
| + L-Iben
t'Alla sar Bniedem
Marzu 2008 - Harga Nru 403
Id-Danimarka ma setghetx tieqaf lill-qawwa ta' Hitler. Pajjiz zghir ...poplu ckejken ...armamenti xejn. Izda d-Danizi kellhom hafna mhabba lejn art twelidhom u ghad li ma setghux jeqfulu lil Hitler izda gharfu jirrezistulu bi trattat li kien jaghtihom hafna sovranità. Baqghu sidien f'pajjizhom. U ghalhekk is-sultan Christian skanta meta kmieni filghodu xhur wara li l-Germanizi nvadew pajjizu, lemah il-bandiera Germaniza tperper fuq il-bini tal-Parlament Daniz. Baghat mill-ewwel ghall-kmandant Nazista: "Qed nara l-bandiera Germaniza fuq il-bini Parlamentari. Taf tajjeb li t-trattat ma jippermettihx." Il-kmandant wiegeb: "Iddecidejna li jkun hemm xi haga li turi li ahna qeghdin hawn." "Mur issa stess u ordna li din il-bandiera ghandha tinzel u flokha titla' l-bandiera Daniza. Jekk sa siegha ohra din ma tkun tnizzlet nibghat suldat jien stess biex inizzilha." Il-kmandant qallu: "Ara ma jfettillekx ghax l-ordni hi li min jazzarda jnizzilha nisparaw fuqu." "F'dak il-kaz tkunu qtiltu r-Re tad-Danimarka!" U ghaggel biex iwettaq hsiebu. U minkejja l-ordni hadd ma azzarda jispara fuqu. Mal-hazin ma tistax taghmel kompromessi imma trid tiqaflu b'kuragg u determinazzjoni ghax jekk taghtih sebghek malajr jehodlok idek. DAWN XEGHLU X-XEMGHA FLOK SEHTU D-DLAM
Kienet gurnata sabiha u x-xemx tisreg kienet taghmel dellijiet twal fil-kappella tal-Madonna ta' Loretu. Kappella mdaqqsa, kwieta u fiha soru zaghzugha titlob. Kappella mibnija madwar 120 sena ilu. Xejn specjali fiha, hlief it-tarag li jaghti ghall-gallerija. Tarag bi storja misterjuza li hadt pjacir nisma' lis-superjura tirrakkontali. Il-kappella kienet tlestiet u anke l-gallerija imma t-tarag li jwassal ghaliha hadd donnu ma seta' jsawru ghax ma kinux hallew spazju bizzejjed ghalih. Gew hafna mastrudaxxi ta' sengha kbira u qatghu qalbhom. Kull ma setghu joffru kien biss li jaghmlu sellum semplici ...imma ma setghux idahhlu tarag. Is-sorijiet tal-kunvent hassewhom dizappuntati u rrikorrew ghall-unika arma li kienu jafu biha ...ghat-talb. Talbu bil-qalb biex il-Mulej isolvilhom dil-problema. U jum wiehed habbat il-bieb tal-kunvent mastrudaxxa Messikan. Dan xtaq li jara l-gallerija u talab lis-superjura thallih jipprova johloq it-tarag. Is-superjura accettat bil-ferha u ghall-granet, dan ir-ragel tas-sengha, deher iqatta' u jincana, iqis u jippjana. Donnu ma kienx ta' hafna diskors u s-sorijiet, iktar medhijin fit-talb milli fil-paroli, kienu jhalluh hieles ...jahdem u jibni wahdu. U jum minnhom dahlu fil-kappella u sabu t-tarag lest. Mtella' b'sengha kbira ...33 targa minghajr sapport centrali. Is-sorijiet imtlew b'ferh qaddis. Holmiethom kienet twettqet. Talbhom instema'. U herqana marru jfittxu r-ragel tas-sengha li kien irnexxielu fejn haddiehor kien qata' qalbu. Izda r-ragel ma nstab imkien. La qatt thallas ta' xoghlu u anqas ircieva almenu l-hajr ta' dawn l-erwieh twajba. Wettaq dmiru u telaq ...bla kliem u bla sliem. Is-sorijiet ta' Loretu jghidu li kien Guzeppi l-mastrudaxxa ta' Nazaret li libes ilbies haddiem Messikan. Ahna l-moderni nitbissmu. Storja bhal din ma tinzlilniex. Izda jkollna nammettu li talb is-sorijiet wasal ghax it-tarag jista' jarah kulhadd. U anke talbna jasal jekk nitolbu fil-fidi. IS-SHAB Jikteb Dr Coronato Grech M.D.
