----
IL-HBIEB ISEJHU
Marzu 2003 | Harga Nru. 439
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Pawlu kien jghix f’razzett ftit imbieghed mill-abitat. Minn quddiemu rari kienu jghaddu mezzi ta’ trasport ghajr xi trakk li jgib xi gwiez jew demel lill-bdiewa tal-madwar.  U meta kien jghaddi trakk bhal dawn, il-kelb ta’ Pawlu kien jerhilha ghal warajh jinbah kemm kellu sahha.

Pawlu kien jitbissem u jhares lejh jissara man-naha ta’ wara tat-trakk u jigi lura nifsu maqtugh, b’ilsienu barra, qalbu donnha trid tohrog minn go gismu.

Xi hadd darba waqaf fejn Pawlu, hekk kif il-kelb tieghu kien ghadu kif temm girja wara trakk, u qallu:

“Tahseb, Pawl, li xi darba dan l-imbierek ser jilhaq xi trakk?”

“Jilhqux jew le ftit jimpurtani!  Li jinteressani hu x’ser jaghmel bih jekk jilhqu!”

U dlonk kompla:

“Jixbah hafna lill-bnedmin.  Anke dawn hafna drabi jigru u jigru biex jilhqu dak li jidher kbir u maestuz u ftit jahsbu x’ser jaghmlu meta jilhqu dak li tant ikunu holmu dwaru.  Hafna drabi jispiccaw bhall-kelb tieghi bla nifs ...u bi ftit jew xejn sodisfazzjon.”

San Wistin qalha mijiet ta’ snin ilu:

“Mulej, int hlaqtna ghalik u l-qalb taghna ma tistriehx jekk mhux fik.”

Jalla ahna ma naqtghux nifisna nigru wara dak li qajla jissodisfa ghad li jidher kbir u mixtieq minn bosta.  


PITSTOPS 2

Tentufiet li jhajruk taghmel pitstop fil-girja sfrenata tal-hajja

Ragel mar fejn l-gharef tad-dezert u qallu:

“Ghandi l-flus, b’sahhti imma m’iniex ferhan?  Tghid ghaliex?”

L-gharef talbu biex jimxi ftit mieghu.  Kif kienu mexjin f’dik ix-xemx l-gharef qallu:

“Tkun ferhan meta titlef dellek.”

“Kif nista’ nitlef delli jekk hawn xemx tisreg?”

“Billi tieqaf ftit tistrieh ghad-dell ta’ xi sigra.”

U dlonk hadu hdejn sigra u talbu joqghod bilqieghda.

“Meta tibda ssib il-hin li tieqaf ftit mill-genn tal-hajja biex filwaqt li tifli kemm ghandek, trodd hajr lil Alla tal-gid li bih int imzejjen, ibqa’ cert li ssib il-ferh li tixtieq.”

Ahna wkoll hemm bzonn li nfittxu ftit tad-dell.


Ragel kien qed isuq Mercedes u gie mwaqqaf minn pulizija ghax dam lemah xi qzieqez fuq is-seat ta’ wara: “Dawk fejn sejjer bihom?”

          “Ser indawwarhom dawra!”

          “Gol-Mercedes?”

          “Ghala le?  Li ma kinux huma u huthom tar-razza jien ma kienx ikolli Mercedes!”

Imbaghad issib zghazagh li meta jilhqu jisthu jkellmu lil missierhom jew lil ommhom quddiem shabhom.


Kien ilhom snin miggildin u ghalhekk meta Ganni marad u hafna hasbu li wasal fl-ahhar, talbuh jekk iridx jaghmel hbieb ma’ Salvu.  Ganni accetta ghax il-qassis qallu li jekk ma jahfirx jitlef ruhu. Salvu gie jarah u hadu b’id xulxin. U qallu Ganni:

“Ejja ninsew il-kliem iebes kollu li ghidna lil xulxin.  Minn issa ‘l quddiem ahna hbieb. Imma jekk nerga’ niehu sahhti, din il-laqgha tal-lum insieha.”


Religjon mibnija fuq il-biza’ ma tressqekx lejn Alla.  Alla taghna hu mhabba u jistedinna noqorbu lejh permezz ta’ l-imhabba mhux permezz tal-biza’.  Ghalhekk ghandna nhobbuh mhux ghax nibzghu mill-infern imma biex irroddulu hajr tal-genna li lestielna.


