
| + L-Iben t'Alla sar Bniedem
MARZU 2001 - Nru 415 Kienu dejjem ma' xulxin. Tlett ihbieb tal-qalb. U filghaxija jintasbu kuljum f'hanut tax-xorb u jlegilgu pinta birra qabel jitilqu lejn id-dar. Drawwa li kienet tirrepeti ruhha kuljum ...sajf u xitwa. Izda d-destin firidhom ghax tnejn minnhom kellhom isiefru. Pawlu baqa' wahdu izda xorta kuljum kien imur fil-hanut u jordna tliet tazzi birra: "Wahda ghalija u tnejn ghal shabi!" U jleglighom bil-mod waqt li jitkellem ma' shabu li ma kinux hemm. U l-wejter kien drah. Dejjem l-istess ordni. Tliet tazzi birra u bilgri ghal fuq l-istess mejda.
"Gara xi haga lil siehbek habib?" "Le, safejn naf jien ma gara xejn. Ghala qed issaqsini?" "Ghax billi s-soltu tordna tliet tazzi u llum ordnajt tnejn, ghidt forsi nqala' xi saram." "Le, ordnajt tnejn ghax jien fir-randan ma nhobbx nixrob birra. Ghal dawn l-erbghin jum li gejjin nixrob biss il-birra taghhom. Jien naghmel sagrificcju u niccahhad minnha." Cahda vera twegga' fil-gewwien u trid hafna kuragg biex twettaqha. Min mhux kuraggjuz bizzejjed jaghzel il-kompromess imma fejn tidhol it-tentazzjoni l-firda trid tkun dejjem, malajr u fil-boghod. WAQTIET LI JSIRU MUMENTI DEJJIEMA Sabiha l-leggenda ta' San Kristofru. Tirrakkonta li dan kien ragel godli twil ...mibni b'saffejn li xtaq dejjem 'iservi lil min kien l-aqwa'.
U dar u gera shih ifittex lill-qawwija izda dejjem sabhom jibzghu minn xi haddiehor u kollha telaqhom hesrem ghax hu ried biss iservi lil min kien l-aqwa.
U fl-ahhar fid-dezert Ra raheb jitlob u semghu jtenni b'herqa "Int li fuqek ma hemm hadd." U Kristofru waqaf. Kien fl-ahhar sab lil min kien l-aqwa.
"Ha nservi lir-Re tieghek!" talbu b'herqa. U r-raheb qallu: "Nahseb li ssibha tqila jekk inqabbdek issum jiemek u forsi ma tidrax hajja ta' talb kontinwu la darba ma drajtx minn età zghira imma int b'sahhtek u b'sahhtek tista' sservi lil min hu l-aqwa."
"Xoghlok li ggorr in-nies minn naha ghall-ohra u tithallas qatt ta' hidmietek Xi darba 'min hu l-aqwa' jurik kemm ha pjacir b'ghemilek. Ghall-ikel tinkwetax. Ejja fil-ghar tieghi Fejn jiekol wiehed jieklu tnejn u Min hu l-aqwa jipprovdielna."
U r-ragel godli ntasab hdejn ix-xmara jgorr lil dawk kollha li xtaqu jaqsmu zghar u kbar, ghonja u foqra u qatt ma thallas tal-vjaggi tieghu. Imma darba hassu joghtor. It-tfajjel li kien refa' biex jiehdu fejn ommu fuq ix-xatt l-iehor kien qisu sar ta' metall tqil u jitqal ma' kull pass li jaghmel. Fejn qabel kien jigri b'min irikkeb issa kemm kemm jiflah imidd pass iehor.
U meta wasal in-naha l-ohra waqaf b'nifsu maqtugh, gharqan ...bla nifs ...hasbu li wasal fl-ahhar. U dlonk it-tfajjel tbissem u qallu: "Illum erfajt lil min hu l-aqwa. Ridt irroddlok hajr li ghal tant snin erfajt lil huti." U t-tfajjel gheb b'heffa ta' l-ghageb.
U meta dik il-lejla r-ragel godli qal il-grajja lir-raheb twajjeb dan ferahlu u qallu: "Dak kien Gesù mohbi f'tarbija u mil-lum 'il quddiem jinbidel ismek u flok ragel godli tissejjah Kristofru ghax garrejt lil Kristu."