Kuljum fil-firxa
tas-sema jinfetah separju li fih tizvolgi drama fejn ebda xena ma hija
preciz X’inhu s-shab? Bazikament is-shab huwa ilma li jkun evapora mill-ghadajjar, widien, bahar, ecc u tela’ ’l fuq fl-atmosfera fejn hemmhekk jiksah u jikkondensa f’taqtir jew kristalli rqaq hafna (il-bicca l-kbira huma minn 0.01 sa 0.1mm) Dan il-process huwa parti mic-ciklu ta’ l-ilma li jitkompla meta s-shab jikkondensa u f’taqtir hafna ikbar jifforma x-xita li mbaghad tingabar fl-ghadajjar, nixxighat u xmajjar li jiehdu l-ilma ghall-bahar minn fejn jerga’ jevapora, jitla’ ’l fuq u jerga’ jsir shab. Tmexxi din is-sistema tant importanti ghall-hajja hemm l-eqreb kewkba …ix-xemx. Biex l-ilma-gass li huwa invizibbli jikkondensa u jifforma shab irid ikun hemm particelli zghar mikroskopici ta’ ghabra li jaghmluha ta’ nukleu li fuqhom molekoli ta’ ilma gass jingabru u jiffurmaw ilma likwidu. L-ghabra ghalhekk hija importanti u ghalkemm forsi ghall-mara tad-dar hija ta’ irritazzjoni kbira, minghajrha ma jkollniex il-fenomenu tas-shab u x-xita. U meta jkun hemm ghabra fl-atmosfera iktar jista’ jifforma shab. Per ezempju meta fl-1883 splodiet il-gzira volkanika ta’ Krakotoa fl-Indonesja, tant ittellghet ghabra fl-atmosfera li ghal xhur shah wara kien hemm tlugh u nzul ix-xemx go shab spettakolari. Fattur iehor importanti biex jifforma s-shab huwa li t-temperatura tkun baxxa u s-shab jifforma meta l-ilma-gass ikun tela’ ’l fuq bizzejjed li t-temperatura tkun baxxa bizzejjed. Madankollu t-temperatura ta' l-atmosfera ma tibqax dejjem niezla iktar ma’ titla’ ’l fuq ghax madwar 12,000 metru tibda dik li tissejjah l-istratosfera fejn it-temperatura terga’ tibda tiela’. Hemm tliet metodi principali kif l-ilma jitla’ ’l fuq u jifforma shab: (i) meta x-xemx issahhan l-art, l-arja ta’ fuqha tespandi u titla’ ’l fuq u ttella’ l-ilma-gass li jkun fiha (l-arja fil-fatt dejjem fiha ammont varjabbli ta’ ilma gass, meta niexfa inqas minn meta umda); (ii) meta arja shuna u umda, gejja minn fuq il-bahar tiltaqa’ ma’ gholjiet u muntanji qrib il-kosta, u jkollha titla’ ’l fuq; (iii) meta zewg massi ta’ arja f’temperaturi differenti jiltaqghu, bl-arja kiesha toqghod qrib l-art waqt li l-arja shuna titla’ ’l fuq, bis-shab jifforma bejniethom, fl-hekk imsejha front kiesah. Minkejja dawn il-ftit processi bazici ta’ kif jifforma s-shab, fis-sema nsibu varjetà kbira ta’ shab li l-meterjologisti ppruvaw jaghmluhom fi klassifika, avolja n-natura mhux dejjem toqghod ghal klassifikazzjonijiet li naghmlulha. Intant, skond l-gholi, l-ghamla u x’temp igibu, is-shab jista’ jigu kklassifikati f’dak: (a) baxx, li huwa f’gholi ta’ inqas minn 1800 metru u li minnu hemm hafna tipi. Per ezempju - stratus (mil-Latin ghal ‘inferrex’) ghax qisu f’saffi, li huwa bajdani griz, fil-baxx u spiss igib xita rqiqa; - nimbostratus (mil-Latin nimbus, ‘shaba’) li wkoll huwa f’saffi imma iktar sewdieni u jgib hafna xita, l-aktar jekk ikun gej mil-Lbic (shab mil-Lbic xita zgur igib.); - cumulonimbus (mil-Latin cumulus, ‘mibrum fuq xulxin’) li huwa bajdani griz li minn bazi pjuttost zghira isfel jiftah ’il fuq qisu nkwina u li huwa shab kbir tal-maltemp, spiss bil-beraq u r-raghad; u - cumulus shab bajdani qisu mqatta’ bicciet li mhux shab tax-xita anzi generalment jindika temp sabih. Dr Coronato Grech M.D. ikompli dan l-artiklu fil-harga ta' April.
