mbuttajniex wisq għax ix-xiħa riedet tieqaf ħdejn ċorma fqar oħra, ixjeħ mix-xiħa li konna qed nimbottaw aħna, u donnhom kienu qed jistennewha. U x-xiħa fuq is-siġġu mill-ħorġa tagħha bdiet toħroġ ħalib, butir, ġamm, frott u bottijiet ta’ kull xorta u tqassam lill-foqra l-oħra.
Meta ftit li xejn kien baqgħalha fil-barżakka tagħha talbitna nimbuttaw ftit ieħor sakemm wasalna f’dar gorboġ… darha.
Jien kurjuż min-natura u bla ma ridt staqsejtha: “Naħseb li dak li qassamt qlajtu karità!” “Iva,” weġbitni “dak kien li qlajt illum.” “Mela għala qassamtu kważi kollu?” “Għax dawn in-nies anzjani aktar minni ma għandhomx siġġu tar-roti u ma jħalluhomx bilqiegħda ħdejn l-istazzjon. Lili jħalluni għax jien ma noqgħodx f’post wieħed. Indur bil-mod min-naħa għall-oħra u billi ħdejn l-istazzjon kollox għall-wita ma ngħajjiex ħafna.” “Imma issa jekk għada ma taqlax karità x’ser tagħmel?” staqsejtha. “Dak li llum ipprovdieli, jipprovdieli wkoll għada!” qaltli.
Kien sarilna l-ħin. Infridna. Il-mara tirringrazzjana għax ma kinitx taf li fil-fatt aħna suppost li raddejnielha ħajr għax kienet tatna ħafna iktar milli aħna konna tajna lilha.
U għadni nifraħ li waqafna ngħinuha ferħ li konna nitilfu kieku lgħabnieha tal-imgħaġlin u ħallejna l-ġirja sfrenata tal-ħajja tagħlqilna għajnejna għall-ħtiġijiet ta’ għajrna. Dr Coronato Grech M.D. ikompli l-artiklu li beda f’Ġunju: ILEK MA TĦARES LEJN IS-SEMA?
Fi klima Mediterranja bħal tagħna, l-ammont u l-kwalità ta’ sħab ivarja skond l-istaġuni. Meta hemm arja ta’ pressjoni għolja t-temp ikun bnazzi, sħab ikun hemm inqas u jkun bajdani u għoli. Meta pressjoni baxxa t-temp ikun ta’ maltemp (mill-Latin mal, ħażin), bi sħab griż u baxx u tax-xita (imsejjaħ nimbus); u meta mibrum u iktar għoli jissejjaħ cumulonimbus, sħab li għandu tendenza għal sajjetti, beraq u ragħad (ara Il-Ħbieb Isejħu ta’ Sett – Nov 1991). Il-ġurnata ġeneralment tibda bi ftit sħab imma hekk kif bis-sħana tax-xemx tiżdied l-evaporazzjoni jifforma sħab aktarx bil-bażi ċatta li meta jikber u jgħatti x-xemx inaqqas l-evaporazzjoni u l-formazzjoni ta’ iktar sħab (li ma kienx hekk kieku kien ikollna saff sfiq permanenti ta’ sħab).