Kristofru ghex bosta snin u baqa' sa l-ahhar isefter lill-ohrajn dejjem jitbissem u jiftakar f'dak il-mument ta' l-ghageb meta t-tarbija qaltlu:
"Illum
garrejt lil min hu l-aqwa." DR CORONATO GRECH M.D. ikompli l-artiklu dwar L-GHAJN
Bhal kull organu iehor il-ghajn (jew l-ghajnejn ghax il-mard ta’ l-ghajnejn rari huwa f’wahda biss) hija suggetta wkoll ghal mard bid-differenza li dan huwa forsi l-iktar li jbezza’, u bir-ragun. L-ghama hija fost l-iktar katastrofi koroh. Immagina taghlaq ghajnejk imqar ghal minuta wahda biss. Intant fost il-mard komuni nsibu nfezzjoni u fuq skala mondjali t-trakoma (infezzjoni tittiehed hafna kkagunata minn virus) ghadha l-kawza ewlenija ta’ ghama fost il-pajjizi. Imbaghad hemm il-glaucoma, pressjoni zejda fil-likwidi ta’ l-ghajnejn minhabba xi difett fic-cirkulazzjoni; kataretti, fejn biz-zmien il-lenti ticcajpar; retinopatiji fir-retina minn dijabete jew pressjoni; u difetti ta’ l-iffukar tad-dawl fejn l-immagni ma tigix preciz fuq ir-retina, imma qabilha jew (teoretikament) warajha, difetti li jistghu jitrangaw b’nuccalijiet (fost l-ewwel nuccalijiet insibu dak tat-Taljan Salvino degli Armati 1245-1317) jew contact lenses; jew dan l-ahhar (1997) operazzjoni bil-laser. Hemm min imbaghad ma jaghrafx kuluri, l-iktar komuni hija li ma jaghrfux bejn l-ahmar u l-ahdar, kundizzjoni iktar komuni fl-irgiel u li tissejjah Daltonizmu ghall-Ingliz John Dalton (1766 – 1844) li kien ukoll dak li rega’ qajjem it-teorija atomika. (Dalton kien Quaker u allura meta riedu jonorawh ma setax jilbes it-toga hamra ta’ l-Università ta’ Oxford imma serrah mohhu li ta’ l-inqas ghalih it-toga kienet griza u allura kollox sew!!) B’organu daqstant importanti ma setax jonqos li l-ghajnejn ma jidhlux ukoll fil-miti u superstizzjoni. L-allat gieli kienu deskritti b’hafna ghajnejn biex juru li jaraw kollox ez. Marduk tal-Babilonja kellu erba’ ghajnejn u l-Egizzjana Bes kellha ghajnejn madwar gisimha kollu. (Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta' April)
FORSI JINTERESSAWK
Waqt ikla ufficcjali ta' hafna persunaggi distinti fl-Ingilterra xi hadd beda jistaqsi l-mistoqsija. "Kieku int ma kontx dak li int, min tixtieq li kont?" U bdew jissemmew hafna ismijiet ...Dickens, Shakespeare, Palmerston, Disraeli, Nelson, Wellington u l-bqija. Meta waslu fuq Churchill kulhadd kien qed jistenna b'ansjetà l-ghazla ta' dan il-persunagg: "Nixtieq li kont it-tieni ragel ta' Lady Churchill." Nahseb li Lady Churchill dakinhar bisitu bil-qalb lil zewgha!
Tifel Afrikan gab caghqa lill-missjunarju bhala rigal f'eghluq sninu. Il-missjunarju kien jaf fejn joqghod it-tifel u fehem li biex gab dik ic-caghqa kellu jimxi mixja twila. Ic-caghqa kellha forma helwa u r-riha taghha kienet turi li ma ilhiex li ngabret. "Grazzi tac-caghqa. Naf li biex sibtha kellek timxi mixja twila." "Il-mixja parti mir-rigal."
Reklam bla hlas Il-fundatur tad-ditta McDonalds, illum mejjet, kien jghid: "Nemmen fil-McDonalds daqs li kieku kienet religjon. Jien nemmen f'Alla ...fil-familja u f'McDonalds. Imma f'mohhi ta' l-ahhar jigi dejjem l-ewwel." Kultant is-success jaqliblek il-valuri! L-ewwel, it-tieni, it-tielet ...
"Int ghandek hafna idejat. Aghtini ideja wahda li jekk tirnexxi u thallili iktar profitt inhallsek tajjeb." U Ivy qallu: "Meta tqum filghodu nizzel fuq karta dak li tixtieq taghmel matul il-jum. Poggi l-hidmiet kollha wara xulxin. Ibda bl-iktar importanti. Qis li ma tghaddix ghat-tieni haga qabel ma tkun lestejt l-ewwel haga u ma tmurx ghat-tielet qabel tkun lestejt it-tieni. U meta tkun ghamilt dan int qis li l-haddiema jaghmlu hekk ukoll." Schwab ghogbitu l-ideja. Iprruvaha ...l-ewwel hu u mbaghad il-haddiema. U ftit xhur wara Ivy Lee ircieva ittra ta' apprezzament minghand Schwab u cheque ta' $25,000. Somma enormi ghas-sena 1930 fl-Amerika. Naf hassieb iehor li halla hafna hsibijiet. U hallihom b'xejn u ghal kulhadd. Jekk trid taghtihom titwila iftah l-Evangelju.
L-Gharbi kien dejjem izomm id-dritta. Hu quddiem u warajh jimxu n-nisa tieghu. Imma dan l-ahhar biddel l-ordni u n-nisa tieghu bdew jimxu quddiemu. Xi hadd osserva u ha pjacir li d-dritta qed jaghtiha lin-nisa. Izda hu qallu: "Dan l-ahhar fid-dezert tefghu hafna mini!"