Parir ta' qaddis Ragel staqsa lil San Filippu Neri jekk hux sewwa li jilbes libsa ta' l-ixkejjer fuq il-gilda. Il-qaddis kien kontra dan it-tip ta' penitenza izda lil dan ir-ragel qallu: "Naqbel li tilbes din il-libsa basta tilbisha minn barra." Tpattija ...b'mod taghha Mara kienet ser taghmel operazzjoni difficli. Ftit kienu dawk li qamu hajjin wara dan l-intervent. Zewgha ma tantx kien iddispjacut. F'ghajnejh kienet tara hajta ta' pjacir li ser jehles minnha ghax kienet tgerger wisq. Riedet li qabel tmut trekknu wahda sew. Marret fejn pittur u qaltlu:
"Irridek
tpittirni u qis li fuqi taghmilli hafna deheb ...gizirani, brazzuletti,
ktajjen ...insomma deheb, djamanti u hagar fin." "Imma fejnhom dawn id-dehbijiet?" "Ohloqhom ghad li m'intix tarahom!" "Imma hekk tkun artificjali hafna." "Ma jimportax. L-importanti li dik li tigi warajja tiehu ras zewgi biex jaghtiha dan id-deheb. U meta ma jaghtihomlhiex tghidx kemm tgergirlu. U forsi mbaghad jifhem li jien ma kontx mill-aghar daqs kemm jahseb li jien illum!" Drawwiet huma bhal hjut ta' ghanqbuta fil-bidu, imma maz-zmien isiru hoxnin daqs cima ta' vapur.
It-tifla ta' Karl Marx - missier il-Komunizmu li kien jinnega kull idea ta' Alla - stqarret darba li fid-dar fejn trabbiet qatt ma dahlet l-ebda forma ta' religjon. Qatt ma tiftakar li talbu. Izda meta kibret u bdiet tattendi l-iskola ltaqghet mat-talba tal-Missierna u tant ratha sabiha li ma setghetx ma titlobx. U ahna nirrepetuha ta' spiss u forsi anqas biss nintebhu x'ahna nghidu.
Ghajnuna f'waqtha minkejja ... Fil-jiem li fihom inqatel il-President Kennedy kien hemm hafna qilla ghal dak li qatlu. Ghax il-president kien popolari u billi kien ghadu zghir immaginaw li kien ghad fadallu hafna x'jaghti ghall-gid ta' pajjizhom u tad-dinja. Ghalhekk hafna hadu ghalihom meta semghu li kien hemm kappillan li offra li jghin lil mart il-qattiel ta' Kennedy billi sar jaf li l-hajja ghaliha kienet saret difficli u kien kwazi impossibli tibqa' tghix fl-istess ambjent li kienet tghix fih qabel. Stedinha biex tmur tghix fil-parrocca tieghu u xi parruccani weghduh li jghinuha tibda hajja gdida. Izda mijiet ta' parruccani ohra pprotestaw bil-qawwa u hafna minnhom kitbulu ittri ta' theddid u tghajjir. Il-kappillan ma qatax qalbu u kull ittra li kellha l-indirizz irrispondieha. Urihom li hu wkoll hassu mwegga' bil-mewt tal-president imma bhala nisrani ma setax jaghlaq qalbu ghal din l-armla. U kien jispicca l-ittra tieghu hekk: "...Nemmen bi shih li kieku Gesù kien minn floki ma kienx jaghlaq il-bieb f'wicc din l-armla." L-Amerikani jghidu: "Religion is free but it is not cheap." Mhux facli tahfer. KIF BEDA T-TE?