Fenomenu
daqshekk viżwali, varjat, prominenti u kkulurit bħalma huwa s-sħab, ma Bil-lejl, ghalkemm mhux kull lejl, l-iktar oġġett ovvju huwa l-qamar (ara Il-Ħbieb Isejħu Mej – Aww 1988), is-satellita tad-dinja li jdur magħha f’disgħa u għoxrin ġurnata u nofs. Matul dan il-perjodu aħna narawh li jgħaddi mill-fażijiet ta’ qamar mitluf, qamar ġdid, l-ewwel kwart, qamar mużqaq, qamar kwinta, qamar muqsar, l-aħħar kwart, qamar xiħ (felli), u qamar mitluf. Dan għaliex il-qamar ma jixgħelx6 imma jidher bir-rifless tad-dawl tax-xemx u matul id-dawra tiegħu madwar id-dinja, id-dawl tax-xemx idawwal partijiet differenti (jew xejn meta jkun mitluf fid-dija tax-xemx). U jekk, kif kull tant snin jiġri, f’din il-fażi jiġi preċiż quddiem ix-xemx, ir-riżulatat ikun eklissi tax-xemx. Fil-qamar jidhru tbajjiet griżi li nafu li huma pjanuri ramlija għalkemm għall-ewwel ħasbuhom ibħra u għadhom iġibu l-isem ta’ ‘mare’ (mil-Latin ‘baħar’), per eż mare imbrium, mare iridum, eċċ.. (Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Awwissu) 1 Ovvjament in-natura ma toqgħodx għal klassifikazzjonijiet artifiċjali li nagħmlulha u għalhekk insibu forom bħal cumulo-status, cirro-stratus eċċ. 2 Per eż Shore at Egmond-ann-zee, National Gallery, Londra, u The Windmill at Wijk bij Duurstede Rijkmuseum, Amsterdam. 3 Per eż. The Hay Wain, National Gallery Londra, u Chain Pier, Brighton, Tate Gallery Londra. 4 Per eż Snow Storm, Tate Gallery u Rain, Steam and Speed, National Gallery Londra. 5 Per eż Moonrise over the sea Galerie der Romantik, Berlin, u Wonderer looking over a sea of fog Kunsthalle, Hamburg. 6 Fil-fatt huwa dinja bħal tagħna, b’muntanji, widien, pjanuri, sisien u ħofor, (ħafna hofor), għalkemm mingħajr ilma u mingħajr atmosfera u allura bla temp, b’sema totalment iswed u f’silenzju totali. FORSI JINTERESSAWK Id-dejn… illum jew għada…
William
Penn, il-bniedem li bena l-istat ta’ Pennsylvania, kellu ħafna nies jiġru
warajh Darba raġel ħabbat u reġa’ ħabbat imma baqa’ ma fetaħlu ħadd. Fl-aħħar ra s-seftura tħares mill-ġnien u dan ir-raġel qalilha: “Ġejt biex nara lis-sinjur.” “Is-sinjur rak imma ma ħax grazzja ma’ wiċċek u għalhekk ma jridx ikellmek.” X’intqal wara ma jinkitibx. Imma l-bieb baqa’ ma nfetaħx. Ugwaljanza
Darba din Inez kienet qed tiekol mal-awtur Paul Gallico u bdiet targumenta dwar dawn id-drittijiet. Dak il-ħin il-wejter ġab il-kont u Paul Gallico qalilha: “Is-soltu nħallas jien imma biex nurik kemm nemmen li intom għandkom l-istess drittijiet tagħna l-irġiel ser inħallik tħallas int.” U newlilha l-kont. Skond ma tħallas… mhux dejjem
Raġel mar
biex jixtri żiemel u meta ra l-bhejjem għażel wieħed li għoġbu tasew. “Kemm trid tiegħu ħabib?” “€10,000.” “Ħafna. Noffrilek €1000.” “Ħudu.” Ir-raġel skanta kif il-bidwi niżel tant f’daqqa fil-prezz. U staqsieh: “Għax ħsibtek wieħed minn dawk il-pampaluni li jieħu gost jiftaħru li għandhom żiemel ta’ €10,000. Meta rajt li m’intix, aċċettajt il-prezz normali.” Id-dinja tal-kummerċ kapaċi tistad ukoll għal dawn il-pampaluni meta tħajjarna nixtru bi prezz għoli dak li jista’ jinkiseb b’ħafna inqas. Speċjalment fejn jidħlu oġġetti msejħa tad-ditta. Tajjeb li ma nibilgħux is-sunnara.
F’seminarju barrani kien qed isir l-eżami tad-djakonat. “Tgħodd magħmudija bil-brodu?” staqsa l-eżaminatur. “Bil-brodu kif taf tħawru ommi ma jgħoddx. Imma naħseb li bil-brodu kif tagħmlu s-soru jgħodd!”