Ghamilni xita Jien biss xrara; ghamilni nar. Jien biss korda; ghamilni vjolin. Jien biss gholja; ghamilni muntanja. Jien biss rixa; ghamilni gewnah. Jien biss seftur; ghamilni re. Jien biss holqa; ghamilni katina Jien biss qatra; ghamilni xita. AMULETI - jew dak li l-bniedem holom li seta’ jehilsu mill-hazen IL-MINERALI 'CORNELIAN' Hi hagra ta' kulur isfar-orangjo. Il-bniedem ilu jghozzha sa minn zmien l-Egizzjani. Isejhulha bhala l-hagra-habiba ghax jinghad li l-qawwa taghha hi vasta hafna: Minn helsien minn mard fiziku u mentali, nuqqas ta' koncentrazzjoni, thares mill-ghira ta' haddiehor kif ukoll min izommha fuqu ma jkollux problemi f'ilsienu u f'lehnu. Jinghad li anke Napuljun akkwista wahda mill-Egittu b'iskrizzjoni Gharbija fuqha U zammha mwahhla mal-katina ta' l-arlogg. Is-superstizzjonijiet ma ghandhomx limitu ta' status. Jinghad li l-isem 'cornelian' mil-Latin 'cor' ghall-qalb.
Li hagra tinfluwenza hajja ta' bniedem trid immaginazzjoni fertili. Li temmen li tinfluwenza daqshekk il-hajja ta' bniedem Trid immaginazzjoni enormi. X'tiswa' hagra-habiba fejn habib veru tad-demm u l-laham? Kif tista' tipparaguna bicca gebla kiesha ma' qalb li thabbat u mohh li jrid jifhem? L-istudjuzi jghidulna li hafna mill-mard li nhossu jkun biss fil-mohh. Hu meta titkellem li tintebah fejn sejjer zmerc u fejn stajt tmur ahjar. L-ebda gebla ma tista' tferra' ghomtok maghha u thossha qed tifhmek. L-ebda hagra ma ser toffrilek Spalla ma' x'hiex isserrah u qalb li tferrah. Hi hbiberija genwina li tasal sal-'cor'. U mhux gebla ta' lewn isfar-orangjo!! IL-BANK LI QATT MA JFALLI
"Jekk tridu taghmlu investiment tajjeb," qaltilhom, "ahsbu fid-dinja l-ohra!" Hemmhekk biss hu l-post fejn la s-susa u anqas il-hallelin ma jistghu joftmuk minn gidek. Thares madwarek u ftit tilmah din l-attitudni. Il-materjalizmu donnu ha kull aspett ta' hajjitna. Nessiena dak kollu li ghandu x'jaqsam ma' l-ispiritwali. Il-flus inessuna li xi darba ghad irridu niltaqghu mal-Hallieq. Jaghtuna garanzja falza li dak li qed naraw illum ser ikun hekk ghaxra, ghoxrin, tletin sena ohra. Ma nharsux madwarna u nahsbu ftit kif kien ghaxra, ghoxrin, tletin sena ilu. Il-hajja tinbidel, ic-cirkustanzi qatt ma huma l-istess, il-valur tal-flus jonqos u dak li kont tara tant sabih ilbierah forsi llum anqas biss trid thares lejh. Hekk sejra d-dinja. Jafuh sewwa dawk li jridu jbieghu. Dejjem ihajruk ghal hwejjeg godda. U dak li ghadek ma ksibtx, dak biss jghidulek li jonqsok biex tkun kuntent. U lkoll illum jew ghada, xi ftit jew wisq, nghaddu minn din l-esperjenza. Kemm ikun ahjar li npoggu kollox fil-perspettiv tieghu! Kemm jaqblilna li nnehhu l-ghamad tal-materjalizmu minn quddiem ghajnejna! Ir-religjon mhix xi 'retirement plan' fejn tpoggi l-flus biex issibhom meta tixjieh. Ir-religjon hi farag ghal kull jum ta' hajtek. Il-genna hi l-bonus li jmissek fl-ahhar ta' hajtek. Min jahseb fil-hajja li gejja jibda jghixha minn hawnhekk stess.
Ahjar titlef ftit flus milli hbiberija. Imbierek dak li ma ghandux flus x'isellef lil hbiebu, ma johloqx ghedewwa. Min jislef jitlef flusu u hbiebu. Min ma ghandux flus ma ghandux bzonn kartiera. Min jixtieq il-flus jixxennaq ghal kollox. Min ma zzewwigx jew ma beniex dar ma jafx fejn marru flusu. Jekk ma finiex flus jalla ghandna l-unur. Ehfef taqla' l-flus milli zzommhom. Il-flus kapaci jghattu htija. Il-flus imexxu d-dinja. Il-flus fil-kartiera huma dejjem moda. |