Jitqies ukoll xarba internazzjonali ghad li kull pajjiz jaghtih isem skond l-ilsien tieghu: Ghalina tè, ghall-Inglizi tea, ghat-Taljani tè, ghall-Francizi thè, ghall-Germanizi tee, ghall-Ispanjoli té, ghat-Torok cay, ghar-Russi chay, ghall-Gharab shaye u ghall-Gappunizi cha. U llum issib sahansitra tè kiesah ...ice tea u ruxxmata ta' herbal teas b'aroma li tvarja minn hawh ghal habaq u min jaf kemm-il toghma ohra. INKWADRI TA’ ISPIRAZZJONI GHAL HAJJA TA’ KULJUM
Kienu hbieb tal-qalb,
girien kellhom tifkiriet komuni zminijiet ohra li fihom dahku flimkien ohrajn li bkew flimkien hbieb ohra komuni u stejjer li kienu jiehu gost jirrakkontawhom u jergghu jisimghuhom. U x-xorti riedet li jormlu ftit gimghat biss wahda mill-ohra. U ghat-tnejn il-firda kienet kbira. Minn zwieghom dejjem raw imhabba u rispett. Imma issa nofshom mar u hallewhom jibku wehidhom it-telfa kerha. Izda gara li l-hbieb daru lejn xulxin u ghamlu patt li meta l-firda tkun tant kbira u l-memorji tant qawwija jmorru ghand xulxin. Ma hemmx bzonn appuntamenti ma hemmx bzonn li jhabbtu. Jifthu l-bieb u jidhlu qishom dehlin f'darhom. U darba f'jum xitwi il-firda nhasset kiefra aktar mis-soltu u l-lejl deher bla tmiem. Wahda tgezwret f'kowt u telqet lejn dar habibtha. Izda ma lahqitx waslet. L-ohra kienet mat-triq gejja ghandha ghax anke hi kienet fehmet li meta l-hajja tidher iebsa ma hemm xejn ahjar minn spallet habibek. IS-SENA 2000 U ‘L HINN MINNHA
L-Istorja hija mizghuda b’dawk li holmu inkella qerdu l-futur. “Ma jistax ikun li magna li hi itqal mill-arja ttir,” kien qal Lord Kelvin, il-president tar-Royal Society fl-1895, tmien snin biss qabel l-ahwa Wright irnexxielhom itajru l-ewwel ajruplan. “Ir-radio dalwaqt imut mewta naturali,” kien qal Thomas Edison fl-1922, l-inventur tal-bozza, it-transmitter tat-telefon u l-phonograph. Il-vici President ta’ l-ABC kien habbar fl-1950 li l-players ma ghadx ikollhom aktar inkwiet mis-supporters ghaliex dawn ikunu kollha d-dar jaraw il-partita minn fuq it-televizjoni. Il-kompjuter irnexxielu jaqbez l-immaginazzjoni ta’ bosta vizjonarji. Ghad li kien mahsub minn Charles Babbage fl-1824 ma rax id-dawl qabel l-1943 meta Tommy Flowers bena l-Colossus Electronic Code-breaker. Dakinhar Thomas Watson, chairman ta’ l-IBM kien qal li ma jahsibx li hemm suq dinji ghal aktar minn erba’ jew hames kompjuters. L-istess zelqa kien ha Bill Gates, il-fundatur tal-Microsoft, meta fl-1981 qal li kompjutes b’memorja ta’ 640 kilobytes suppost li jkunu bizzejjed. Izda mhux kollha kienu imbeghdin daqshekk mir-realtà. Fl-1902, H G Wells habbar l-ajruplan - ferm itqal mill-ajra - li jkunu jistghu jintuzaw fil-gwerra sas-sena 1950. Erbatax-il sena aktar tard habbar l-atomic bomb. Izda tajjeb insemmu wkoll li l-istess Wells kien qal li ma jara ebda uzu fis-submarine hlief biex jifga lill-ekwipagg tieghu. Fl-1895 Konstantin Tsolkovsky, xjentist Russu habbar l-ispacesuits, rockets li jahdmu b’liquid oxygen u hydrogen u stazzjon spazjali li jdur madwar id-dinja. L-istess kien ghamel 200 sena qabel, John Wilkins, warden ta’ Wadham College, Oxford li habbar li nkunu nistghu mmorru fil-qamar jekk kapaci nehilsu mill-influwenza tad-dinja. Newton kien ghadu ma skopriex il-ligi tal-gravità. Izda jinghad li l-aktar bniedem li qorob lejn dak li kellu jigri fil-bidu tas-seklu ghoxrin kien John Elfreth Watkins. Habbar l-air conditioning, it-telephone, fotografija bil-kulur, ikel iffrizat u medicina amministrata minn gol-gilda. Izda x’qed jinghad illum? James Dyson, l-inventur ta’ vacuum cleaner li ma ghandhiex bzonn borza fejn tigbor il-hmieg, ghadu kemm hareg fis-suq robot-vacuum cleaner li permezz ta’ 50 sensor kapaci jdur go kamra u jnaddaf wahdu. Dyson jghid li sa ftit snin ohra nkunu niddependu minn robots god-dar u naghtuhom ordni bil-vuci. Ian Pearson, futurologist Ingliz, jghid li ghad jinbnew ajruplani jesghu elf ruh li fuqhom ikun hemm sahansitra jogging tracks. Ix-xjentisti llum qed jahsbu li sas-sena 2015 il-kompjuters ikunu kapaci jahsbu ghal rashom. Nick Bostran mid-dipartiment tal-Filosofija tal-London School of Economics, jibza’ li b’hekk nispiccaw ilsiera taghhom. “Dawk jew jinjorawna, inkella jehislu minna ghaliex ahna inefficjenti meta mqabbla maghhom,” ikompli jghid. B’hekk ghalxejn inkunu lhaqna vvintajna l-karozza li ttir inkella qridna l-mikrobu ta’ l-influwenza. Imma toqghodx tinkwieta wisq. Is-sabih tat-tbassir hu li ma jsehhx! |