Fil-klassi
waqt lezzjoni dwar il-qawwa tal-bomba atomika: Student: Allura x’tista’ tagħmel id-dinja biex tiddefendi lilha nnifisha minn tant qerda? Għalliem: Tistinka għall-paċi! IŻŻEWĠU
Marice Camilleri ta’ Triq Xjuf ir-Riħ lil Marvic Grech (Victoria); Dianne Sultana ta’ Triq Ġużè Ellul Mercer lil Ronnie Dimech (Żebbuġ); Jolene Vella ta’ Triq is-Serer lil David Abela (B’Kara Malta); Frida Muscat ta’ Triq it-Tiġrija lil Silvano Saliba (M’Forn); Dr Michael Galea PhD ta’ Triq it-Torri ta’ Kenuna lil Frankline Zammit (Xewkija). Filwaqt li nawguraw lil dan il-koppji ġodda futur sabiħ flimkien, infakkruhom fit-talb. Il-familja li titlob flimkien, tibqa’ flimkien. IL-LAQGĦA TA’ ĠUNJU
Nirringrazzjaw lil Robert Borg tad-drinks li qassamna wara l-laqgħa. Fi tmiem il-laqgħa Louis Bugeja tela’ fir-rigal. STEDINA għal-laqgħa ta’ nhar is-Sibt 4 ta’ Lulju fit-8.15p.m. Ejja int u ħajjar lil ħbieb jiġu wkoll kif ukoll old boys tagħna, missirijiet u ħbieb. Għandna numru sabiħ li qed jiġi minn darba għall-oħra u dan għalina hu ta’ sodisfazzjon kbir. Ikollna laqgħa sabiħa u jifdallek ħafna ħin biex toħroġ ma’ sħabek. Mela ħabib tinsiex… nhar is-Sibt 4 ta’ Lulju fit-8.15p.m. FUQ IL-PASSI TA’ SAN PAWL
[Pawlu jikteb:] “Aħna kollna ħlewwa f’nofskom; bħal omm tradda’ tħaddan ’l uliedha…” 1 Tess. 2:7
L-għerien Waitomo huma popolari ħafna mat-turisti li jżuru New Zealand. Jattirawhom lejn dan il-post hu n-numru infinit ta’ msiebaħ li jdewdu s-soqfa tal-għerien. Ikunu sbieħ ħafna meta d-dawl li jagħtu dawn l-insetti jirrifletti fuq wiċċ l-ilma li jgħaddi f’qiegħ dan il-post. Iżda trid toqgħod attent li ma tagħmilx ħoss għaliex jekk tagħmel, jintfew. Imbagħad ma jifdal xejn ħlief dlam. In-nies huma bħall-imsiebaħ. Trid tersaq lejhom bil-galbu, eżatt kif qal Pawlu f’din is-silta. Jekk le, jintfew.
Kif nista’ nkun aktar ħanin ma’ dawk li nħabbat wiċċi magħhom?
Xejn ma hu qawwi daqs il-ħniena: xejn ma hu daqshekk ħanin daqs il-qawwa vera. San Franġisk de Sales JEŻISTI L-ĦAŻEN? Jum minnhom professur f’università ried jipprova lill-istudenti tiegħu. Qalilhom: “Ħalaq Alla dak kollu li jeżisti?” “Iva,” wieġbu student minnhom. “Kollox?” insista l-għalliem. “Iva kollox!” wieġeb l-istudent. “F’dak il-każ, Alla ħalaq il-ħażen… għax jeżisti! Le?” Għal din l-istudent ma kellux tweġiba. L-għalliem ħassu ferħan li kien ippruvalhom, darba għal dejjem, li r-reliġjon hija ħrafa… u xejn aktar. Imma student ieħor qam bilwieqfa u sfidah. “Nista’ nagħmillek mistoqsija professur?” “Agħmel!” qallu dak b’arja ta’ xi ħadd li mhux la kemm trekknu.