Habib tal-General Alessandru l-Kbir kien bzonn xi flus minhabba mard fil-familja.  Staha jitlob lil habibu imma xi hadd wassal f’widnejn il-general dawn il-bzonnijiet u dlonk Alessandru baghat ghalih.

          “Kemm tehtieg habib?”

          “10 talenti!” temtem il-habib.

          “Hawn 100!”

          “Le jahasra, 10 bizzejjed ghalija.”

          “Ghalih bizzejjed imma ghalija le.”

Il-Mulej hu ferm iktar generuz minn Alessandru l-Kbir ma’ dawk li jitolbuh.


Ghalkemm jien hieles minn kulhadd jien ghamilt lili nnifsi lsir ta’ kulhadd biex nirbah hafna. - S PAWL (1 Kor 9, 19)


Dr Coronato Grech M.D. ikompli l-artiklu li beda fil-harga ta’ Frar

FIEX WASALNA!!

Mewt: Fenomenu iehor ikrah ta’ dari li llum spicca (almenu f’pajjizi zviluppati) hija l-mewt taz-zghar.  Il-mortalità fost it-trabi, tfal u zghazagh kienet xi haga terribli (u wahda mir-ragunijiet ghaliex  kellhom bzonn familji kbar).  Kull familja rjali, nobbli jew fqira, kellha mdendla fuqha t-theddida reali li jmitilha hesrem xi membru, partikularment iz-zghar.  Ghax qabel l-iskoperta ta’ l-antibijotici fis-seklu 20, it-tabib ftit li xejn kellu x’joffri ghajr xi kimici ineffettivi u hafna simpatija.  U minghajr dieta tajba (illum nistghu nieklu varjetà tremenda ta’ ikel, inkluz frott tropikali s-sena kollha) u igjene u kura, hafna kienu jkunu digà bla snien u xjuh kif jiksru l-erbghin.

Drogi: Lanqas id-drogi ma huma godda.  Li hemm pjuttost gdid huma l-herba, il-kriminalità u l-imwiet mid-drogi. (Noè meta skopra l-inbid siker u nkixef Gen 9 20-21)  L-Ingilterra ggieldet  il-gwerer ta’ l-Opium mac-Cina (1839-42; 1856-60) meta bil-wicc tost kollu riedet tkompli t-traffikar ta’ din id-droga f’dawn l-inhawi.  Però llum huwa veru li d-droga hija theddida serja ghaz-zghazagh li jridu jigu nfurmati u avzati sew biex ma jaqghux vittmi ta’ min irid isir sinjur minn fuqhom.

Il-Harsien tal-hajja: Ghalkemm illum hawn min jara theddid ghall-hajja mill-abort (li ma tantx hemm diskussjoni dwar il-fatt li huwa hazin) – jew mill-awtenasja (li hija hafna iktar diskutibbli; ghax li ttawwal il-process tal-mewt ghal hafna huwa degradanti), però dari din il-hajja kienet ferm iktar irhisa.  L-awtoritajiet ta’ sekli ilu kellhom lista twila ta’ reati nkluz uhud pjuttost trivjali bhal tisraq ziemel, li ghalihom kien hemm il-forka.  U spiss l-ezekuzzjoni kienet issir f’atmosfera ta’ festa.  L-awtoritajiet ekklesjastici ma kienu jaraw xejn hazin, anzi f’postu u tajjeb, li jippersegwitaw, jittorturaw u jaharqu hajjin eretici u shahar.  Eluf ta’ vittmi li nqabdu f’dawn iz-zminijiet koroh tal-genn tas-shahar (minn madwar is-seklu 14 sa 17) pattew b’hajjithom ghall-intolleranza ta’ zminijiet suppost ahjar.

U jerga’ qabel f’socjetajiet antiki, ez il-Kartaginizi u l-Ispartani, l-infanticidju specjalment ta’ trabi bniet, ma kienx rari.  Dawn barra li kienu joffruhom ukoll lill-allat jew jordmuhom fil-pedamenti ta’ bliet biex igibu xorti tajba.  L-Azteki mbaghad kellhom religjon li titlob ammonti kbar ta’ sagrificcji umani biex fost l-ohrajn ix-xemx titla’ kuljum.