“Ma tafx,” wieġeb il-professur. “Int qatt ma ħassejt bard?” “Jiddispjaċini l-ksieħ ma jeżistix. Skond l-istudji tal-Fiżika, il-ksieħ hu n-nuqqas totali tas-sħana. Oġġett jista’ jkun studjat jekk jarmi l-enerġija u hija s-sħana tal-oġġett li tarmi l-enerġija. Bla sħana, l-oġġetti huma bla saħħa. Ma jistgħux jirreaġixxu. Imma l-ksieħ ma jeżistix. Aħna ngħidu ‘ksieħ’ biex infissru n-nuqqas ta’ sħana.”
“U d-dlam?”
kompla l-istudent. “Jeżisti,” wieġbu l-professur. “Erġajt waqajt fl-istess żball. Id-dlam huwa n-nuqqas ta’ dawl. Tista’ tistudja d-dawl u l-luminożità iżda mhux id-dlam. Il-priżma ta’ Nichols turi l-kuluri differenti li fihom jinqasam id-dawl skond il-lonġitudni tal-mewġ. Id-dlam huwa l-kelma li aħna nużaw biex infissru n-nuqqas ta’ dawl.” U fl-aħħar l-istudent reġa’ staqsa: “U l-ħażen. Jeżisti l-ħażen? Alla ma ħalaqx il-ħażen. Il-ħażen huwa n-nuqqas ta’ Alla minn qalb il-bnedmin. Huwa n-nuqqas ta’ mħabba, umanità u fidi. L-imħabba u l-fidi huma bħas-sħana u d-dawl. Jeżistu. In-nuqqas tagħhom iwassal għall-ħażen.” Issa kien ħin il-professur biex jagħlaq ħalqu. Jgħidu li l-isem l-istudent kien Albert Einstein.
Setgħu kienu ftit kelmiet, titlobni l-opinjoni tiegħi inkella tirringrazzjani għal xi ħaġa sabiħa li ġratlek il-jum ta’ qabel. Iżda rajtek aljenat, tara x’ser tilbes għax-xogħol u titlaq bla ma ssellem. Bqajt nittama. Bqajt tagħmel kollox bil-għaġla. Kont naf li stajt tieqaf ftit minuti u ssellimli. Iżda kont imħabba qatigħ. Kien għalhekk li dawwalt is-sema, imlejt id-dinja kuluri, u l-arja bil-għana tal-għasafar. X’taqtek tismagħni. Bqajt b’xiber imnieħer. Osservajtek sejjer għax-xogħol u b’paċenzja kbira stennejtek matul il-jum. B’dak li kont qed tagħmel kont imħabbat wisq biex tiftakar fija. X’ħin kont sejjer lura lejn id-dar rajtek għajjien u bgħattlek ftit xita biex taħsillek l-istress li ġemmajt. Xtaqtek tintebaħ bil-pjaċir biex tiftakar fija. Minflok sħant u maqdart ismi. Xorta ridtek tkellimni. Kif fadal ħin. Aktar tard xgħelt it-television. Bqajt nistenna narak quddiemu u mbagħad x’ħin kont qed tiċċena. Iżda nsejt tkellimni… Rajtek għajjien, fhimt il-kwiet tiegħek, u għalhekk dallamt is-sema. Iżda ma ħallejtekx fid-dalma. Imlejtha dwal żgħar… kienu tassew sbieħ. Imma int ma kont interessat. Xħin kont qed titniegħes, kont tidher tassew sfinut. Wara li tajt il-lejl it-tajjeb lill-familjari inxħitt fis-sodda u rqadt mal-ewwel. Anke bil-lejl ħallejtlek il-ħsejjes tal-insetti tal-wied. Mhix problema, int forsi mhux dejjem tintebaħ li jien qed dejjem hemm għalik. Għandi aktar paċenzja milli taħseb. Nixtieq ngħallmek kif tkun paċenzjuż mal-oħrajn. INĦOBBOK TANT li nibqa’ nistenna t-talba tiegħek. Kulma nagħmel nagħmlu għalik… Iva qed terġa’ tqum u nixtieqlek li tkun ĠURNATA TAJBA. Alla |