Il-liberta'  tal-hsieb: dan huwa fenomenu pjuttost ricenti, almenu f’pajjizi demokratici u sekulari.  Sa ftit ilu f’hafna pajjizi talli tghid xi haga kontra l-istat kont tigi mitfugh f’habs jew itturufnat; jew jekk tghid xi haga kontra r-religjon issib ruhek interrogat b’riskju kbir li tispicca ttorturat jew anke mahruq.  Illum f’hafna pajjizi fejn hemm id-demokraziji hemm il-libertà tal-hsieb; xi haga li thabtu ghaliha hafna.

(Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta’ April)  


FORSI JINTERESSAWK

L-Irlanda pajjiz kattoliku

Paratrooper Irlandiz hareg mill-ajruplan u ntefa’ ghal isfel bil-hsieb li x’hin ikun baqaghlu 1000 pied jiftah il-parachute.  Izda b’xorti hazin l-parachute ma nfetahx u l-paratrooper tkisser ma’ l-art.  Meta saret l-inkjesta hareg dan ir-rizultat:

“Il-parachute ma nfetahx ghax il-paratrooper qabez nhar ta’ Hadd u fl-Irlanda nhar ta’ Hadd XEJN ma jiftah.”


Jibqghu jghidulek bih!

Fl-Amerika ghadhom jirrakkontaw l-istorja ta’ Roy Reigals li kien player tal-football Amerikan li darba f’partita, wara habta ma’ player avversarju, qam mill-art, qabad il-ballun, u telaq b’velocità kbira lejn il-lasti ...iserrep u jizgicca sakemm pogga l-ballun wara l-linja.  Il-ground sploda bid-dahk u c-capcip ...ghax Roy kien pogga l-ballun  wara l-linja tat-tim tieghu stess. 

 Minn dakinhar Roy baqa’ maghruf bhala ‘Wrong Way Reigals’.  


Ahseb u ifhem

Ragel kien qieghed fuq kaxxa zghira jippriedka f’genb ta’ park f’Chicago.  F’daqqa wahda waqaf.  Xi hadd heggu biex ikompli:

          “Ghandek folla bhal din!  Kompli hambaq!”

          “Mhux folla rrid imma udjenza.”

Meta int u jien inkunu l-knisja x’inkunu ...parti mill-folla jew minn udjenza?  


Qalb il-bniedem ...

Voltaire, filosofu u kittieb Franciz kellu isem li hu antiklerikali.  U hekk kien.  Imma f’qalbu qatt ma kien ateu tant li minn flusu bena kappella zghira u fuq il-bieb taghha naqqas il-kliem:

          ‘Deo Erexit Voltaire’ (Mibnija lil Alla minn Voltaire.)  


Grazzi Mulej

Kienet gurnata kerha ...xita ...rih ...sajjetti ...ksieh.  Bidwi hares mit-tieqa u nstema’ jghid:

          “Nirringrazzjak Mulej ta’ dan il-jum.”

          “Tirringrazzjah ta’ jum bhal dan?  Int mignun!” qaltlu martu.

          “Nirringrazzjah li mhux il-granet kollha huma bhal dan ...anzi dan l-eccezzjoni.  Ara kemm kienet tkun iebsa l-hajja kieku kollha kienu bhal din?”  


Baqa’ jitbissem sa l-ahhar

Alex Blackwell kien maghruf bhala bniedem cajtier.  Meta kkundannawh ghall-qtugh ir-ras, pogga rasu f’post hazin u l-bojja qallu:

          “Jekk joghgbok poggiha f’postha!”

          “Skuzani imma din hi l-ewwel esperjenza tieghi f’dan il-post.”

Hadd ma jista’ jibdel il-passat imma kulhadd jista’ jirranga ghall-futur.  


Trid tifhimha

Meta l-Gestapo qabdu lid-drammaturgu Franciz Tristan Bernard dan qal:    

          “Issa spicca zmien il-biza’ u beda zmien it-tama.”

‘Forth Bridge’ fl-Iskozja jkun metru itwal fis-Sajf milli jkun fix-Xitwa.


AHBARIJIET

IL-LAQGHA TA’ FRAR

Kellemna Dun Louis Bezzina dwar San Gwann Bosco peress li konna fil-granet tal-festa tieghu.  Uriena kif dan il-qaddis kien bniedem kapaci jaqra s-sinjali taz-zmien u jahdem b’tali mod li jibqa’ attwali jghaddi kemm jghaddi zmien.  Ahna ghandna ezempju simili fil-Beatu Gorg Preca.  It-tliet pilastri tal-hajja ta’ Don Bosco kienu l-Ewkaristija, il-Madonna u l-Papa.  Dan il-qaddis fehem li xejn ma nistghu naghmlu jekk ma jkollniex lil Gesù gewwa fina.  Bit-tqarbin nissahhu u nkunu nistghu nikkumbattu t-tentazzjonijiet ta’ kuljum.  Il-fidi soda tieghu kien jafha lil ommu Margerita.  Meta kien tarbija offrietu lill-Madonna.  Meta telaq mid-dar, biex ikompli jistudja, talbet lill-Madonna biex tharsu u meta sar qassis qaltlu li minn dakinhar ’il quddiem kellu jhares lejn Marija u fiha jara lil ommu.  U hekk ghamel.  Sahansitra qieghed is-Socjetà tieghu taht il-protezzjoni tal-Madonna bit-titlu ta’ Awziljatrici – ghajnuna ta’ l-insara.  U kien fejn kien, u ltaqa’ ma’ min iltaqa’ dejjem zamm mal-Papa anke quddiem nies anti-klerikali.  Il-Papa hu s-sinjal tar-religjon il-vera.  Mal-medda taz-zmien il-Knisja kellha sensiela ta’ Papiet li gharfu jieqfu lill-hazin u jkunu dawl ghad-dinja.  Bizzejjed inharsu lejn il-Papa prezenti.  Hu dawl ghal dawk kollha li jridu jfittxu s-sewwa.  Il-qaddisin huma ezempji ghal hajjitna.  Niehdu taghlimiet u ezempji minnhom kemm inkunu nafu dwarhom u kemm nirriflettu grajjiethom.  Dun Louis heggigna biex dan it-taghlim nghixuh u nipprattikawh fil-familji taghna u f’dawk ta’ madwarna.  Ghamel accenn fuq din is-sena tar-ruzarju u jalla kull wiehed minna jaghmel proponiment li din it-talba ghaziza jghidha kuljum.

Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.  Tellajna beritta li messet bix-xorti lil Joseph Vella ta’ Triq il-Buskett u arlogg li tela’ fih Paul Portelli ta’ Triq il-Knisja.  


IL-LAQGHA TA’ MARZU

Peress li l-ewwel Sibt kien Sibt il-Karnival ser issir fit-8 tax-xahar fis-7.15p.m.  

Qed niehdu gost ninnotaw li n-numru ta’ dawk li qed izommu dan l-appuntament mensili maghna kulma jmur qed jizdied.  Huma bosta dawk li gew, hadu gost u issa qed jigu kull xahar.  Habib,  jekk m’intix wiehed minnhom ejja u nizgurak li int ukoll tinghaqad mal-lista taghhom.

MELA NISTENNEWK nhar is-SIBT 8 ta’ MARZU 2003 fis-7.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.


SNAPSHOTS

Stejjer u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom

 

Booker T Washington kien ilsir iswed Amerikan.

Meta kellu sittax-il sena

mexa kwazi hames mitt mil

sa Hampton Institute ta’ Virginia.

Meta wasal qalulu li

ma kienx hemm wisa’ ghalih fil-klassijiet.

Izda hu kien lest li jistenna

u sadanittant beda jaghmel

xoghlijiet manwali zghar fl-iskola …

jiknes l-art u jirranga s-sodod.

Tant impressjona lill-mexxejja ta’ l-iskola

bix-xoghol metikoluz tieghu

li raw kif ghamlu

u sabulu post fil-lezzjonijiet.

Mexa hafna ‘l quddiem

sar ghalliem ta’ fama

u biz-zmien fundatur

ta’ Tuskegee Institute ta’ Alabama.

 

Xortih kien sabha

meta kellu xoghol zghir x’jaghmel.

Bosta jistennew li jqabbduhom xi haga kbira

biex imbaghad jimpressjonaw.

Jinsew li l-perfezzjoni hi mibnija

fuq hafna affarijiet zghar

u kwalunkwe haga kbira bdiet miz-zghir

Mela napprezzaw u naghmlu l-almu kollu taghna

fil-hwejjeg iz-zghar.

Kollox u kulhadd ghandu l-importanza tieghu.


Fir-ramel jew fuq il-blat

Grajja tirrakkonta kif zewgt ihbieb kienu qed jaqsmu dezert.  

F’hin minnhom kellhom argument, u wiehed ta daqqa ta’ harta f’wicc l-iehor.  Weggghu izda flok irritalja, kiteb fir-ramel:

“Illum sawwatni l-aqwa habib tieghi.”

Baqghu mexjin sakemm waslu hdejn oazi u ddecidew li jinhaslu fl-ilma.  Dak li kien laqqat id-daqqa hassu jehel fit-tajn ta’ qiegh l-ilma qieghed u beda niezel.  Ghajjat lil siehbu ghax twerwer li ser jeghreq.  Siehbu dam jissara ma’ l-ilma izda fl-ahhar irnexxielu jtellghu fuq art niexfa.  Malli helsu mill-gharqa, dan naqqax fuq il-blat:

“Illum l-aqwa habib tieghi salvali hajti.”  

Il-habib li kien sawwat u salva lill-iehor staqsieh:

“X’hin weggajtek int ktibt fir-ramel, issa li salvajtlek hajtek naqqaxt fil-blat, ghalfejn?”  

Dak wiegbu:

“Meta xi hadd iweggaghna ghandna niktbu fir-ramel biex meta jonfoh ir-rih tal-mahfra jhassar kollox, izda meta xi hadd jaghmlilna pjacir innaqqxuh fil-blat biex ma jithassar mill-ebda riefnu.”

Idra aghmel hekk int ukoll – Ikteb il-wegghat tieghek fir-ramel izda naqqax fil-blat il-barkiet tieghek.  


8 rigali li ma jiswewx flus

Il-hbieb huma hagra prezzjuza rari.  Igaghluk titbissem u jhegguk taghmel hiltek biex tikseb success.  Jaghtuk hinhom u qalbhom.  Ghozzhom u ipprova kattarhom.  Tkun qed issebbah hajtek u hajjithom.  

1.         Isma’ lil dak li jkun

Imma trid tisma’ tassew.  Twaqqfux, tahsibx f’affarijiet ohra, tahsibx fuq ir-risposta.  Isma’ biss 

2.            Aqsam imhabbtek

Kun generuz ma’ dawk ta’ madwarek, halli azzjonijiet zghar juru l-imhabba kbira li ghandek f’qalbek.  

3.            Dahhak ’il ohrajn

Aqsam cajta ma’ ta’ madwarek.  B’dahka thaffef il-hajja.  

4.         Ikteb hsibijiet zghar

Tista’ tkun semplicement ‘Grazzi’ miktuba fuq biljett.  Nota hafifa miktuba tista’ tibqa’ mghozza ghal hajja shiha.  Kultant sahansitra wasslet li bidlet hajja.  

5.            Ghaddi kumpliment

Aktar ma jkun semplici u s’intendi sincier, ahjar.  ‘Prosit!’, ‘Kompli hekk!’ kapaci jaghmlu l-mirakli.  

6.         Tibzax taghmel pjacir bla mitlub

Kuljum, mur pass ’il hemm u aghmel xi haga ghall-gid bla ma jitolbuhielek.  

7.         Ir-rigal taghna nfusna

Jigu waqtiet meta ma nkunu nixtiequ xejn ghajr li nghaddu xi hin wehidna.  Kun sensittiv ghal dawn il-hinijiet u kultant halli lil haddiehor daqsxejn wahdu.

8.         Kun dispost bi tbissima

L-aktar triq hafifa biex thossok sewwa hi li tghaddi kelma tajba lil xi hadd.  Meta titbissem lil xi hadd u tghidlu Bongu’, ‘Kif int?’ u ‘Grazzi’ tkun tibdielu l-gurnata fuq nota pozittiva.